Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt N eville Gafa m'għandux ikun ir-raġuni għalfejn l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Robert Abela jikxef kemm verament ma fehem xejn. Din il-gazzetta qatt ma kienet ammiratriċi ta' Daphne Caruana Galizia, l-istil offensiv tagħha, il-kitbiet kattivi tagħha, l-atteġġjament kiefer li tkisser dak li jkun qishom intesew. U forsi bir-raġun, għax il-qtil makabru tagħha it wara li hi kienet kruċjali li tikxef il- qarnita ta' korruzzjoni li kienet tinvolvi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat u n-negozjant Yorgen Fenech, wassal biex anke din il-gazzetta taqbel li l-memorja tagħha għandha tiġi mfakkra. Ir-risposta akka u miskina tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-azzjoni ta' Neville Gafa (Gafa neħħi l-uri minn quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir biex tiġi mfakkra l-ġurnata meta Caruana Galizia mietet) tikxef nuqqas kbir ta' apprezzament għal episodju li wassal għall-qtil politiku ta' Daphne Caruana Galizia. Risposta miktuba minn persuna jew persuni li għandhom għarfien limitat dwar il-politika u d-demokrazija. Fir-risposta, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru insista li Gafa kien qed jaġixxi ta' ċittadin privat u mhux fil-kapaċità tiegħu bħala persuna li jaħdem fil- customer care tal-Prim Ministru. Ir- risposta tkompliet u argumentat li llum hemm id-dritt tal-espressjoni u kulħadd għandu dritt jeżerċita dan id-dritt bħalma jagħmlu l-grupp Repubblika. X'argument fjakk u miskin. Ejja niċċaraw punt, qabel ma nkomplu. Aħna wkoll m'aħniex ammiraturi tal-grupp Repubblika. Konna kritiċi immens ta' min jixpruna din l-għaqda, primarjament Jason Azzopardi u Robert Aquilina. Anzi nikkunsidrawhom bħala padaljuni ta' ipokrezija grassa. L-istess ngħidu għal gruppi oħrajn. Imma lura għal Neville Gafa. L-ewwel nett, le mhux aċċettabbli li persuna li huwa assoċjat mal-Uffiċċju ta' Robert Abela jaġixxi kif irid hu. Jekk irid jagħmel ta' rasu, jitlaq għal rasu. U d-dritt tal-espressjoni ma jfissirx li turi diżrispett jew inkella taġixxi ta' mażetta. Jekk taħdem bil-flus jew b'volontorjat ma' politiku trid turi serjetà u dinjità. Gafa lil Robert Abela, ħsara qed jagħmillu biss. U t-tieni nett, l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Prim Ministru għandu jkollhom aktar dekor meta jirrispondu. Ħasbu li għax fl-Amerika, Donald Trump, il-President miġnun, jittratta l-avversarji tiegħu ta' mandra u l-ġurnalisti ta' ċwieċ, mela jistgħu jagħmlu l-istess huma. Hemm storja twila ta' arroganza mill- kelliema tal-Prim Ministri, imma din mhix arroganza imma stupidaġni. Neville Gafa, kif jgħid l-Ingliż, huwa bad news. Persuna li bil-kitbiet tiegħu jaħseb li se jappella għal dawk li jarahom bħala Laburisti ta' vera. Propjament jappella għal min għadu injorant u limitat. Ix-xogħol tajjeb li għamel Robert Abela bil-mod il-mod qed jitnaqqar u jitfarrak grazzi għall-bużulotti ta' nies bħal Gafa li kapaċi jaraw sa mneħirhom. Mhux tard wisq li ttieħed azzjoni. Neville Gafa ma tridux ma' saqajk, Sur Prim Ministru

