MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 09 S piss nagħti l-parir lil dawk li qatgħu qalbhom mis-sitwazzjoni soċjali tagħhom, li mhux kull bieb ikun magħluq. Ngħidilhom li xi drabi trid tagħmel sforz u timbotta l-bieb biex jinfetaħ. Imma f'qiegħ qalbi nħoss li nkun qed nipprova nimmoti- vahom biss. Inħoss li jkollhom raġun. Għax kif jistgħu jbexxqu l-bieb dawk li ħajjithom kon- tinwament għat-telgħa, dawk li ħajjithom mimlijin sfidi, dawk li m'għandhom assolutament xejn ... minn fejn jistgħu qatt jibdew? Mahatma Gandhi kien qal, "The true measure of any society can be found in how it treats its most vulnerable members." Qed nitkellem fuq dik il-faxxa ta' bnedmin li lanqas indirizz m'għandhom, fuq dawk it-800 ruħ jiġru fit-toroq. Dan skont ir-realtà fit-triq fl-2024. Illum ngħidlek u nħoss, u minn dak li mmiss miegħu, li n-numru huwa ferm akbar. Dan l-aħħar il-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali ftaħar li għen 900 familja fl- akkomodazzjoni soċjali. Nifraħ magħhom, l-għaliex kull familja li ngħinu tinqala' mill-faqar hija każ ta' ĊELEBRAZZJONI. Imma tajjeb ukoll li niftakru li hemm mijiet oħra li ilhom fil-lista ta' stennija jistennew li jingħataw akkomodazzjoni. Imma ż-żaqq il-mimlija qatt ma fehmet liż-żaqq il-vojta. Serħan il-moħħ, l-għaliex illum il-ġurnata l-kirjiet u l-propjetajiet huma sfida kbira fil-ħajja. Dawn il-bnedmin qegħdin ibatu, u s-slogan tal- Gvern SAĦĦA LIL MALTIN huwa 'l bogħod mir-realtà ta' dawn l-individwi. Kien ikun ferm aħjar li kieku s-slogan kien jgħid NILAGĦBU BIS-SAĦĦA MENTALI TAL-MALTIN. U ser nispjega l-għaliex qed ngħid dan: Eluf ta' żgħażagħ qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jixtru akkomodazzjoni diċenti minħabba prezzijiet eżorbitanti fis-suq. Is-sistema ekonomika li qed noperaw qed toħloq il-ġdid imma mhix tqassmu sew. Ħafna mid-djar imsejħa "affordabbli" għadhom biss ħolma għal bosta żgħażagħ, anke jekk mhumiex fix-xifer tal-faqar. Il-prezzijiet tal-propjetà mhux għolew fl- aħħar snin imma splodew. U din l-isplużjoni mhix relatata maż-żidiet fil-pagi. Biex koppja llum taffordja dar trid tidħol f'dejn ta' erbgħin sena. Trid tagħmel ħajjitha tħallas dak is-self li ovvjament inaqqrilha sew mis-saħħa tal-infiq tagħha biex tlaħħaq mal-affarijiet utli u li jkollha bżonn tal-ħajja. Sfortunatament, ir-rgħiba għall-flus li jinċentiva l-mudell ekonomiku ta' pajjiżna qed iwassal biex il-bini jkun iffullat, iżgħar, mudlam, u fost ħafna bini ieħor f'binjiet kbar b'għexieren ta' appartamenti u b'konsegwenzi ta' storbju, nuqqas ta' spazji miftuħa fost sfidi delikati. Għalhekk nisħaq fuq kemm id-djar għandhom ikunu mhux biss affordabbli imma wkoll djar diċenti li wieħed jista' jgħix fihom ħajja diċenti. Iż-żieda sal-aħħar tal-2024, il-prezzijiet tad-djar kienet ta' 5.2% Ċifra ogħla mill-medja tal- Unjoni Ewropea. Huwa fatt magħruf li fl-aħħar tnax-il sena l-popolazzjoni żdiedet b'madwar 130,000 persuna. Kien naturali li dan se jġib miegħu domanda akbar għall- propjetà u allura l-propjetajiet awtomatikament jogħlew b'konsegwenza. Ħaddiema li ġew Malta b'kulturi differenti