MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum aħbarijiet L-irwol tal-Malti fl-iskejjel Maltin Il-Parlament Ewropew jaqbel li Membri ommijiet jivvutaw bi prokura ILENIA DEBONO Riċentement inxterdet petizzjoni fuq il-midja soċjali sabiex it- Taljan isir lingwa uffiċjali ta' Malta, flimkien mal-Ingliż u l-Malti. Din qajmet rewwixta sħiħa hekk kif il-kreatur tal- petizzjoni kien ġuvni Taljan li qatt ma resaq lejn Malta. Il- kwistjoni wasslet għal tħassib fuq l-irwol tal-Malti fid-dinja tal-lum, speċjalment f 'postijiet bħall-Università u l-iskejjel. Ċerti studji, inkluż "e Maltese language in education in Malta" ta' Lydia Sciriha u l-"Comprehensive Guidelines for the Use of Language at the University of Malta" juru li l-Ingliż qed jieħu prijorità f 'dawn l-ambjenti akkademiċi. L-istudju ta' Sciriha jinvestiga l-użu tal- lingwi fost livelli differenti fl- edukazzjoni, minn edukazzjoni qabel il-primarja, sal-edukazzjoni għall-adulti. L-istħarriġ mal-ewwel wera li anke minn qabel il-primarja, dak li bl-Ingliż huwa magħruf bħala pre- school, skejjel tal-privat għandhom tendenza li jużaw iżjed l-Ingliż milli l-Malti, filwaqt li skejjel — kemm privati u kemm tal-istat — fin-Nofsinhar ta' Malta jużaw iżjed il-Malti minn dawk l-iskejjel fiċ- Ċentru u fit-Tramuntana. Fi skejjel primarji, Sciriha għamlet referenza għal studju tal- 2009 li juri li Malta hija l-unika pajjiż li tiddedika iżjed ħin għat-tagħlim obbligatorju tal- matematika (19% tal-ħin) milli għat-taħriġ fil-lingwi (15% tal- ħin). L-istudju analizza ċifri tal- eżamijiet tal-benchmark tal-2019 — illi issa m'għadhomx isiru — tal-eżami tal-Malti. Dawn iċ-ċifri wrew li l-istudenti tal-Year 6 ibatu l-iżjed fil-qasam tal-kitba tal-Malti u jeċċellaw fil-qari. F'livelli aktar avvanzati, jiġifieri l-O-level għas-sekondarja u l-A- level u l-Intermediates għal-livell postsekondarju, hemm distakk fil-marki. Skont ir-rapporti taċ- ĊES tal-ewwel sessjoni ta' din is- sena, mit-3,835 li poġġew għall- eżami tal-Malti, 2,671 ġabu livell 3 (l-ogħla livell), 582 livell 2, u 72 livell 1, filwaqt li l-bqija ġabu marka mhux applikabbli. Kien hemm 318-il student li ħadu l-O-level tal-Malti bħala Lingwa Barranija, b'96 li rnexxielhom jakkwistaw livell 3 u 150 li ġabu marka mhux applikabbli. Fl-eżami tal-Malti bħala livell intermedjarju f 'livell postsekondarju, mill-201 li għamlu l-eżami, 26 m'għaddewx, iżjed min- numru ta' studenti li ġabu A u B, 7 u 17 rispettivament. Filwaqt li kien hemm iżjed studenti li għamlu l-Malti bħala Livell Avvanzat, 453, dan huwa riżultat tal-kriterji sabiex wieħed jistudja għall- Baċellarat fil-liġi. 25 minn dawn ġabu l-marka A, 120 ġabu Ċ, u 43 fallew. Sabiex wieħed jikkumpara, 5.51% ta' studenti li għamlu l-Malti f 'Livell Avvanzat ġabu A u 9.49% m'għaddewx. 3.48% ta' dawk li għamlu l-Livell Intermedjarju ġabu A u 12.94% m'għaddewx. L-istudju ta' Sciriha jagħmel enfasi fuq il-punt li għalkemm l-O- level tal-Malti huwa rekwiżit sabiex student Malti jidħol l-Università ta' Malta, il-lingwa li biha jingħataw l-istruzzjonijiet waqt il-lezzjonijiet hija l-Ingliż. Madankollu l-lingwa li tintuża għall-komunikazzjoni barra mill-klassi hija l-Malti. Skont numri li juru kemm iggradwaw studenti f 'qasam li jinkludi l-Malti fl-2023, f 'diversi livelli fl-Università, il-maġġoranza matul dawn il-livelli huma nisa. Il-parti l-kbira ta' dawn l-istudenti ggradwaw fiċ-Ċertifikat tal-Qari tal-Provi, bi 52 mara u 14-il raġel. Wieħed jista' jinnota li minn dawn in-numri, din is-sena kien hemm persuna waħda biss li ggradwat b'dottorat fil-Malti. Għall-kuntrarju, ir-rapport tal-Università jgħid li l-istudenti u l-akkademiċi rrappurtaw huma stess li jużaw iżjed Ingliż milli Malti barra mill-klassi fuq il-Kampus tal-Università. Madankollu, l-istess nies wieġbu li f 'komunikazzjoni oħra ma' ħbieb u familja, jużaw iżjed il-Malti milli l-Ingliż. Il-parteċipanti ta' dan ir- rapport ammettew li jħossuhom iżjed kompetenti jitkellmu, jaqraw u jiktbu bl-Ingliż milli bil-Malti u qalu li l-kompetenza fl-Ingliż jarawha iżjed importanti. 