MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 Terz tal-istudenti universitarji jippreferu jużaw il-karozza tagħhom ILENIA DEBONO Mit-12,000 student ta' kull livell fl-Università, 4,363 applikaw għall-permess tal- parkeġġ fl-2024. Dawn l-4,363 student għandhom 500 post fejn jistgħu jipparkjaw fl- Università, 124 minn dawn il-500 huma riservati għall- inizjattiva tal-carpooling. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), li hi l-entità responsabbli għall-akkwist tal- permessi tal-parkeġġ għall- istudenti fl-Università ta' Malta, fejn il-Kunsill qasam xi ċifri rigward il-mezz tat-trasport preferut qalb l-istudenti. L-Università hemm 1,396 post għall-parkeġġ, b'500 — voldieri 35.8% tal-postijiet — huma ddedikati għall-istudenti. 528 (37.8%) minn dawn l-1,396 post huma għall-1,400 impjegat amministrattiv tal-Università. It-368 (26.4%) post li baqa' huma riservati għall-1,650 impjegat akkademiku fl-Università. Skont ir-rapport li juri l-perspettiva tal-istudenti fuq is-sostenibbiltà fl-Università mill-KSU stess, fl-2022 42% (madwar 4,700 ruħ) tal- istudenti kienu jużaw il-karozza sabiex jaslu l-Università. 33% tal-istudenti qalu li huma jużaw it-trasport pubbliku sabiex jaslu l-Università. Din is-sena, ġew introdotti rotot ta' Tallinja ġodda minn postijiet ġodda għall-Università li setgħu jgħinu fin-numru ta' studenti li jippreferu jużaw it- trasport pubbliku milli l-karozza personali tagħhom. 85.9% tal-istudenti li pparteċipaw f 'dan ir-rapport qalu li s-sistema tat-trasport pubbliku mhijiex waħda li xi ħadd jista' jafda fuqha. Madankollu 30.65% minn dawk li qalu hekk xorta waħda jużaw it-trasport pubbliku minħabba raġunijiet finanzjarji jew oħra. 45% tal-parteċipanti wrew ħajra li jibdew jaqdfu bir- rota sal-Università, jekk l-infrastruttura kurrenti tiġi mtejba b'lanes dedikati għaċ- ċikliżmu b'mod sigur. Dawn il- 45% huma minn lokalitajiet fil- viċinanzi tal-Università, voldieri San Ġwann, Birkirkara, Tas- Sliema u n-Naxxar. Numru kbir ta' studenti ħeġġew il-kreazzjoni ta' iżjed parkeġġi fl-Università imma l-KSU tenna li dan mhuwiex ideali, hekk kif minflok hu jrid jiffoka fuq l-importanza tal- mezzi tat-trasport alternattiv. Minflok, il-Kunsill irid jiffoka fuq miżuri iżjed sostenibbli inkluż servizz ta' shuttle u iżjed bilanċ bejn l-allokazzjoni tal- parkeġġ. Rigward is-servizz tax- shuttle, 93% tal-parteċipanti li jattendu l-Università, iżjed minn ħames darbiet fil-ġimgħa qalu li huma jkunu interessati jużaw servizz ta' shuttle għall- Università. Dan iseħħ jekk ix- shuttle jkun iżjed mgħaġġel, frekwenti, u affidabbli mis- sistema tat-trasport pubbliku kurrenti. Il-ħames l-iżjed lokalitajiet li kien hemm domanda għal din ix-shuttle huma Tas-Sliema, il- Mosta, Birkirkara, Għawdex, u Ħ'Attard. 36% tal-istudenti jużaw il-karozza sabiex jaslu l-Università, nuqqas ta' sitt punti perċentwali mill-2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025