MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

niltaqgħu mas-sindki IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum 16 Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-akbar sfida għall-Ħamrun hu l-ammont tat-traffiku li jgħaddi mit-toroq ta' kuljum, nuqqas ta' parking minħabba żieda fil- popolazzjoni u tal-karrozzi, nuqqas ta' spazji miuħa u postijiet fejn in-nies iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, l-issue tal-ħamiem li qed joħloq inkonvenjent kbir u ħsara fil- propjetajiet, kif ukoll kwistjonijiet ta' sigurtà. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-Kunsill isewwi dejjem kull applikazzjoni li tidħol mal-planning authority u joġġezzjona kull meta jkun hemm il-ħtieġa. Il-Kunsill jemmen li l-karattru tal-lokal għandu jibqa' kif inhu dak tad-djar fuq u isfel u fuq l-istess livell. Ħdimna wkoll biex inġibu fondi biex jiġu rrestawrati propjetajiet f 'żona UCA biex jinżamm l-ambjent oriġinali ta' dawn it-toroq, Fil-fatt ġew restawrati madwar 50 faċċata f 'żona UCA fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-Kunsill matul dawn l-aħħar snin ħadem biex għamel jew ġab fondi biex jiġu restawrati bosti siti bħal knejjes, kappelli, monumenti, niċeċ fit-toroq, binjiet storiċi, u anke murals antiki li kienu mal-ħitan. L-akbar investiment min-naħa tal-Kunsill u b'fondi Ewropej kien ir-restawr tal-istazzjon tal-ferrovija li bħalissa jiġi amministrat mill- Ħamrun Scouts. Bħalissa wkoll ħa jkun qed isir xogħol fuq żewġ xelters li nstabu waqt li sar xogħol ta' riġenerazzjoni ta' Triq il-Kbira San Ġużepp. Ix-xewqa tagħna hi wkoll li 'l quddiem isir restawr tal-workshop tal-ferrovija li bħalissa qegħdin jużawh il- Malta Dairy Products. Dan il-workshop hu importanti ħafna għax apparti l-kobor u l-istorja li fih, hu post li għadu kważi l-istess bħal meta kien jintuża. Fiż-żmen li ġej ukoll ħa jibda restawr fuq Palazzo Blacas. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Fl-opinjoni tagħna qatt mhu biżżejjed. Fil- fatt, matul dawn l-aħħar snin ħloqna żewġ spazji ġodda: dak li sar bħala estensjoni mal-ġnien Salvinu Spiteri, kif ukoll bandli ġdid flok triq fi Pjazza San Pawl. L-akbar proġett ta' spazju miuħ ġdid hu dak li qed isir fuq il-bejt tal-iskola Ex Liċeo, li se jkun l-akbar spazju miuħ li jkollna fil-Ħamrun. Xewqa oħra hi li l-post tal-Azzjoni Kattolika, magħruf bħala LEGA, jerġa' jinfetaħ biex ikompli jkun ta' għajnuna u servizz bħalma kien fil-passat. Dan hu post kbir b'bitħa kbira li żgur ikun jista' jgħin biex ikun hawn aktar spazji fejn in-nies jistgħu jmorru, kemm għar-rikreazzjoni, kif ukoll għall- edukazzjoni. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il-prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Il-Ħamrun għandu jkompli bir- riġenerazzjoni li qabad, b'toroq jiġu tranġati u msebbħa. B'dan il-pjan għandu jkun hemm aktar sigurtà u aktar nies u familji jagħżlu li jiġu joqogħdu l-Ħamrun. Il-Ħamrun hu post kummerċjali u għalhekk hemm il- ħtieġa li dan ikompli u nattiraw investiment ġdid, bħalma jiġri wkoll f 'setturi oħra bħal dawk tal-boutique hotels li qed jiżdiedu minħabba li aħna viċin il-Belt Kapitali u l-prezzijiet ikunu aħjar mill-Belt, imma fl-istess ħin xorta waħda viċin il-Belt għat- turisti. Nixtiequ wkoll inkomplu bil-pjan