MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum 04 ŻWIĠIJIET F'MALTA FL-AĦĦAR GĦAXAR SNIN In-numru ta' żwiġijiet ċivili jkomplu jegħlbu lil dawk reliġjużi AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej nieda sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 73.5.4: Investimenti Produttivi fl-Azjendi Agrikoli – Tiġdid u Żvilupp tal-Vinji Is-sejħa ta' dan l-intervent ser tagħlaq nhar il-Erbgħa 28 ta' Jannar 2026 f'nofsinhar. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjonijiet ta' din is-sejħa. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni dwar din is- sejħa kif ġej: • The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun nhar il-Erbgħa 5 ta' Novembru 2025 • Fir-Razzett Esperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, Xewkija nhar l-Ħamis 6 ta' Novembru 2025 • Uffiċju Priċipali ARPA, Triq Ħal-Luqa, Għammieri, Qormi nhar il-Erbgħa 12 ta' Novembru 2025 Biex tirreġistra' għal dawn is-sessjonijiet u għal aktar informazzjoni, tista taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbgħatu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt JAELLE BORG Bejn l-2015 u l-2024 ġew irreġistrati aktar minn 26,000 żwieġ f 'Malta u Għawdex, skont data uffiċjali li ġiet ippubblikata mir-Reġistru Pubbliku. Iċ-ċifri jinkludu, mhux biss żwiġijiet li saru bejn residenti Maltin, iżda wkoll dawk li jinvolvu persuni mhux residenti, kif ukoll żwiġijiet li saru barra minn Malta iżda ġew irreġistrati lokalment, sabiex ikunu legali u rikonoxxuti skont il-liġi Maltija. Id-data turi bidla soċjali ċara fis- snin riċenti, li qed turi kif is-soċjetà Maltija qed issir aktar sekulari. B'mod partikolari, jidher li żwiġijiet ċivili qed ikomplu jikbru b'mod sinifikanti u issa qed jegħlbu lil dawk reliġjużi, li tradizzjonalment kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza. Fl-2015, iż-żwiġijiet reliġjużi kienu għadhom jiddominaw b'aktar minn 1,500 ċerimonja mqabbla ma' madwar 1,480 żwieġ ċivili. Dak iż-żmien, iż-żwieġ fil-knisja jew f 'ċerimonja reliġjuża kien għadu jitqies bħala l-għażla naturali għal ħafna koppji Maltin. Madankollu, is-snin ta' wara raw tnaqqis gradwali iżda kostanti fl-għadd ta' żwiġijiet reliġjużi. Sas-sena 2019, iċ-ċerimonji ċivili kienu diġà kważi qabżu dawk reliġjużi, u din it-tendenza saret aktar ċara wara l-pandemija. Fl- 2024, in-numru ta' żwiġijiet ċivili laħaq kważi 1,500, filwaqt li dawk reliġjużi niżlu għal 870 biss. F'għaxar snin, il-proporzjon bejn iż-żewġ tipi ta' żwiġijiet inbidel kompletament, b'aktar koppji li jagħżlu li jiżżewġu barra l-kuntest reliġjuż. Din it-tendenza tirrifletti bidla soċjali usa': il-ġenerazzjonijiet iżgħar, b'mod partikolari, qed juru preferenza lejn ċerimonji sempliċi, personalizzati, u mhux marbuta ma' rit reliġjuż. Ħafna koppji jgħidu li jagħżlu żwiġijiet ċivili biex ikunu jistgħu jippjanaw iċ-ċerimonja tagħhom b'mod aktar flessibbli, jew biex jevitaw l-obbligi reliġjużi assoċjati maż-żwieġ fil-Knisja Kattolika. L-impatt tal-pandemija tal- 2020 Is-sena 2020 kienet waħda eċċezzjonali. Bil-miżuri restrittivi kontra l-pandemija tal-COVID-19, iċ-ċerimonji taż-żwieġ ġew limitati b'mod drammatiku. Dak is-sena ġew irreġistrati biss madwar 1,150 żwieġ — inqas minn nofs l-ammont tas-snin ta' qabel. Ħafna koppji kellhom iħassru jew jipposponu ċ-ċelebrazzjoni tagħhom, u din il- waqfa ħalliet effett temporanju fuq it-tendenzi annwali. Madankollu, hekk kif ir- restrizzjonijiet tneħħew, l-għadd ta' żwiġijiet reġa' tela' fl-2021 u fl-2022, għalkemm ma rritornax kompletament għall-livelli ta' qabel il-pandemija. Minn dak iż-żmien, in-numru ta' żwiġijiet totali baqa' stabbli madwar 2,500 fis-sena, b'xejra ċara favur iċ-ċerimonji ċivili. Żwiġijiet bejn dawk mhux residenti u koppji ta' sess wieħed Importanti wieħed jinnota li d-dejta tinkludi wkoll iż-żwiġijiet bejn persuni mhux residenti li jagħżlu li jiżżewġu f 'Malta, kif ukoll dawk li jsiru barra l-pajjiż iżda jiġu rreġistrati mar-Reġistru Pubbliku Malti. Dan jagħmel lil Malta punt ta' attrazzjoni għal ċerimonji internazzjonali, partikolarment minħabba l-ambjent pittoresk tagħha u l-fatt li żwiġijiet ċivili jistgħu jsiru fi kwalunkwe post approvat mill-awtoritajiet. Barra minn hekk, minn Lulju tal- 2017, id-dejta uffiċjali bdiet tinkludi wkoll iż-żwiġijiet bejn koppji ta' sess wieħed, wara l-approvazzjoni tal-liġi dwar iż-Żwieġ Ugwali. Din il-bidla kienet pass storiku li poġġiet lil Malta fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li taw ugwaljanza sħiħa fiż- żwieġ indipendentement mis-sess. Għalkemm il-proporzjon ta' dawn iż-żwiġijiet għadu relattivament żgħir, il-preżenza tagħhom hija indikazzjoni ċara tal-bidla kulturali li għaddejja fis-soċjetà Maltija. Proċeduri u klassifikazzjoni taż-żwiġijiet Skont ir-regolamenti tar-Reġistru Pubbliku, jekk koppja tiċċelebra żwieġ ċivili u mbagħad tagħmel ċerimonja reliġjuża simbolika, iż- żwieġ jiġi kkalkulat darba biss bħala żwieġ ċivili. Dan biex jiġi evitat li l-istess unjoni tiġi rrappurtata darbtejn. Dan il-metodu ta' klassifikazzjoni jassigura li d-dejta tkun preċiża u konsistenti ma' kif jiġu rreġistrati ż-żwiġijiet f 'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Meta wieħed iħares lejn l-andament ġenerali, il-figuri juru tnaqqis ta' kważi terz fl-għadd totali ta' żwiġijiet bejn l-2015 u l-2024, minn madwar 3,000 fis-sena għal madwar 2,300. L-istess perjodu juri wkoll żieda ta' aktar minn 30% fil- proporzjon ta' żwiġijiet ċivili meta mqabbel ma' dawk reliġjużi. Din il-bidla tgħid ħafna dwar il-bidla fil-valuri u l-istil ta' ħajja f 'Malta. Is-soċjetà tidher aktar miuħa, individwali, u orjentata lejn l-għażla personali. Għal ħafna koppji, iż-żwieġ ma jibqax biss ċerimonja spiritwali, iżda esperjenza personali li tirrifletti min huma u x'jemmnu. F'salt wieħed, l-aħħar għaxar snin ikkonfermaw li ż-żwieġ f 'Malta mhux biss qed jonqos fil-frekwenza, iżda qed jinbidel fil-forma tiegħu. Il-fatt li ċ-ċerimonji ċivili issa huma l-maġġoranza ma jfissirx tnaqqis fil-valur tal-impenn, iżda pjuttost evoluzzjoni fil-mod kif il-Maltin u l-Għawdxin jimu l-kunċett taż- żwieġ. F'soċjetà li qed issir dejjem aktar pluralista u moderna, iż- żwieġ f 'Malta illum jirrifletti l-varjetà, l-ugwaljanza u l-libertà ta' għażla li jikkaratterizzaw il-pajjiż kontemporanju. iż-żwieġ f 'Malta qed jinbidel: iċ-ċerimonji ċivili issa jaqbżu lil dawk reliġjużi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025