MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

storja IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 16 Heritage Malta daħlet fl-aħħar u l-aktar fażi eċċitanti tal-iskav tagħha ta' erba' snin fi Xrobb l-Għaġin, wieħed mill-aktar siti preistoriċi misjuba f 'post prekarju f 'Malta. Ir-rilokazzjoni sigura ta' elementi ewlenin mis-sit 'il bogħod mit-tarf tal-irdum li qed jisfronda fetħet l-aċċess għal partijiet li qatt ma ġew studjati, li wassal għal sejbiet ġodda li l-pubbliku se jkun jista' jiskopri fl- ispazju ġdid ta' interpretazzjoni ppjanat li jiaħ fil-Park ta' Xrobb l-Għaġin sa tmiem l-2026. Minħabba l-instabbiltà ġeoloġika estrema tas-sit, sa mill-2021 l-arkeologi ta' Heritage Malta wettqu l-iskavi tagħhom waqt li kienu marbutin ma' tower crane biex ikunu fiż-żgur f 'każ li l-irdum iċedi. Trinek dojoq u aktar tard kwadranti żvelaw l-istruttura b'mod definittiv, u b'hekk setgħet issir dokumentazzjoni manwali, diġitali u virtwali dettaljata. Wara valutazzjoni bir-reqqa tal- kundizzjoni tal-ġebel, sitt ġebliet kbar tressqu għal post aktar sigur, 'il ġewwa minn tarf l- irdum, jiġifieri l-megaliti tal-passaġġ ċentrali, l-għetiebi monumentali u elementi oħra mid-dawra tal-istruttura – bl- itqal fosthom tiżen 900 kilo. Dan ta lill-arkeologi ċans rari li jestendu l-iskavi f 'partijiet tas-sit li s-soltu ma kinux jintlaħqu, qabel ma l-iskavi jintemmu f 'Diċembru. Żvolta eċċitanti waqt dan il- proċess kienet l-iskoperta ta' mazza preistorika tal-ġebel, li kkonfermat it-twemmin tal-arkeologi li l-art mikxufa setgħet toffri sejbiet ġodda. Ittieħdu wkoll kampjuni tal- ħamrija u tal-art għal datazzjoni bl- optically stimulated luminescence (OSL), li tiżvela l-aħħar darba li dawn il-materjali kienu esposti għax-xemx – u b'hekk jiġu ċċarati l-fażijiet tal- kostruzzjoni, li minnhom mill-inqas tlieta jew erbgħa diġà ġew identifikati mill- arkeologi fuq il-post. L-elementi li ġew rilokati se jerġgħu jingħaqdu flimkien f 'żona żgħira ta' interpretazzjoni li hi ppjanata li ssir fil-Park ta' Xrobb l-Għaġin, b'kollaborazzjoni ma' Nature Trust, l-entità li tmexxi l-park. Dan l-ispazju se jagħti opportunità lill-viżitaturi biex jaraw ritratti tal-aktar investigazzjonijiet bikrin tas-sit filwaqt li jsiru jafu dwar l-aħħar sejbiet minnu. Is-sit ta' Xrobb l-Għaġin ġie investigat għall-ewwel darba bejn l-1913 u l-1915 minn Temi Zammit u omas Ashby, li kienu nnutaw li partijiet mill-istruttura x'aktarx kienu diġà waqgħu fil-baħar u neħħew il-it elementi dekorati li sabu. Waħda minn dawn – blata mimduda ta' struttura li tixbah lil mejda – illum hi esebita fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta. Maż-żmien, il-bqija tal-istruttura reġgħet tgħattiet bil-mod il-mod, aktarx b'mod naturali, u l-post eżatt tagħha kien intilef sa seklu wara, meta r-riċerkaturi Ruben P. Borg u Reuben Grima (2015) identifikawh mill-ġdid bl-użu tal-pjanti antiki u ritratti moderni mill-ajru. Is-sit ġie taħt il-ħarsien ta' Heritage Malta fl-2017, wara li kumitat konsultattiv irrakkomanda li l-fdalijiet jiġu mċaqalqa biex jiġu protetti minn iktar tiġrif u milli jaqgħu fil-baħar. Għalkemm partijiet fraġli inevitabbilment se jċedu għat-tiġrif tal-irdum, is-sit se jibqa' protett u jerġa' jimtela mill-ġdid bil- materjal li tneħħa minnu, biex is-salvataġġ tiegħu jibqa' possibbli f 'każ li tinstab soluzzjoni qabel ma jseħħ dan il-proċess naturali. Sadanittant, ir-riċerka tkompli, biex jiġi ppreservat l-akbar ammont possibbli ta' għarfien għall- ġenerazzjonijiet futuri. Minħabba l-instabbiltà ġeoloġika estrema tas-sit, sa mill-2021 l-arkeologi ta' Heritage Malta wettqu l-iskavi tagħhom waqt li kienu marbutin ma' tower crane L-iskav fi Xrobb l-Għaġin fl-aħħar fażi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 November 2025