Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359
www.illum.com.mt NRU 988 €1.50 IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 INTERVISTA MAL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI ALEX BORG PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 3 PAĠNA 16 IL-LABOUR B'VANTAĠĠ ĊKEJKEN FUQ IL-PN Il-Partit Laburista għadu qed iżomm l-istess vantaġġ ċkejken fuq il-Partit Nazzjonalista li kellu fl- aħħar sondaġġ li sar qabel il-baġit. Dan joħroġ mill-aħħar stħarriġ tal- gazzetta oħt il-MaltaToday li sar fil- ġimagħtejn ta' wara l-baġit. Ir-riżultati juru li l-baġit ma biddilx l-għażliet tal-elettorat: il-PL għandu 48.7% tal-appoġġ, kontra 46.1% tal- PN — distakk ta' tliet punti identiku għal dak ta' Ottubru. Fuq bażi ta' turnout stmat ta' 81%, dan jissarraf f 'vantaġġ ta' madwar 7,600 vot. Minkejja dawn ix-xejriet, il-PL jibqa' jgawdi livell għoli ta' fiduċja fil- ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bi kważi nofs ir-rispondenti jisħqu li jafdawh aktar mill-PN, filwaqt li huma biss 21% li jafdaw lill-PN f 'dan il-qasam kruċjali. Madankollu, 41% jgħidu li l-baġit ma bidilx il-pożizzjoni personali tagħhom — sinjal li, minkejja l-fiduċja fil-gvern fuq il-finanzi, il- benefiċċji mhux dejjem qed jinħassu fil-but ta' kuljum. L-istħarriġ juri wkoll li Robert Abela għandu vantaġġ ta' 10 punti fuq Alex Borg bħala l-iktar mexxej fdat biex imexxi l-pajjiż, tnaqqis żgħir meta mqabbel ma' Ottubru. IKOMPLI F'PAĠNA 2 Malta toħroġ rebbieħa kontra l-Finlandja Fenomenu ġdid ta' skemi li joffrulek l-eluf waslu fi xtutna wkoll Riċentement qed jitilgħu ħafna videos u posts ta' Maltin fuq il-midja soċjali li jgħidu li saru sinjuri f 'ħakka t'għajn billi fetħu l-kumpanija tagħhom. Għalkemm tiġik it-tentazzjoni li tirriżenja u tibda tagħmel l-eluf mid-dar, meta wieħed jagħti titwila sew, jara li mhux kulma jleqq hu deheb. Investitur jingaġġa numru ta' investituri oħra u l-flus jibqgħu jitilgħu 'l fuq Vantaġġ ta' 7,600 vot biss • 41% jgħidu li l baġit ma bidilx il-pożizzjoni tagħhom Robert Abela b'vantaġġ ta' 10 punti b'fiduċja fuq Alex Borg Kif jivvutaw il-Maltin kieku kellha ssir elezzjoni llum 39.40% PL Ma nivvutax PN ADPD Momentum Arnold Cassola 3.30% 37.26% 1.03% 19.01%