ma kellhomx l-istess aspettativi ta' spazju li kellna aħna l-Maltin, fejn il-Maltin kienu joqogħdu tnejn jew tlieta huma bdew joqogħdu sitt persuni jew aktar. Ħaġa minn ewl id-dinja li l-prezz tal-propjetà jogħla, u togħla wkoll il-kera tal-istess propjetà. Il-vittmi tas- sistema kienu żgħażagħ Maltin, l-għaliex tnaqqrulhom, kemm l-affordabilità u s-sens ta' spazju diċenti li kienu draw bih għand ommhom u missierhom. Dan kollu sparixxa u jeħtieġ li dan il-mudell jiġi kkoreġut. Dawn huma vittmi ta' politika żbaljata. Imbgħad hemm dik is- sezzjoni mill-popolazzjoni li jħossuhom jeżistu mhux jgħixu. Forsi dawn farka aħjar mill-homeless għax jaħdmu b'pagi vera baxxi, iżda minkejja l-iskemi eżistenti, mhux kulħadd ikun jista' jiġi megħjun, minkejja li jinsabu fil-poverty threshold. Mara li mhix divorzjata legalment. Ilha separata mir-raġel għal żmien twil. M'għandhiex dokument x'turi li hi separata u għas- sistema mhijiex kunsidrata. Każ ieħor ta' omm tmantni tifel b'diżabilità. Il-missier ħarab lejn pajjiżu mat-twelid. Minkejja li preżentat ittra legali, xorta ma ġietx aċċettata. Persuni Boarded Out ma jingħatawx prijorità. Dawn huma bnedmin li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol, allura d-dħul tagħhom huwa ta' €773.80 jekk int miżżewweġ, u €694.60 jekk inti waħdek. Anki jekk bis-sussidju, diffiċli jlaħħqu mad-domanda sfida li qegħdin jaffaċċjaw. Persuna obeża tneħħiet mix-xogħol. Il-kirja ma setgħetx titħallas u bl-istress u l-kumplikazzjonijiet spiċċat l-isptar. Meta ġiet redundant mill-isptar kellha tibqa' sejra dritt fit-triq. Illum tinsab f'Shelter home. Iżda hija aċċettabbli li persuna ta' 200 kilo tispiċċa f'Shelter home? Biex tapplika għal akkomodazzjoni soċjali jrid ikollok bażi ta' dħul u indirizz minn fejn tapplika. Mingħajr dħul l-ewwel trid tibda f'Shelter home. X'se jagħmlu dawn meta l-homes huma kollha mimlijin? Is-sitwazzjonijiet illum ġabuhom bħal sikkina li taqta' minn żewġ naħat. Mela mara kienet b'kera ta' €60 u talbet post akbar għax trabbi żewġ ulied weħidha. Żgur li din l-Omm ma tistax tiġi ġġudikata bħala lost case, jew li trid kollox mill-istat. Allura ddeċidiet ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha u tkompli bl-istudju minkejja l-ħajja iebsa li qiegħda tgħix. Irnexxielha. Saħansitra saret LSE. Il-post inbiddlilha imma l-kera minn €60 telgħet għal €470. Mela din studjat u rsistiet biex il-flus tagħtihom lill-gvern? Bi dritt li l-kera togħla, iżda mhux bi tmien darbiet aktar! Din hi s-Saħħa lill-Maltin? Jiġifieri aħna qed nimbuttaw lin-nies jibqgħu bir-relief? Dawn huma vittimi ta' politika li ma ħasbitx fit-tul. Dan kollu jrid jittieħed fl-isfond tal-għoli tal-ħajja li qiegħda tinħass. Il-kirjiet illum il-ġurnata rduppjaw fl-aħħar ħames snin. L-inkwilini qed ibatu, minkejja s-sussidju li toffri l-Awtorità tad-Djar. Il-flus fl-aħħar mill- aħħar għand min qed imorru? Għajnuna ta' vera tfisser meta l-flus imorru fil-but ta' min l-aktar għandu bżonnu, bħal fil-but tax-xerrej, tal-inkwilin u tal-minsijin mid-dinja. Bibien magħluqa Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025