Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wirja rari mill-MICAS twassal ikona Amerikan Is-survey ta' Milton Avery jinkludi kast stellari ta' artisti kontemporanji mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ewropa, fosthom l-Akkademiku Rjali Gary Hume Huwa l-imgħallem Amerikan li influwenza lill-artisti żgħażagħ ta' wieħed mill- aktar movimenti artistiċi li ddefinixxa l-ħamsinijiet. Imma Milton Avery (1885- 1965) kellu jistenna sal-età ta' 67 sena sakemm irċieva l-ewwel retrospettiva tiegħu fuq skala sħiħa permezz ta' wirja fil- Baltimore Museum of Art, li tatu livell ta' espożizzjoni li kien għadu qatt qabel ma esperjenza, minkejja li kien ilu attiv għal kważi 40 sena. Dak iż-żmien, l-artisti fil- qasam tal-kulur, fosthom il- ħbieb żgħażagħ ta' Avery, Mark Rothko, Adolph Gottlieb, u Barnett Newman, kienu laħqu saru forza ewlenija fl- Espressjoniżmu Astratt. Fid- deċennji preċedenti, dawn l-artisti kienu jżuru d-dar ta' Avery regolarment, u Rothko u Gottlieb ta' spiss ingħaqdu miegħu fil-vaganzi familjali f 'Connecticut, biex jaħdmu flimkien fuq skeċis u pitturi. "Permezz ta' din ir-rabta mill- qrib ma' wħud mill-protagonisti żgħażagħ tal-Espressjoniżmu Astratt, ix-xogħol bikri ta' Avery ħa rwol influwenti fl- iżvilupp tal-istess moviment. Matul il-karriera tagħhom, dawn it-tliet artisti fil-qasam tal-kulur regolarment esprimew l-ammirazzjoni profonda, u d-dejn li għandhom għax- xogħol u l-prattika ta' Avery," tikkummenta Edith Devaney mill-MICAS, li din is-sena se tkun il-kuratriċi tal-wirja ewlenija tal-MICAS: wirja rari ta' aktar minn 30 pittura ta' Milton Avery, li se tintwera fl- Ewropa għat-tieni darba biss wara d-debutt Ewropew tagħha fir-Royal Academy fl-2022. Hija kisba kbira għall- MICAS, anki minħabba l-fatt li xogħlijietu se jkunu ħdejn pitturi ta' artisti li jqisu lil Avery bħala influwenza, xhieda ta' kemm xogħlu jibqa' jitqies b'rispett kbir minn uħud mill-artisti ewlenin kontemporanji ta' żmienna. Minkejja li istituzzjoni żagħżugħa, din se tkun waħda mill-aktar wirjiet f 'Malta li se timraħ lil hinn minn xtutha: Devaney u Waqas Wajahat, gallarista u l-president tal- kumitat internazzjonali tal- MICAS, inkuraġġew, mhux biss il-parteċipazzjoni ta' bint Avery, March, artista hija wkoll, imma wkoll ta' Gary Hume, Akkademiku Rjali u YBA, Henni Alftan, Harold Ancart, Andrew Cranston, Jonas Wood u Nicolas Party. "Il-wirja se toħroġ lil Avery xi ftit barra minn żmienu u se tippermettilna nħarsu lejh b'għajnejn friski," tirrimarka Devaney, li qed tindaga fil- fond dwar epika mill-aqwa Amerikana mifruxa fuq aktar minn 70 sena ta' influwenza, biex b'hekk tħares lejn xogħlijietu artistiċi minn perspettiva friska. Milton Avery, ritratt mit-tletinijiet Milton Avery, Yellow Christ, 1945

