Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555
www.illum.com.mt NRU 989 €1.50 IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 DIBATTITU FUQ STEWARDS MA' OWEN BONNICI U ADRIAN DELIA PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 3 IL-LABOUR FDAT IKTAR FUQ L-GĦOLI TAL-ĦAJJA, MHUX DAQSHEKK FUQ L-AMBJENT Skont l-aħħar survey tal-gazzetta oħt MaltaToday, il-Partit Laburista hu iktar fdat mill-PN biex jindirizza l-ikbar problemi u sfidi li qed jaffaċċja l-pajjiż. Imma waqt li l-PL igawdi vantaġġ kbir ta' 17-il punt perċentwali fuq il-PN fil-qasam tal-għoli tal-ħajja, il-vantaġġ tiegħu fuq temi bħall-ambjent, it-traffiku u t-tkabbir tal-popolazzjoni huwa ta' punt jew żewġ punti perċentwali. Il-problemi u l-isfidi inklużi fl-istħarrig kienu l-iktar erba' li ssemmew f 'sondaġġ li kien sar f 'Ottubru, li fih, l-ikbar żewġ problemi msemmija kienu t-tkabbir tal- popolazzjoni u t-traffiku, segwiti mill-għoli tal-ħajja u l-ambjent/kostruzzjoni. L-istħarriġ li sar wara l-baġit juri wkoll li l-PL hu ferm iktar fdat mill-PN (b'vantaġġ ta' 29 punt) fil-ġestjoni tal-finanzi tal-pajjiż. It-tkabbir tal-popolazzjoni 39% tal-parteċipanti m'għandhom fiduċja f 'ħadd biex jindirizzaw l-isfida tat-tkabbir tal-popolazzjoni. F'dan il-qasam, il-PL u l-PN jinsabu kważi ras imb ras b'differenza ta' inqas minn punt perċentwali bejniethom. L-inqas li għandhom fiduċja fil-partiti fir- rigward ta' dan il-qasam huma dawk bejn 36 u 50 sena, kif ukoll fost dawk b'livell ta' edukazzjoni ogħla u l-votanti li ma jivvutawx. IKOMPLI F'PAĠNA 3 Hawn nuqqas ta' LSEs? Il-ġenituri u l-ministeru ma jaqblux Imma fuq it-traffiku, l-ambjent, u ż-żieda fil- popolazzjoni, il-partiti huma kważi ras imb ras. Madankollu, il-PN ma jirnexxilux jirbaħ lill-PL anki fl-iktar kwistjonijiet diffiċli għall-PL. Fuq traffiku u ambjent, il-partiti politiċi qegħdin viċin xulxin, fost dawk li se jivvutaw u mhux se jivvutaw Filwaqt li l-Ministeru jassigura li l-każijiet ta' nuqqas ta' LSEs huma "kkontrollati", esperjenzi ta' kuljum fil-klassi juru realtà ferm aktar kumplessa għat- tfal u l-familji JAELLE BORG Il-kritika dwar nuqqas ta' Learning Support Educators fl-iskejjel kompliet tiżdied hekk kif ġenituri rrappurtaw li wliedhom, studenti li jeħtieġu appoġġ one to one, qed iqattgħu perjodi twal mingħajr LSE. F'rapport minnhom, omm kitbet fuq il-midja soċjali u qalet li ġiet avżata li ma tistax tibgħat lit-tifel l-iskola jew għall-ħarġiet jekk ma jkunx hemm min jakkumpanjah.
