MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

bżonn. Kritika lbieraħ tal-EY kienet li m'hemmx biżżejjed business skills. Minħabba fiha qed ibati min iħaddem. Aħna rridu nagħmlu studju, proġett pilota flimkien, il-4 day week, kif ħa nżidu l-produttività permess ta' diġitalizzazzjoni u ma jiġix Clyde Caruana bir-rispett kollu u jgħid għax ħa tiġi tiswa daqshekk. Armejna l-flus bl-amment, 175 skandlu kellu dan il-gvern, Vitals, Fortina, Electrogas, Montenegro, il- lista ma tispiċċa qatt. Biex ninvestu fil-benesseri, jekk verament jinteressani l-benesseri, għal xiex għall-inqas m'għandniex nagħmlu studju kif għandna ntejbu dan? Il-benesseri, xi tfisser? JOSEF BUGEJA: Aħna fil- proposta tlabna li jsir impact assessment fuq l-effiċjenza, produttività u kompetittività. Meta fl-2022 ipproponejna tal-10 sigħat, fuq erbat ijiem, għamilna naqra survey mal-membri tagħna. Ċempilnielhom, għednielhom jekk ikollok tlett ijiem ma taħdimx x'tagħmel? Tliet kwarti minnhom qalulna li kieku jagħmlu part-time jew iżidu s-sigħat tal-part-time. Jiġifieri l-ħsieb huwa li dan poplu li jaħdem ħafna, ħareġ il-Eurostat jgħid li l-Maltin jaħdmu medja ta' 45 siegħa bil-part-time u l-full-time. Inti qed tgħid ħa ntik ċans biex iktar tgħix mal-familja u mbagħad għandek bżonn aktar ħin għalik. Fl-aħħar mill- aħħar xorta ħa tmur taħdem? JOSEF BUGEJA: Dak parti mill-istudju. Parti minn kif qed nimmaġinaw id-dinja tax-xogħol ta' għada. Qed nibqgħu ngħidu qisna għadna fi żmien ir-rivoluzzjoni industrijali, inti trid taħdem bilfors 40 siegħa. Ara li kulħadd jibqa' mqabbad mal-post tax-xogħol, li hawn ansjetà u għeja, mhux għeja biss qalb il-ħaddiema ta' kategoriji baxxi. Qegħdin naħarqu n-nies, għalhekk għandna bżonn li jkollna iżjed ħin għalina. Il-politiċi jħobbu jitkellmu fuq id-dipendenza fuq il-ħaddiema barranin, produttività jew kumdità? F'dan il-kuntest kollu, kif tidħol din tal-ħaddiema barranin? JP FABRI: Nitlaq bil-punt li tlaqt bih li dan huwa argument b'ħafna livelli. Irridu niakru l-problema li għandna bħala pajjiż ta' fertilità. Hemmhekk, l-influss ta' ħaddiema ġodda Maltin hu li hu, waħda mill-inqas rata tal-fertilità. Hija storja ta' ħafna pajjiżi. Issa x'qed jiġri? L-ewwel nett għandek numru ta' xogħlijiet li l-Maltin ma jridux jagħmlu, li qed toħloq dipendenza ta' settur fuq ħaddiema barranin, li jekk dawn jisparixxu mill-ekonomija, l-ekonomija kif nafuha llum ħa ċċedi. Dik hi r-realtà. Setturi sħaħ dipendenti fuq ħaddiema barranin. Għalhekk ejja nibdew niddirezzjonaw aktar f 'Vision 2050, lejn setturi iktar dipendenti fuq il-kapital li m'għandhomx bżonn daqshekk nies. Fl-aħħar mill-aħħar, jekk se nibqgħu b'ekonomija b'turiżmu li jirrikjedi ħafna ħaddiema u turisti ġejjin, trid tagħmel iżjed b'inqas. Anke l-argument tat-turiżmu. Dan l-argument jiġġustifika li l-futur għandu jkun fuq din it- triq tal-4 day week. Forsi mhux il-mument illum. JP FABRI: Jien naħseb l-ekonomija, hija vjaġġ li jiddependi fuq numru ta' elementi. Jiġifieri x'qed jiġri fid-dinja, fil-qasam teknoloġiku. Dan il-pajjiż qabel verament, irid isir studju tal-impatt xi jkun jekk in-nies jeqilbu għal 4 day