Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506
Dawn il-proposti ħarġu fl- aħħar ta' Lulju, u kien hemm kritika għala ħarġu f'ħin meta ma setax ikun hemm diskussjoni. Għadna ma nafux issa fuq liema stat qegħdin. Għala ħarġu fl-aħħar ta' Lulju? OWEN BONNICI: Din ir- riforma kien ħabbarha l-Prim Ministru sentejn ilu, fit-2 ta' Mejju 2023. Daqshekk ilna naħdmu fuq ir-riforma. Aħna kuraġġużi u nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Ippubblikajna l-abbozz ta' liġi li huwa l-bidu ta' proċess sħiħ, proċess li jinvolvi dibattitu fil-parlament u ieħor fil-kumitat tal-abbozz tal-liġijiet fejn wieħed ikompli jibni fuq din il-liġi. Ukoll, ħabbarna illi ħa nagħmlu proċess ta' konsultazzjoni formali. Jiena wieħed minn dawn il-ministri — li niffurmaw kumitat apposta — li qiegħed mhux biss jiltaqa' mal- imsieħba soċjali imma anke jirċievi sottomissjonijiet, li bħalissa qed nanalizzawhom. Però, jien irrid inneħħi din l-idea li hi xi riforma li għamilnieha bl-għaġla. Ġimagħtejn ilu kien hemm protesta kontra dan, fejn kien hemm element ta' rabja. Hemm nies ukoll li qegħdin id-dar li ma jipprotestawx imma huma kkonċernati. Lil hinn mill-konsultazzjoni, jista' jkun li l-gvern m'għarafx li hemm sensittività fuq din it- tema iżjed mis-snin ta' qabel? OWEN BONNICI: Din it- tema hija waħda sensittiva ħafna. Dan ma jfissirx li għandna nħallu kollox taħt it-tapit. Jien ġibt miegħi sentenza tal-Qorti tal- Appell li ta Mark Chetcuti. Deċiża fil-25 ta' Ġunju tal-2025. Il-Prim Imħallef qal li hemm bżonn riforma leġiżlattiva ta' kif wieħed jista joġġezzjona l-iżvilupp sabiex jiġi evitat kull forma ta' abbuż. Irrid nibgħat messaġġ li dawn il-bidliet hawn bżonnhom. Dan il-gvern m'għandux difett li jitfa' l-affarijiet taħt it-tapit. Il-messaġġ tal-PN kien li din ir-riforma mhux hekk għandha tkun. Qabelxejn, kieku kelli nħares lejn l-għajta tal-għaqdiet, l-iktar punt kien l-intenzjoni tal-liġi li l-qorti tiġi evitata. STANLEY ZAMMIT: Aħna bħala PN ilna ngħidu għal riforma. Ir-raġuni hija li mill- 2013 'l hawn, Gvern Laburista, b'intenzjoni, staġna s-sistema tal-ippjanar. Aktar minn hekk, daħħal numru ta' policies li aktar żiedu l-ambigwità flok żiedu ċ-ċertezza. Il-kollega jaf aktar minni fuq sentenzi tal- Qorti fejn il-Qorti kienet ċara daqs il-kristall "morru u ċċaraw dawn l-interpretazzjonijiet" illi nqalgħu minn policies li minflok morna u aġġornajna s-sistema tal-ippjanar, ħallejna li kien hemm kważi 25 sena — primarjament il-pjanijiet lokali — u bqajna nippruvaw biex nirranġaw naqra 'l hawn u naqra 'l hemm għal skopijiet ulterjuri. Dawn kreaw aktar problemi milli solvewhom. Waħda minnhom hija l-problema tal-infurzar. Fl-2016, il-Gvern kien għamel eżerċizzju sabiex jirregolarizza u jissanzjona. Illum, mill-2013 'l hawn, din skont mistoqsija parlamentari, għad għandna 92% ta' dawk il-postijiet li ħarġet enforcement notice f 'żoni ta' żvilupp li għadhom mhux solvuti. Fl-ODZ, 55% għadhom mhumiex solvuti. Dan wara li kien sar l-eżerċizzju tal-2016. Din la hija riforma u wisq anqas tal-ippjanar. L-għaqdiet ħarġu fit-toroq għax l-għajta tagħhom hija li din se ċċekken il-poteri tal- Qorti. Il-PN jaqbel ma' din l-għajta? STANLEY ZAMMIT: Din hija stop gap. Eżerċizzju fejn