MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Intom ħriġtu bil-proposta tal-4 day work week ftit ilu. X'inhi l-idea? IVAN CASTILLO: Kien il-PN li ġġenera din id-diskussjoni bħala partit politiku. Aħna qed ngħidu ejja nagħmlu proġett pilota, naraw din il-4 day week jekk taħdimx fis- settur pubbliku. Il-Gvern għandu l-aktar firxa ta' ħaddiema u shis differenti. Mhux nagħmluha kullimkien, nidentifikaw ċerti dipartimenti u naraw. Mhux qed nivvintaw ir-rota, din diġà ġiet implimentata f 'pajjiżi oħra; il-Ġappun, l-Olanda,l-Iżlanda. Nistgħu nħarsu lejn l-Iżlanda bħala mudell, li għandhom xogħlijiet ta' kwalità u bejn wieħed u ieħor l-istess popolazzjoni. Però din il-proposta, ħa nkunu qed inkejlu l-produttiva tagħha, il-KPIs, il-migration bejn il-ħaddiem minn settur għal ieħor, f 'liema setturi taħdem u f 'liema le. L-iskop huwa dak li ngħidu jekk it-tazza hijiex nofsha mimlija jew le. Dan il-pajjiż għandu ħafna ħaddiema bi stress relatat max-xogħol. Kulħadd qiegħed imdamdam bix-xogħol; possibbiltà li b'din is-sitwazzjoni mhux biss ħa nżidu l-produttività, imma niġu f 'sitwazzjoni fejn jitnaqqas is-sick leave u jiżdied ir-retainability tal- ħaddiema. Għandna turnover kbir. Ma jridx isir waħdu però. L-argument hu li s-soċjetà qed tinbidel, in-nies iridu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Imma hemm ukoll l-aspett ta' produttività. Kif ħa jiġi affettwat dan? JP FABRI: Bħala pajjiż huwa vera li sejrin tajjeb ekonomikament, bil- GDP, l-impjiegi huma fost l-aqwa fl-Ewropa. Però, wasal iż-żmien li d-dibattitu ekonomiku jkun lil hinn minn dawn il-figuri, u allura rridu nibdew inħarsu lejn il-produttività tal-pajjiż. Hemmhekk għandna stampa mhux daqshekk sabiħa tal-pajjiż. Hemm setturi li sejrin tajjeb u nafu wkoll li hemm setturi dipendenti fuq ir-riżorsa umana. Dawk qed ikollhom konsegwenzi oħra, bħall-kwalità tal-ħajja. Jiġifieri qabel ma naslu għad- diskussjoni tal-4 day week, ejjew insaħħu l-pedamenti ekonomiċi għas-sostenibbiltà tal-ekonomija, li huma l-produttività. X'inhi l-problema tal- produttività? JP FABRI: Il-produttività huwa l-ammont ta' kemm tipproduċi bir- riżorsa li għandek. L-istruttura tal- ekonomija Maltija, tul dawn l-aħħar żmien, bdiet riesqa lejn is-servizzi. Jekk tara t-tkabbir ekonomiku settoralment, ġej minn servizzi professjonali, amministrattivi. Bħala ekonomija l-iktar li għandna bżonn issa, li l-kumpaniji tagħna, l-investiment li nġibu, ikun iżjed intensiv kapitalment. B'inqas ħaddiema, tista tipproduċi iżjed valur. Qabel ma nitkellmu fuq il-4 day week, insaħħu l-pedament ekonomiku. Jien xettiku li dawn l-affarijiet isiru fl-istess ħin. Inti tlaqt li dan il-kunċett beda minn Franza. Franza illum qed tfalli ekonomikament. Il-GWU kienet diġà ħarġet b'idea, li anke n-numru ta' sigħat jonqos. Hemm ċerti servizzi, eżempju sptarijiet, suldati u pulizija, li l-ħinijiet huma diffiċli ħafna. Din il- proposta kemm hi fattibbli għalihom? JOSEF BUGEJA: Konna pproponejna li l-40 siegħa jinqasmu fuq erbat ijiem. Għall-gvern, għax fil-privat hemm min jaħdem jumejn jew b'mod ieħor. Fl-2024 għedna li hemm bżonn studju. Fl- 2025 għedna li hemm bżonn studju u proġett pilota, u biex naraw biss il-benesseri imma anke l-effiċjenza, il-kompetitività, il-produttività. Jekk ħa mmorru għall-kunċett u ngħidu, ħa naqtgħu tmien sigħat — għax il-mudell jaħdem 100% paga, 100% produttività u 80% ħin — ħa naqtgħu l-ħin, mhux ħa tirnexxi. Illum kulħadd qed jirrikonoxxi li d-dinja tax-xogħol inbidlet. Imma aħna għadna naħdmu bl- istess metodu tar-revoluzzjoni industrijali fejn naħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa. Anqas inkejlu x-xogħol imma l-ħin. Illum bl-intelliġenza artifiċjali, diġitalizzazzjoni, l-istess affarijiet li semma JP li x-xogħol inkejluh bil-ħin u mhux bix-xogħol. Issa mill-Ġappun sal-Portugall, qed jaraw liema setturi taħdem, u fejn le. Bdejna ngħidu li għaxar snin oħra, ix-xogħol li ħa jsir ma nafuhx imma