work week, ħa jgawduha jew ħa jibqgħu jaħdmu l-part-time? Jien naħseb il-pajjiż għandu bżonn jiddiskuti ħafna r-riżorsi umani, anke l-istudenti tagħna tal-lum qegħdin nippreparawhom għad- dinja tax-xogħol ta' għada? Fuq l-iskejjel tas-snajja', l-Ingliterra hemm ħafna minn dawn l-iskejjel. Il-Kap Eżekuttiv tal-Nvidia, waħda mill-ikbar kumpaniji li tipproduċi dawn iċ-ċipep tal-AI, qal li x-xogħlijiet li ħa jkollhom l-aktar pagi għoljin huma l-isnajja' għax f 'dinja fejn kollox ikun dipendenti fuq it-teknoloġija, dawn jibqa'. Bħala pajjiż, id-diskussjoni pubblika hemm għandha tkun, id- diskussjoni tas-sistema edukattiva. Bħala persuna li qiegħed fil-Gvern, meta għandek nies li huma komdi, pereżempju bi stipendju, children's allowance, u jistennew li kull sena taħseb fihom, jista; jkun li għandkom sfidi ikbar mill-PN biex turu li qed tkunu innovattivi? ANDY ELLUL: Ir-responsabbiltà tal-Gvern hija dejjem illi ma jwigħedx kollox u lil kulħadd, u mhux inkunu populisti. Ħa ndur fuq tal-4 day week ... niem il- punt tiegħek. Hija għalhekk għala l-imsieħba soċjali ħarġu jikkritikaw lil Alex Borg għax kienet proposta populista. Aħna bħala gvern qatt ma nistgħu nkunu irresponsabbli b'dak il-mod. Din tal-4 day week, din diġà teżisti fis-settur pubbliku. Ilha sentejn u nofs żgur. Hemm il- Public Service Management Code li hi compressed 4 day week. Fil- privat, diġà teżisti wkoll. Alex Borg irċieva l-kritika għax għadna s'issa ma nafux x'mudell qed jipproponi. Il-compressed, ir-reduced hours. Issa Ivan dar fuqi u qalli x'ħa tagħmlu intom? Allaħares nirrispondih spirtu pront għax inkun politiku irresponsabbli, però Clyde Caruana kien ċar ... żgur li ħa nkun qed inressaqha għad-diskussjoni. Jien ma nistax li fir-responsabbiltà politika tiegħi tad-djalogu soċjali titressaq proposta mill-GWU u jien ma niddiskutihiex. Speċjalment meta qiegħda fil-pjan tagħna li s-sena d-dieħla rridu b'mod studjat. Il-kritika hija li intom ħriġtu b'idea akka. Spjegaha. IVAN CASTILLO: Mela għandna gvern li għadu kif ammetta li mhux ħa jagħmilha din. Anqas l-istudju. Inti għandek 4 day week, dan ifisser li għandek inqas ħinijiet ta' xogħol imma l-produttività u l-paga tibqa' l-istess. Bħalma qal Josef ta' 100-80-100. Hemmhekk jidħol l-istudju, fejn m'aħniex prużuntużi. Bħall-gvern. Aħna qed ngħidu ejja nagħmlu proġett pilota, nagħmlu studji, u dan issir paripassu mal- imsieħba soċjali. Il-proġett pilota għandu jsir fis-settur pubbliku għax għandu firxa wiesgħa ta' setturi differenti. Però ma neskludux jekk ikun hemm privat li jkun irid jieħu sehem. Fid-dawl ta' dan kollu, waħda mill-aktar affarijiet importanti għall-PN hija li jekk jitla', kapaċi jżomm ir-ritmu ekonomiku. Għalfejn taħseb li problema sabiex tikkonvinċu l-elettorat li kapaċi żżommu r-ritmu ekonomiku? IVAN CASTILLO: Għax aħna qed inħarsu lejn il-futur. Kien il-PN li beda jitkellem ukoll sabiex intejbu l-low childbirth rate, proposti fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u leave tal-maternità. Dan huwa parti minn dan l-istudju sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja. Aħna qed naħsbu fuq problemi li ġejjin