MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 985 €1.50 IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 Build your future not just your paycheck. careers.franksalt.com.mt INTERVISTA MA' OWEN BONNICI, STANLEY ZAMMIT, MICHAEL STIVALA U ANDRE CALLUS PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 5 WARA L-ELEZZJONI TAL-EŻEKUTTIV, BORG ISAĦĦAĦ IDEJH FIL-PN Bl-elezzjoni tal-eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista, il-kap il- ġdid tal-Partit Nazzjonalista ġie assigurat numru ta' persuni li huma leali jew li jxaqilbu lejh. Kien hemm ukoll attentat ċar biex jintgħażlu nies u wċuħ ġodda, riflessjoni kif l-elezzjoni ta' Alex Borg bħal iggalvanizza ż-żgħażagħ lejn il-PN. Tant kien hemm intenzjoni biex ikun hemm rinnovazzjoni, li nies bħal Michael Fenech Adami, li jiġi ħu Beppe u t-tifel ta' Eddie Fenech Adami ma ġiex elett u baqa' l-art. L-elezzjoni tal-eżekuttiv wriet li Alex Borg mhux se jkollu xkiel minn xi fazzjoni. Intant l-unika persuna ċarament viċin Adrian Delia li ġiet eletta fuq l-eżekuttiv kienet Cynthia Galea. Iżda filwaqt li jidher li Borg għandu kontroll fuq il-Partit u jista' jeżerċita aktar poter, il-vera sfida se tkun kif jista' jegħleb lil Robert Abela. U minkejja li Abela huwa inkwetat bin-numri li ħerġin fis-surveys, xorta waħda għandu massa ta' appoġġ, kif ukoll kontroll fuq il-partit tiegħu. Mistenni wkoll, baġit li se jixpruna lil Abela għal darb'oħra ma' oqsma differenti tas- soċjetà. U minkejja kummenti minn analisti dwar id-dejn tal-Gvern, il- vantaġġ aħħari li jħalli flus fil-but tan-nies se tħallih b'vantaġġ fuq Alex Borg. Dan kollu jidher li qed jinfluwenza l-mod kif Alex Borg beħsiebu jaffronta lil Robert Abela; mhux il-figuri, mhux ir- rekord, imma l-idea li l-PN ifisser rinnovazzjoni. Jekk din se tkun biżżejjed biex iddawwar il-pinnur, wieħed irid jistenna u jara. Il-kokaina fis-suq lokali tinbiegħ bejn €75 u €130 kull gramma JAELLE BORG Il-prezz tal-kokaina fis-suq lokali jvarja bejn €75 u €130 kull gramma, skont il-purità tal-prodott. Min-naħa l-oħra, il- kannabis tvarja bejn €15 u €30 kull gramma, ukoll skont il-kwalità. Dawn iċ-ċifri, provduti lill-gazzetta ILLUM mill-Korp tal-Pulizija, juru suq illegali attiv ħafna, fejn id- domanda tibqa' għolja minkejja l-isforzi kontinwi tal-liġi. Il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga f 'Malta qed tkompli tissaħħaħ, hekk kif il-Pulizija kkonfiskat kważi 900 kilo ta' sustanzi illegali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. Din il-figura, li tixhed żieda sinifikanti fl-iskoperti, tinkludi madwar 600 kilo kokaina u 300 kilo kannabis, skont informazzjoni pprovduta lil din il-gazzetta. Uħud mis-sejbiet ta' drogi ta' din is-sena David Borg 871 704 865 704 912 752 870 624 842 471 852 845 833 590 707 457 833 608 Veronica Perici Calascione Michael Piccinino Lisa Spiteri Joseph Grech Michela Dalli Nicole Zammit David Bonello Cynthia Galea Michela Caruana Mario Rosso Marisa Vella Fonde Karen Scerri Beppe Galea Mauro Miceli Marthese Cassar Nicolai (a.k.a Nikolai) Vella William Vella IRĠIEL ELETTI NISA ELETTI ŻGĦAŻAGĦ ELETTI GĦAWDEX MILL-KAMP TA' ALEX BORG MILL-KAMP TA' ALEX BORG MILL-KAMP TA' ALEX BORG MILL-KAMP TA' ALEX BORG Alex Borg wara din l-elezzjoni jista' jiffoka fuq l-ikbar sfida li għandu quddiemu — li jirbaħ lil Robert Abela Michael Fenech Adami baqa' l-art u ma ġiex elett

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025