l-bniedem ħa jkollu bżonn jaħdem. Nistgħu nħarrġu ħaddiema f 'setturi ekonomiċi ġodda. Ma nistgħux ngħidu li din ħa tibda minn għada. L-UE qed tagħmel dawn il-proġetti pilota kullimkien, il-Ġappun għamlu proġett kbir. Aħna x'inhi d-diffikultà li naraw liema setturi taħdem u liema le. Ir-reazzjoni minn ċerti assoċazzjonijiet bħall-Malta Employers Association, kienu veru kawtiera biex ma ngħaġġlux. Il-punt li semma JP, qal aħna l-ewwel irridu nsibu saqajna. Jista' jsir proġett pilota waqt li anke nindirizzaw din il-problema? JOSEF BUGEJA: Aħna għedna li bil-proġett pilota kemm fil- privat u kemm fis-settur pubbliku, nistudjaw l-effetti. Mhux b'mod lokali biss. Għax inutli jekk għandi kumpaniji tal-Fintech, trid tara kif ħa taħdem ma' barra. Jeħtieġ li nibdew nistudjaw u naraw kif taħdem. Li ma sarx li kellu bżonn isir wara l-COVID, il-kunċett tal- Hybrid beda u baqa' ħafna magħna. Clyde Caruana mill- ewwel qabad u tajrilha rasha din il-proposta. ANDY ELLUL: Ma naqbilx miegħek. Ħa nibdew mill-punt, kemm hu sabiħ li qed niddibattu fuq 4 day week, mhux għax m'hawnx xogħol. Qed niddiskutuha f 'xenarju komplatament differenti, b'full employment. Il-kjass li qam mill- Assoċazzjonijiet ta' min iħaddem, il-Kamra tal-Kummerċ, nimu u mhux ħa nidħol f 'battibekki għax Alex Borg qal li għamel l-aġenda, meta l-GWU pproponietha s-sena l-oħra. Kastilja jitkellmu magħna, ġew unjonijiet oħra. Din ma bdejniex niddiskutuha issa. Il- Vision 2050 titkellem fuq il-kejl ta' pajjiżna mhux biex inħarsu lejn il-GDP imma l-benesseri. Nedejna l-pjan soċjali tal-familja, f 'Mejju li għadda, fejn għedna li l-Gvern qed jikkommeti ruħu li s-sena d-dieħla, mal-imsieħba soċjali, ejja ħa niddiskutu sabiex insaħħu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Clyde Caruana ma ramihiex. Qal li f 'dan l-istadju, li tiswa xi €360 miljun, mhuwiex ideali li nagħmluha. Minn hemm ġiet il-kritika lejn Alex Borg. Għaliex kien populist, issa forsi ma naqblux. Għandna dawn il-figuri kollha tajbin. Mhux issa l-mument sabiex tieħu azzjoni riskjuża? ANDY ELLUL: Bħala gvern, il- ħsieb hemm qiegħed. Li frott dan is-suċċess ekonomiku, hekk kif ma stajniex nitkellmu fuq dawn l-affarijiet għaxar snin ilu. Għaxar snin ilu, id-diskussjoni kienet kif ħa nġibu x-xogħol lejn pajjiżna. Qed nitkellmu hekk issa għax ħdimna fuqha. Il-pjan soċjali għall-familja qed jagħmel impenn li ħa npoġġu bilqiegħda mal-familji biex insaħħu kollox. Għamilna ħafna ta, u nirrikonoxxu li hemm bżonn. Il-PN għandu ċerti sfidi, li tridu toħorġu b'affarijiet li ħa jagħmlu differenza. Il-kritika lejn Alex Borg kienet li m'għamilx riċerka biżżejjed. Kif ħa toqogħdu attenti darb'oħra? Konxju mill- problema li intom għandkom tkunu ppreparati? IVAN CASTILLO: Fuq din l-idea stess konna ppreparati immens. JP semma l-produttività, ilbieraħ kien hemm il-konferenza tal-EY li ta raġun lill-PN. Jien l-ewwel bdejt ngħidlek li dan il-proġett m'għandux issir waħdu. Għandna problema bil-produttività. Josef semma li l-produttività tista' ttejjibha bit-teknoloġija, investiment fit-teknoloġija jista' jgħin f 'dan. Dan għandu jsir id f 'id ma' dan l-istudju. Għax id-dinja tax-xogħol qed tinbidel, din ħa tasal Malta, aħna jew ħa nibqgħu lura jew ħa nkunu ppreparati għal dak li ġej. Il-Gvern Laburista, ħa tagħmluha din? Jekk jitla', Gvern Nazzjonalista jagħmilha. Ħa nurik l-ipokrezija. Qed nagħmlu l-Vision 2050, u suppost fih hemm is-setturi ta' impjieg li qed tara li għandek bżonn. Mela awtomatikament inti qed tipprepara għal reskilling u upskilling ta' ħaddiema li għandek intervista IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum 06 'Il-kritika lejn Alex Borg ġiet għax Fuq Xtra din il-ġimgħa, Saviour Balzan jiddiskuti l-four-day work week ma' Ivan Castillo, Andy Ellul, JP Fabri, u Josef Bugeja Saviour Balzan jiddiskuti l-four-day work week ma' Ivan Castillo, Andy Ellul, JP Fabri, u Josef Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025