li Triq il-Kbira u anki toroq oħra f 'xi ġranet isiru pedonali biex jitgawdew aktar min-nies u mhux mill-karozzi biss. Irridu nkomplu bil-pjan li jkun hemm aktar CCTVs fit- toroq, kif ukoll iktar pulizija biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq u tinbena fiduċja ġdida. Xi proġetti pjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Il-proġetti huma li jkompli jissebbaħ l-ambjent tat-toroq u l-ispazji miuħa, kif ukoll nagħfsu aktar fuq l-indafa biex l-ambjent ikun wieħed kif verament jixraq u kif tixtieq il-maġġoranza tar-residenti. Proġett ieħor hu edukattiv, biex naraw ukoll lir-residenti jkollhom aktar opportunitajiet ta' tagħlim sabiex ikomplu javvanzaw fil- karriera tagħhom. Proġetti li qed naħdmu fuqhom huma pavimentar ġdid tal- eqdem triq fil-Ħamrun, dik ta' Atoċja, ir- riġenerazzjoni ta' Pjazza San Pawl, bandli ġodda flok dawk li hemm fi Triq Giovanni Barbara, u użu aħjar tal-ġnien Vittmi Ħamruniżi. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? Nixtieq li jkun hemm aktar trankwillità fejn jidħol it-traffiku u l-parking. Dan qiegħed joħloq inkonvenjent lir-residenti u lil min jiġi l-Ħamrun. Hija xewqa tiegħi li jkollna aktar postijiet ta' parkeġġ taħt l-art biex issolvi din il-problema. Il-Kunsill tagħna diġà ħadem fuq proġett simili ta' parkeġġ ta' 150 karozza taħt l-art u dan kien suċċess. Nixtieq li jkun hemm iktar proġetti simili, u kif beda jsir il-parkeġġ filgħaxijiet fiż-żewġ skejjel tal-Ħamrun, dan isir ukoll matul il-ġurnata kollha imma taħt il-ground ta' dawn l-iskejjel. Ma jagħmilx sens li fil-Ħamrun ikollok tliet grounds ta' skejjel li jintużaw it matul il-ġurnata, meta dan l-ispazju jista' jintuża ferm aktar f 'kull ħin. Jekk ikun hawn numru sew ta' parkeġġi, jonqos it-traffiku fit-toroq u tingħata trankwillità akbar fit-toroq u lir- residenti. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li tiffaċċja bħala sindku? Min-naħa tiegħi nista' ngħid li fil- maġġoranza dejjem sibt għajnuna, anke dik finanzjarja, u anke meta għamilt proposti biex jinbidlu l-liġijiet minħabba l-issues tal- housing u l-barranin. Meta kellna proġetti u mort bl-ideat ċari, dejjem sibt l-għajnuna. Vera, forsi ħadu l-ħin, imma li jgħodd hu li jsiru u jibdew jitgawdew min-nies. Nixtieq li jkun hemm aktar għajnuna fejn tidħol is- sigurtà u d-dixxiplina. 'Nixtieq li jkun hemm aktar trankwillità fejn jidħol it-traffiku u l-parkeġġi' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Christian Sammut, is- Sindku tal-Ħamrun Il-Ħamrun hija waħda mill-aktar lokalitajiet magħrufa f 'Malta, magħrufa għall-istorja u l-identità kulturali tagħha. Din il-belt, li tinsab qrib il-Belt Valletta, għandha popolazzjoni diversa u hi kkaratterizzata minn ħajja kummerċjali attiva, bi ħwienet, suq u attivitajiet varji matul il-ġurnata. Triq il-Kbira l-Ħamrun hija magħrufa bħala qalb il-lokal, fejn in-nies jinġabru u jiltaqgħu. Il-Ħamrun huwa wkoll ċentru ta' sport, partikolarment il-futbol, bil-klabb tiegħu magħruf sew madwar il-pajjiż. Il-lokal joffri wkoll diversi spazji ta' komunità u għandu tradizzjonijiet reliġjużi sinifikanti, fosthom il-festa ta' San Gejtanu li tattira eluf ta' pellegrini u partitarji kull sena. Christian Sammut, is-Sindku tal-Ħamrun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025