rajna numru ta' każijiet li telgħu l-Qorti u fil-każ li għandna problema, ejja naraw kif nistgħu nillapazzaw sabiex dawn inġibuhom jaqblu u fejn ma jaqblux hemmhekk lill-awtorità ntuha s-setgħa biex, jew toħroġ b'interpretazzjoni, jew tagħmel tibdiliet mingħajr konsultazzjoni. Hemm punti f 'dawn it-tibdiliet li bi it tbagħbis kulħadd ikun kuntent. Hemm it li huma kważi sagrosanti. Hemm fejn aħna naqblu mal-għaqdiet għax hemm ċerti punti sagrosanti anke għalina, u f 'ċerti punti ma naqbilx magħhom fis-sens illi hemm xi affarijiet, eżempju t-tibdil dwar it-tinda. Kien hemm proposta fejn jingħataw aktar poteri lill- Ministru sabiex jiddefenixxi ċerti affarijiet. Fost in-nies li kkritikaw dan kien hemm l-Ex Prim Ministru Joseph Muscat. Il-portata tar- riforma hija li qiegħda aktar favur żvilupp meta l-għajta tan-nies hija "għandna wisq kostruzzjoni". Din mhux qed tħossha, Ministru? OWEN BONNICI: Ma nistax naċċetta min jgħid li din hija riforma favur l-iżviluppatur, meta waħda mir-riformi li qed nagħmlu hi li l-multi għal min jiżviluppa illegalment ħa jiżdiedu b'40 darba. Li jkollok liġi li tgħid li l-multi għal żvilupp illegali jiżdiedu b'40 darba, din mhux riforma ambjentali. Inti għedt li din hija riforma għall- iżviluppaturi. Jien qed ngħidlek ma jistax ikollok riforma li se tkabbar il-multi għal min jiżvillupa illegalment b'40 darba u tgħidli li hi favur l-iżviluppatur. Din ir-riforma hija waħda li tmiss ħafna setturi. Il-kwistjoni tal-poter tal-Ministru hija punt li mill-ewwel għedna kienet żejda l-klawsola. M'hemmx bżonnha u diġà ddikjarajna li ħa titneħħa. Għalhekk qed nikkonsultaw. Fejn jidħol il- ġid ta' din ir-riforma, joħroġ ħafna ġid. Li inti tieħu ħafna deċiżjonijiet li ilhom posposti numru ta' snin. Regolarità dejjem tibqa' regolarità, imma li tiġi persuna ttiha soluzzjoni biex xi ħaġa li ilha hemm numru ta' snin tiġi riżolta, iħallsu ta' dak li sar, mhux b'xejn. U dawk il-flus imorru għall-komunità. Meta staqsejtek ma kontx ċar. Fuq livell politiku, is- sentiment pubbliku lejn iż-żewġ partiti huwa li jridu risposta fuq problemi bħall-popolazzjoni, traffiku, kostruzzjoni. Kif għandu jaġixxi l-Gvern fir-riforma tal-ippjannar? STANLEY ZAMMIT: Għandna problemi li ġew maħluqa minħabba tibdiliet li saru f 'dawn l-aħħar snin u aħna diġà għedna "ejja niddiskutu u nsolvu dawn il-problemi." Ir- riforma propja tal-ippjanar hi li naqbdu l-proċess kif għandu jkun ta' riforma tal-ippjanar. Nibdew mill-viżjoni tagħna għal pajjiżna, il-pjan strateġiku, ir-reviżjonijiet tal-local plans u nibqgħu niżlin. Il-Gvern għandu jaqsam u jiddefenixxi, għandu jiddiskuti l-problemi li qed joqtlu s-sistema tal- ippjanar, u sadanittant immorru għal riforma fit-tul. Ressaqna proposti l-parlament inkluż dik li jsir proċess ta' mitigazzjoni u kjarifikazzjoni sabiex mhux intervista IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 • illum 06 'Kelli każijiet fejn talbuni €1,200,000 F'dan l-episodju ta' Xtra, Saviour Balzan jiddiskuti ma' Owen Bonnici, Stanley Zammit, Michael Stivala u Andre Callus ir-riforma tas-settur tal- kostruzzjoni Il-president tal-Malta Development Association, Michael Stivala (fiċ- ċentru) f 'dibattitu ma' Andre Callus mill-Moviment Graffitti (lemin)

