MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

nimblukkaw l-objectors imma ntuhom opportunità. Konsultazzjoni, tisimgħu, u tiddeċiedu. X'inhu l-pass li jmiss? OWEN BONNICI: Inti staqsejtni fuq ħafna punti. Stanley qal f 'Lulju li għadda li se jkunu qed iressqu proposti konkreti bħala Oppożizzjoni. Sal-lum dawn għadhom ma waslux. Semmejt ukoll il-bżonn li nirrispettaw l-ambjent, li naqbel kompletament miegħek. Id- differenza bejn iż-żewġ partiti hi li għandek Kap tal-Oppożizzjoni illi fetaħ il-bieb għal High Rises f 'Għawdex. Għandek Prim Ministru li jopponi dawn. Imbagħad jistaqsu lill-Kap tal- Oppożizzjoni li jgħidlek ma jridx jiddiskuti l-mertu ta' dan. Imbagħad hemm il-Kap tal- PN li qed jitkellem fuq il-4 day work week, li hemm bżonn studju qabel tiġi diskussa, inkella jkollok il-MEIA illi jwissi li din il-proposta twassal għal iżjed ħaddiema barranin. Intom għedtu li din il- protesta mhux se tieqaf. Semmejtu numru ta' punti. Għala għedtu mhux se tieqaf hawn l-għajta tagħkom? ANDRE CALLUS: Le, jiġifieri l-ġlieda se tkompli. Din il-ġlieda hija essenzjali, għalina, għal Malta, għal Għawdex. Għax dawn bil-liġijiet li jridu jdaħħlu, dawn ħa jżarmaw kollox. L-ebda ministru ma jiġi jilgħab bil- kliem. Bħalissa hemm affarijiet li għandhom difetti kbar fihom u dejjem niġġieldu fuq ħaġa jew oħra. B'li ħa jagħmlu b'din il- liġi, kollox ħa jżarmaw ir-regoli u s-salvagwardji kollha li hemm. Mhumiex ħafna, imma dawk kollha li hemm ħa jilħquhom. Dan dittatorjat lill-awtorità tal-ippjanar li tagħmel li trid, immaġina awtorità tbiddel il-local plan. Xi ħaġa li hija determinata mill-parlament. Intom x'qed titolbu? Li jkun hemm diskussjoni? ANDRE CALLUS: Aħna rridu li jkun hemm diskussjoni. Ilna snin nitkarrbu b'dokumenti sħaħ b'suġġerimenti. Dawn l-abbozzi saru bl-intenzjoni li jakkomodaw dak kollox li riedu l-iżviluppaturi. Inti l-ewwel semmejt il-Qorti, se jneħħu s-setgħa tal-Qorti li tħassar permess illegali. Din mhux kwistjoni biss ta' ambjent imma hi kwistjoni ta' ġustizzja. L-impressjoni tiegħi hija li, filwaqt li intom tridu riforma, intom ma xtaqtux li tiġi hekk għax l-għajta hemm barra hija li intom kontu parteċipi f 'din ir- riforma. MICHAEL STIVALA: Aħna konna kontra din il-pożizzjoni għas-sempliċi raġuni illi kif inhi s-sistema tal-qrati llum, hija twila wisq. Inti jekk tapplika għal permess, iddum snin tistenna. Biex tieqaf mix-xogħlijiet, irid ikun hemm deċiżjoni fi żmien qasir. Jien ma' Andre hawnhekk ma naqbilx ma' dak li għadu kif qal. Pereżempju qal li l-Qorti ma tistax tikkanċella permessi, anke kif qiegħda bħalissa ma jikkanċellawx. Kelli permess ilbieraħ li ħareġ fuq il-midja — ilbieraħ stess tiegħi — li l-Qorti qaltli "isma' mur biddel ftit affarijiet, mur quddiem it- tribunal u ssottometti l-pjanti ġodda. U jekk, min oġġezzjona, il-pjanti li ħa nissottometti ma jogħġbuhomx, jerġa' jmur il- Qorti. Fil-verità, id-differenza hija li aħna rridu r-riforma u nitkellmu ma' kulħadd. Jien irrid nisma' u nitgħallem imma din ir-riforma trid tintrema 'l hemm. Meta inti rajt li din ħarġet fl-eqqel tas-sajf, int m'għedtx li ħarġet ħin mhux opportun? MICHAEL STIVALA: Ħa ngħidlek, Andre Callus irċivieha qabli l-143. Irċivejtuha bil-Whatsapp. Le, riforma m'għandhiex issir hekk. Jekk tara l-istqarrija tagħna, aħna xtaqna diskussjoni, hemm punti li ma naqblux magħhom. Kif qal il- Ministru, il-multi splodewhom. Is-sentenza li semma l-Ministru, fejn il-Prim Imħallef talab lill- Gvern jirriforma l-liġi, dik kienet mossa kontriha. Mill-Moviment Graffitti, mill-avukat tagħhom stess, jiġifieri l-avukata tagħhom stess bdiet tabbuża mis-sistema fejn fil-25 ta' Ġunju l-imħallef qal