MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Jekk wieħed ifittex fuq atturi Maltin li ħadmu fil-films (però mhux f 'dawk lokali) żgur mhux se jkollu fejn jitfixkel għax in- numru hu limitat sewwa. Nibda biex insemmi lil Oreste Kirkop li kien il-protagonist flimkien ma' Kathryn Grayson f 'e Vagabond King (1956), fejn hu bħala kantant/tenur esegwixxa ħafna mill-kant f 'din l-operetta ta' Rudolf Friml. Dan kien l-uniku xogħol ċinematografiku tiegħu għax wara rtira minħabba saħħtu. Attur ieħor li kien jgħix Londra, John Dimech deher f 'e Deadly Affair (1967), fil-grandjuż/epiku Lawrence Of Arabia (1962) (bħala Għarbi li jegħreq fil-ħama) u f 'e Killers Of Kilimanjaro (1959) fejn ilissen il-kliem bil-Malti "iaħ il-katina". Fil-kast tal-popolari To Sir With Love (1967) (tkanta l-kanzunetta rinomata tat-titlu Lulu) wieħed mill-istudenti mqarbin tal-għalliem Sidney Poitier hu Peter Attard (Ingham). It-tewmin Madeleine u Mary Collinson spikkaw fil-film tal-biża' tal-kumpanija Hammer Films, Twins Of Evil (1971), waħda bħala t-tajba u l-oħra l-ħażina. Ħadmu wkoll fil-kummiedja He'll Follow You Anywhere (1972) u f 'partiċelli ġo 'sex comedies' bhal Come Back Peter, Groupie Girl, e Love Machine u Permissive. Fl-1970 flimkien ippużaw għal Playboy. Mill-Awstralja fejn jgħixu eluf ta' Maltin forsi wieħed jistenna aktar riżultati inkoraġġanti. Terry Camilleri li kont qrajt li hu Għawdxi, kien il-protagonist ta' e Cars at Ate Paris (1974) tad- Direttur rinomat Peter Weir u reġa' daħħlu f 'e Truman Show (1998), din id-darba f 'Hollywood. Fil-film klassiku u kult Awstraljan Picnic At Hanging Rock (1975) tal-istess direttur (il-film Awstraljan l-aktar favorit tiegħi flimkien ma' Jedda (1955) dwar traġedja misterjuża li tmiss klassi ta' tfajliet fuq din l-imsemmija għolja f 'New South Wales, jaħdmu wkoll żewġ tfajliet Maltin, Angela u Bernardette Bencini. Bħalissa timpressjona bil- kbir, l-aktar bħala kantanta, insibu lil Marisa Abela attriċi Ingliża li missierha hu Malti. Hi impressjonat bil-kbir f 'Back To Black (2024) fejn interpretat il-mibkija Amy Winehouse u anki fi Black Bag (2025). Naqraw li l-attriċi ta' wiċċ verament gustuż, Yvonne Romain li fis-snin sittin u sebgħin ħadmet f 'ruxxmata ta' films l-aktar tal-biża' u avventuri, hi ta' dixxendenza Maltija. L-internet isemmi li Nigel Stock u Veronica Hurst huma atturi Maltin, iżda dawn twieldu Malta minn ġenituri Brittaniċi li kienu fis-servizz fil-gżira tagħna. L-attur Sandro Giglio li deher, fost ħafna films fil-klassiku War Of e Worlds (1953) hawn minn jgħid li hu Malti, però dwar dan għandi d-dubji. Meta mqabbla ma' dawn kollha, il-karriera tal-attur Malti Joseph Calleia tassew tispikka u tiddomina bil-kbir fuq kulħadd. Joseph Calleia twieled nhar l-4 ta' Awwissu 1897 fir-Rabat bl-isem ta' Joseph Alexander Caesar Hershall Vincent Calleja, fis-Saqqajja fejn insibu l-bust tiegħu. Meta missieru nduna li kien inklinat għall-mużika, bagħtu Londra jistudja l-inġinerija u bil-vuċi tenoristika tiegħu beda jkanta ballati Skoċċiżi liebes ilbies tradizzjonali tal-"Highlands". Missieru ma ħax pjaċir b'dan u beda juża kunjom ommu bl-isem ta' Joseph Spurin. Fl-1914 beda jaħdem fis-Servizz tat-Trasport Brittaniku jdur madwar id-dinja għal sentejn u nofs. Meta fl-Ewwel Gwerra Dinjija l-vapur li kien fuqu ntlaqat minn torpedo, għadda tliet xhur l-isptar, irċieva medalja ta' servizz tajjeb u ġie rilaxxat minn dan ix-xogħol. Fl-1917 ivvjaġġa lejn l-Istati Uniti u beda jkanta għar- Red Cross, għas-servizzi armati u ingaġġa mal-American Tank Corps. Kien hawn li Joseph biddel it kunjomu minn Calleja għal Calleia biex ma jaħsbuhx Spanjol. Meta għamel id-debutt tiegħu fl-1925 fil- kunċert ta' Town Hall fi New York, leħnu ġie mfaħħar sewwa tant li "ġie użat b'abbiltà kbira" fl-opri Taljani inkluż La Boheme ta' Puccini, kif sostna l-korrispondent ta' e New York Times. Fis-snin ta' wara fuq il-palk ta' Broadway waslu suċċessjoni ta' partijiet varjati u mfaħħrin f 'e Front Page (1928), e Last Mile (1930) u Grand Hotel (1930), tant li l-famuż attur, direttur, produttur Orson Welles skanta bih u li baqa' stampat fil-menti tiegħu. Is-suċċess tar-reċta Small Miracle (1934) li tatu l-fama, kien responsabbli biex hu mar Hollywood fejn iffirma kuntratt mal-Metro-Goldwyn- Mayer (M.G.M.) altarx jaħdem partijiet tal-viljakk, parti li tant qaxxarha fuq Broadway fi Small Miracle. L-ewwel film tiegħu f 'din il-belt ta' Los Angeles kien Public Hero No: 1 (1935), iżda qabel kien deher f 'xi it produzzjonijiet maħduma fin-naħa l-oħra tal- Istati Uniti, imma qabel kien deher f 'xi it produzzjonijiet maħduma fin-naħa l-oħra tal-Istati Uniti, minn kumpaniji żgħar imlaqqmin Poverty Row. Calleia eċċella bħala l-ħażin fil- films, però xtaq jinterpreta karattri li juru xi it simpatija għalkemm qatt ma kellu x-xewqa li jkun l-eroj. Ingħata serje ta' films fejn interpreta karattri oskuri u misterjużi imma wkoll b'fil umoristiku bħal Algiers (1938), Five Came Back (1939), Golden Boy (1939), e Glass Key (1942) u Gilda (1946). Kien kiteb ukoll l-iscreenplay ta' I Am Joaquin, dwar Joaquin Murrieta (karattru dubjuż Messikan li kien imfittex mil-liġi f 'California wara li kien mixli, imma innoċenti, li seraq u qatel u li anki għen lill- fqar u li qatluh ta' 25 sena li dwaru dehru diversi produzzjonijiet). Calleia ħaseb li seta' jaħdem il-parti prinċipali, iżda billi hu akbar fl-età l-M.G.M. għażlu lil Warner Baxter li ironikament kien akbar minnu fl-età! It-titlu tal-film inbidel għal Robin Hood Of El Dorado. 14 films IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Joseph Calleia — karriera produttiva u twila f'Hollywood L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Corpse Bride (2005) Touch of evil (1958)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025