'Il fuq minn 60% tal-parteċipanti qablu li t-tabelli fl-Università, kif ukoll fis- siti uffiċjali, għandha tkun kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż. 62% tal-akkademiċi qalu li huma jagħmlu lezzjonijiet bl- Ingliż biss, u 51% qalu li jkellmu l-istudenti waqt il-lezzjonijiet bl- Ingliż biss, filwaqt li 25% qalu li jħalltu ż-żewġ lingwi. Jidher li qalb l-istudenti m'hemmx preferenza bejn lingwa u oħra fil-klassi, b'71% qalu li jimu iżjed b'taħlita taż- żewġ lingwi waqt il-lezzjonijiet. Madankollu, kien hemm qbil bejn studenti u akkademiċi li jkun aħjar jekk l-eżamijiet ikunu biss bl- Ingliż. Skejjel tal-privat għandhom tendenza li jużaw iżjed l-Ingliż milli l-Malti JAELLE BORG Il-Parlament Ewropew għamel pass storiku lejn modernizzazzjoni tal-proċessi tiegħu u t-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, billi approva proposta biex jiġu introdotti d-drittijiet ta' proxy voting – vot f 'isem membru ieħor – għal MEPs tqal u ommijiet f 'xhur bikrin ta' maternità. Il-miżura, li ġiet adottata waqt il-plenarja, il-ħamis, tipproponi li MEP tkun tista' tiddedika l-vot tagħha lil kollega tliet xhur qabel id-data mistennija tat-twelid u sitt xhur wara t-twelid. Din ir- riforma mmirata għandha l-għan li tkompli tnaqqas l-ostakli għall- parteċipazzjoni tan-nisa fil- politika Ewropea u tgħin f 'bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. Il-proposta ġiet imfassla mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) u ġiet approvata. Ir-riżoluzzjoni marbuta kisbet 605 vot favur, 30 kontra u 5 astensjonijiet, indikazzjoni ċara tal-kunsens wiesa' li hemm fil-Parlament dwar il-ħtieġa li jiġu aġġornati r-regoli elettorali Ewropej skont ir-realtajiet tas-seklu 21. Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li kienet il-mutur ewlieni ta' din ir-riforma, laqgħet il-pass bħala wieħed kruċjali: "Jien kburija bix-xogħol ta' din id-dar fuq din il-proposta storika. L-ebda mara m'għandha qatt tħoss li trid tagħżel bejn is-servizz lejn il-votanti tagħha u li jkollha tfal." Hija qalet li t-tama tagħha hi li l-Istati Membri jaqblu ma' din il-bidla indispensabbli u jaġixxu malajr sabiex il-Parlament Ewropew isir iktar modern u inklużiv. Il-rapporteur Juan Fernando López Aguilar sostna li r-riforma mhux biss tipproteġi d-drittijiet tal-MEPs, iżda ssaħħaħ ir- rappreżentanza demokratika: "Ebda rappreżentant elett ma għandu jitpoġġa f 'sitwazzjoni fejn irid jagħżel bejn il-vot tiegħu u t-tarbija tiegħu. Din il-miżura tiżgura li l-vuċi tal-eletturi tibqa' tinstema' anke fil-perjodu sensittiv ta' qabel u wara t-twelid." Il-proċess leġiżlattiv: il-pass li jmiss Il-pass li jmiss hu li l-proposta tintbagħat lill-Kunsill, fejn l-Istati Membri jridu jagħtu l-approvazzjoni tagħhom b'mod unanimu. Jekk il-Kunsill jagħmel tibdiliet, il-Parlament ikollu jerġa' jivvota fuq il-verżjoni l-ġdida, li teħtieġ maġġoranza assoluta. Fl-aħħar stadju, il-liġi trid tiġi rratifikata skont il-proċeduri kostituzzjonali ta' kull pajjiż tal- UE. Bħalissa, ħames Stati Membri biss għandhom provvedimenti simili fil-parlamenti nazzjonali tagħhom – fosthom Spanja, il- Greċja u l-Lussemburgu – li jippermettu votazzjoni assenti għal raġunijiet ta' maternità. Bil- proposta l-ġdida, il-Parlament Ewropew qed jagħti eżempju u jistabbilixxi standard ġdid ta' inklużività istituzzjonali. Ir-riforma hija parti minn impenn usa' lejn ugwaljanza bejn il-ġeneri, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u parteċipazzjoni politika aktar rappreżentattiva. L-għan hu li l-ommijiet ma jibqgħux jiġu mwarrba b'mod indirett mill-proċessi politiċi minħabba responsabbiltajiet tal- kura, u li l-istituzzjonijiet Ewropej isiru aktar adattati għall-ħajja reali tal-membri tagħhom. Il-Parlament Ewropew qed jittama li din ir-riforma mhux biss tagħti eżempju lil parlamenti oħra fl-UE, iżda tpoġġi lill-Unjoni fuq quddiem nett fil-promozzjoni ta' istituzzjonijiet moderni li jirrispettaw u jappoġġaw il- ġenituri. Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kienet il-mutur ewlieni ta' din ir-riforma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025