lill-Gvern li s-sistema qed tiġi abbużata kontinwament u qed jitlob riforma. Id-differenza hi li s-sentenzi li jsemmi Andre kollha joħorġu fil-media u din fejn qal li s-sistema qed tiġi abbużata, l-ebda media ma semmietha. Din sentenza ta' xahrejn ilu. Ħafna minn dawn il-punti ta' dawn il-kwistjonijiet mhux qed jinftiehmu. Li qed jifhmu n-nies hu li għandhom sitwazzjoni fejn hemm is-sentiment li Malta kollha qed tinbena. Is- soluzzjoni hi li nsibu bilanċ intelliġenti. X'tip ta' bilanċ hu dan? ANDRE CALLUS: Ilna snin nitkarrbu biex inpoġġu fuq il- mejda mal-Gvern u niddiskutu din ir-riforma li hemm bżonn. Tajna dokument sħiħ bi proposti dettaljati u tekniċi. Injorawh għalkollox. Iltqajt darba mal- Prim Ministru wara l-protesta ta' Xebbajtuna fl-2023 fejn dak iż-żmien b'mod qarrieqi qalulna li qed jaħdmu fuq riforma fl-appelli imma kienu qed iżarmaw is-salvagwardji kollha li hemm. Jien personalment għadni ma ltqajtx ma' Alex Borg, però persuni oħra iva u aħna niltaqgħu ma' kulħadd. Din mhijiex riforma, li tmur fl-artikli kollha tal-liġi u b'mod Mużumeċjan tgħawwiġhom biex tneħħi kull protezzjoni li hemm. Din mhijiex riforma. Din hija daqqa ta' ħarta u insult lill-pubbliku. Michael qal li ma kinux parteċipi fiha din ir-riforma. Mhux parteċipi kontu, intom iddetajtuha r-riforma. Hemm kliemek, kliem Joseph Portelli. Ili snin niltaqa' magħkom. Dak kollu li kontu teqirdu dwaru, daħħluh hemmhekk. Kellna każ fil-Qorti fejn approvawlu lukanda ta' 11-il sular f 'żona residenzjali. Il-Qorti ħassret il-permess għax skont il-local plans mhux suppost ikun hemm lukanda ta' 11-il sular. Imbagħad ħafna qrid u biki. X'għamlu issa? Dak kollu li kien hemm, intom fi sħab mal- Gvern, neħħejtuh biex taqtgħu saqajn in-nies. MICHAEL STIVALA: Kieku taf l-interessi kummerċjali li hemm fih dan il-każ. Hemm każ ta' disa' miljuni, fejn intom bdejtu tiddefendu bniedem li tefa' offerta ta' disa' miljuni. F'ismu bdejtu titkellmu. Ħa ngħidlek, dawn taf x'inhuma? Hija ċara u tonda. Jistgħu jagħmluli libell. Jiena kelli każijiet fejn hemm huma involuti, illi talbuni miljun u mitejn elf biex nirtira l-applikazzjoni. Ingħaqadtu magħhom intom. Qed ngħid li daħlu appelli ma' nies oħra flimkien, li dawn in-nies flimkien li użaw l-istruttura ta' Moviment Graffitti, jiġu jitolbuna l-miljun. Jien għalhekk lil Andre għedtlu ejja ħa niltaqgħu u nkellmek. Ħalli nispjegalek x'għandek madwarek. X'qed tistenna inti bħala l-pass li jmiss? ANDRE CALLUS: Jiena tkellimt fuq każijiet li kien hemm u għala għażlu biex jagħmlu din ir-"riforma". Aħna l-ewwel ħaġa nhar it-Tnejn 27 ta' Ottubru, ħa nerġgħu nsejħu n-nies. Minn quddiem il-Qorti sal-parlament. Protesta oħra, u nibqgħu niġġilduha. Din hija ġlieda eżistenzjali. It-theddida li għandna tant kemm hija kbira, ma nistgħx nitilfuha. Jien nemmen lin-nies huma rrabjati u lesti biex jieħdu l-azzjoni. X'taħseb li għandu jkun il- pass li jmiss? MICHAEL STIVALA: Jien nemmen li l-liġi u d-diskussjoni għandha tibqa' għaddejja. Fejn għandu bżonn jinbidel jinbidel, il-poplu hemm barra jiġi protett kif għandhom jiġu protetti l-applikanti. Ninjorahom, qed nitlob biex niltaqa' magħhom u nsibu pożizzjoni komuni biex niħduha għand il-gvern? Aħna nemmnu li l-Gvern irid jagħmel it-tibdiliet li hemm bżonn, u rridu naslu f 'pożizzjoni komuni. Il-poplu lilhom ivvota, huma jivvutaw fil-parlament. intervista illum • IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 07 €1,200,000 biex nirtira l-applikazzjoni ' Il-ministru Owen Bonnici (xellug) u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Stanley Zammit (lemin) jiddiskutu l-merti tar-riforma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025