fuqna u l-gvern mhux preparat. Jekk qed tibgħat messaġġ ta' 4 day work week, mhux daqsxejn ta' terremot quddiem il-kumpaniji? Mhux kontra l-PN? IVAN CASTILLO L-Employers' Association qalu eżatt kif qal il-PN. Ejja nagħmlu studju, il-kamra tal- kummerċ qaluha, kamra tal-SMEs qaluha. Mela qed jaqblu magħna. Populist meta tibgħat iċ-ċekk id-dar. Meta jkollok sitwazzjoni fejn inti qed tipprepara għall-futur, fejn dak li jaħdem qed jgħidlek l-ikbar sfida li għandi li mhux qed insib ħaddiema, it-turnover tal-ħaddiema. Din hija soluzzjoni għal dawk ukoll. Il-kwistjoni tal-produttività hi kif tista' tkun aktar produttiv f'erbat ijiem? JOSEF BUGEJA: Jien għaxar snin ilu, meta bdejt fil-GWU, kelli t-taqsima ospitalità u ikel. Kien hemm diversi fabbriki tal-ikel, li jagħmlu llum huwa sittin darba iżjed li kienu jagħmlu għaxar snin ilu. Il- mod kif jaħdmu huwa verament differenti. Il-mod kif qegħdin naħdmu qed jinbidel. Waħda mid- diskussjonijiet li qamet kienet il- ħinijiet, split shis dejjem jaħdmu, speċjalment meta jkollok ħinijiet ta' ħaddiema dormant. Bħala ekonomista, taħseb li qed noħolmu żżejjed? JP FABRI: L-impatt tal- innovazzjoni kulħadd jafu u għexu, anke tat-teknoloġija. L-aktar li rridu nħarsu huwa li nagħtu l-għodda lil min iħaddem għal aktar produttività. Ejja nkomplu nassistu l-kumpaniji biex jinvestu fl-innovazzjoni biex il-ħaddiema jagħmlu ferm aktar fl-istess ħin. Il-ħaddiema tal-lum u l-istudenti, ejjew inħejjuhom għad-dinja tax- xogħol ta' għada. Imbagħad iva ħa jsir l-istudju tal-4 day week. Min qed jagħmel dak ix-xogħol għandu jkollu dawk il-ħiliet. Fl-opinjoni personali tiegħek bħala ekonomista, tal-4 day week hija fattwali jew le? JP FABRI: Fil-futur fattwali, però jrid ikun hemm numru ta' affarijiet li jsiru qabel. Inti għedt li fil-Vision 2050, din hi parti mill-pjan fit-tul. ANDY ELLUL: Hemm tliet pilastri, wieħed minnhom l-iżvilupp tal-bniedem u l-benesseri, sabiex nitjiebu. Inti għamilt punt interessanti. Semmejt nies li jaħdmu bl-idejn. Hemmhekk fejn tidħol il-kwistjoni tal-produttività. Għalhekk l-oppożizzjoni qalgħet dik il-kritika minn kulħadd għaliex kienet populista. Rajt artiklu fuq e Journal, il-mod kif proponieha Alex Borg, mill-għada f 'pajjiżna kien ikollna nżidu 75,000 ħaddiem barrani. Għalfejn Clyde Caruana qal li din tiswa l-pajjiż €360 miljun? Għax proprju bħala pajjiż l-ewwel irridu niddiskutu mal- imsieħba soċjali. Irridu naraw li jkollna performance productivity matrix, id-digital dashboards, u minn hemm nistgħu nippjanaw 'il quddiem. Din se tkun waħda minn dawk l-affarijiet li ninsew fil-futur? IVAN CASTILLO: Din se tkun fuq l-aġenda tagħna. Qed tara n-nuqqas ta' viżjoni ta' dan il-gvern. Minn elezzjoni għall-elezzjoni, ma jħarisx lejn il-preokkupazzjonijiet ta' dan il-pajjiż. Għadu anqas qal jekk hux ħa ssir jew le. Mhux qed jagħti kelma lil dawk in-nies ta' hemm barra li qegħdin isegwuna li aħna malli nkunu fil-gvern se nibdew il-proġett pilota u studju mal-ewwel. intervista illum • IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 07 għax kienet proposta populista'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025