Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506
13 arti u kultura IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Amerikan u seba' artisti ewlenin f 'Malta "Din il-wirja tintroduċi fergħa friska fil-programmar tal- MICAS, u se tagħti ħarsa lura okkażjonali lejn il-Moderniżmu waqt li teżamina kif prattika tal- imgħoddi tkompli, b'xi mod, tagħġen l-arti kontemporanja kurrenti," tispjega Devaney dwar il-fatt li Avery se jkun spalla ma' spalla ma' artisti Amerikani u Ewropej fl-aqwa vena tagħhom. "Din l-għażla bir-reqqa tax- xogħlijiet mill-artisti li qed jieħdu sehem fil-wirja se tikxef ir-relazzjoni verament personali tagħhom max-xogħol ta' Avery, b'kollha kemm huma jmissu aspetti differenti mill-prattika tiegħu. "Bl-esplorazzjoni tal-legat artistiku ta' Milton Avery u kif aspetti minn dak il-legat jibqgħu traċċabbli fix-xogħol ta' wħud mill-aktar artisti famużi tal- lum, irridu nikkontestwalizzaw mill-ġdid, mhux biss xogħlu, imma ta' dawk l-artisti kollha kontemporanji li qed jieħdu sehem fil-wirja, u b'hekk, nirrikonoxxu l-kunċett li l-istorja tal-arti mhix dejjem lineari." MICAS: influwenza li qed tikber Illum, ix-xogħlijiet ta' Avery huma mdendla f 'mijiet ta' istituzzjonijiet Amerikani, u huwa rikonoxxut b'mod wiesa' bħala 'artist tal-artisti' li l-ħakma tal-kulur tiegħu ggradwat mill- pajsaġġi tal-Impressjoniżmu bikri għal forom ċatti li wittew it-triq għall-Espressjoniżmu Astratt tal-50ijiet. Waqas Wajahat, il-president tal-kumitat internazzjonali tal-MICAS, ilu jippromovi x-xogħol ta' Avery, bi twemmin li l-karriera injorata tiegħu kienet kruċjali fl-iżvilupp tal- arti moderna waqt li rikbet fuq l-Impressjoniżmu Amerikan u l-Espressjoniżmu Astratt. "Waqt li tgħallem miż-żewġ movimenti u daqstant ieħor wieġeb għat-tnejn li huma, huwa qatt ma segwa wieħed jew impenja ruħu għal wieħed biss," jgħid Wajahat, kollezzjonist li ħadem mal-werrieta ta' Avery biex iġib il-wirja fil-MICAS. "Għalih, huwa witta l-mogħdija tiegħu stess." Wajahat, li jservi f 'kumitati fil-Lowe Art Museum, il-Barnes Foundation, u l-Philadelphia Museum of Art, jinsab eċitat. "Malta verament għandha l-potenzjal li ssir entità serja fix-xena globali tal-arti kontemporanja, u d-dinja qed tinnota dan," jgħid waqt li jsaħħaħ l-argument tiegħu billi jirrimarka li l-artist Afrikan- Amerikan minn Compton, Reggie Burrows-Hodges, mexxa l-istudio tiegħu lejn Malta wara li żar il-gżira, u li Sir Anthony Gormley qatta' sitt ijiem jesplora l-MICAS. "L-impatt huwa tanġibbli, għax l-artisti ġejjin. Dawn mhumiex biss avvenimenti iżolati, dawn huma sinjali ta' momentum li qed jissaħħaħ, ta' Malta tnaqqax isimha fuq il- mappa internazzjonali tal-arti." Avery: l-artist tal-artisti Minħabba l-kwalitajiet trankwilli u ta' distillazzjoni tal-pajsaġġi tiegħu, ix-xogħlijiet ta' Avery setgħu baqgħu fil-dell tal-pitturi astratti eżuberanti li waslu warajh. Imwieled fil-Punent tal-istat ta' New York f 'familja mill- klassi tal-ħaddiema, Avery kien ħaddiem ġo fabbrika li kompla jsostni l-familja tiegħu sa ma daħal fit-tletinijiet tiegħu, fi żmien meta fl-istess ħin beda jattendi lezzjonijiet ta' billejl fil-Connecticut League of Art Students. Huwa ltaqa' mal-mara li kellha ssir martu waqt li t-tnejn li huma kienu qed joħolqu skeċis fuq il-blat ta' Gloucester, Massachusetts. Huwa u Sally Michel iżżewġu fl-1926, u huma penġew spalla ma' spalla fis- salott tal-appartament b'kamra tas-sodda waħda tagħhom f 'Manhattan. Il-produzzjoni ta' Avery kienet tal-għaġeb. Sally sostniet lilhom it-tnejn permezz tat- tpenġija kummerċjali tagħha. Avery kien ispirat minn xogħol martu li wasslu jħaddem forma simplifikata, kien juża bil-qies iż-żebgħa dilwita bit-turpentina biex matul is-snin tad- Dipressjoni tal-20ijiet u t-30ijiet joħloq stil delikat riżervat. Fl-1928, ix-xogħol ta' Avery intgħażel bħala parti minn wirja kollettiva fl-Opportunity Gallery li kienet għadha tibda, flimkien max-xogħol ta' Rothko żagħżugħ, li naqqxet il-bidu tal- ħbiberija tagħhom. Matul id-deċennji ta' wara, fis- sjuf imqattgħa fi Provincetown flimkien ma' Rothko u Adolph Gottlieb, Avery żviluppa forom aktar simplifikati, bi lwien li jistgħu jwasslu "l-purità u l-essenza tal-idea … espressa bl- aktar forma sempliċi tagħha." Mal-50ijiet, ix-xogħol ta' Avery żviluppa minn xogħol bil-pinzell għal sfumaturi skuri, li wassluh sal-limitu tal- astrazzjoni, jaqbad is-suġġett tiegħu f 'forom f 'ordni, fi kliemu stess jelimina u jissimplifika, "ma jħalli xejn ħlief kulur u disinn." Rothko spiss asserixxa li Avery kien l-aqwa pittur tal-Amerka — "xogħlu hu poeżija ta' mħabba bla qies". Xhieda tal-legat dejjiemi ta' Avery hija l-bejgħ tax-xena interjuri tal-1945, The Letter, li fl-2022 inbiegħet mill- fergħa ta' New York ta' Sotheby għal $6 miljuni. L-artisti li qed jipparteċipaw, clockwise mix-xellug: Nicolas Party, Henni Alftan, March Avery, Jonas Wood, Gary Hume, Harold Ancart, and Andrew Cranston Milton Avery, Dark Shore, 1938

