Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991
Id-deċiżjoni, imħabbra permezz ta' komunikazzjoni interna lill-istaff, waslet mingħajr spjegazzjoni pubblika u qajmet diversi mistoqsijiet 04 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum JAELLE BORG Tfal madwar l-Awstralja qamu lbieraħ għal realtà kompletament ġdida: mingħajr aċċess għall-media soċjali. Il-liġi storika, li daħlet fis-seħħ nhar l-Erbgħa, tipprojbixxi lil min għandu inqas minn 16-il sena milli juża għaxar pjattaformi ewlenin bħall-Instagram, Facebook, TikTok, YouTube, Snapchat, Reddit u X. Din hija l-ewwel miżura ta' din ix-xorta fid-dinja, u bħalissa qed tiġi osservata b'attenzjoni minn diversi pajjiżi oħra li jistgħu jsegwu l-istess triq. Il-gvern Awstraljan qed jargumenta li din id-deċiżjoni se tnaqqas l-espożizzjoni tat-tfal għal algoritmi li joħolqu dipendenza, fastidju online u riskji serji ta' predazzjoni diġitali. Il-Prim Ministru Anthony Albanese ddeskriva dan bħala "jum kbir għall-familji Awstraljani", fejn l-istat qed "jerġa' jieħu lura l-kontroll minn idejn il- kumpaniji tat-tech" biex jagħti aktar sigurtà u trankwillità lill- ġenituri. Madankollu, Albanese stess ammetta li l-infurzar tal-liġi mhux se jkun kompitu sempliċi, speċjalment minħabba l-mod kif it-tfal spiss isibu modi biex jaċċessaw pjattaformi alternattivi. Il-pjattaformi issa għandhom juru li qed jieħdu "passi raġonevoli" biex jidentifikaw u jagħlqu kontijiet ta' min hu taħt l-età, inkella jaffaċċjaw multi sa kważi €30 miljun. Uħud mill- kumpaniji qalu li se jikkoperaw iżda esprimew dubji dwar kemm dan se jġib sigurtà reali. Xi pjattaformi wissew ukoll li l-ban jista' jimbotta lit-tfal lejn siti inqas magħrufa u ħafna aktar diffiċli biex jiġu rregolati. Sejħa "illum qabel għada" għal Malta? Il-miżura Awstraljana ħolqot reazzjoni immedjata anke f 'Malta. Lee Bugeja Bartolo, wieħed mill-ewwel li esprima ruħu pubblikament dwar is-suġġett, sostna li l-pajjiż għandu jsegwi l-eżempju Awstraljan. Ir-riċerka turi b'mod ċar li l-media soċjali u d-devices diġitali għandhom natura vizzjuża, speċjalment fost iż-żgħar, u għalhekk hemm bżonn intervent qawwi. Il-kliem tiegħu, "Illum qabel għada," jirrifletti sentiment dejjem jikber fost ġenituri, għalliema u psikologi lokali li jemmnu li l-espożizzjoni kontinwa u bla kontroll għall-media soċjali qed tħalli impatt negattiv fuq is-saħħa mentali, l-attenzjoni u l-iżvilupp emozzjonali ta' ħafna tfal. Min-naħa l-oħra, hemm min iwissi li deċiżjoni daqshekk drastika trid tiġi analizzata bir- reqqa. Esperti tal-benesseri tat-tfal jiġġieldu ruħhom biex ifakkru li t-tfal jistgħu jfittxu pjattaformi oħra mhux regolati, xi kultant ħafna aktar perikolużi minn dawk magħrufa. Hemm min jibża' wkoll li verifiki obbligatorji tal-età jistgħu jiħu bibien għal kwistjonijiet serji ta' privatezza. Barra minn hekk, pjattaformi diġitali huma spiss meqjusa parti importanti mill-esperjenza soċjali tat-tfal, u restrizzjonijiet estensivi jistgħu jwasslu għal iżolament jew pressjoni soċjali akbar. Il-gvern Awstraljan qal li se jsegwi din il-miżura b'riċerka kontinwa. L-awtoritajiet qed jinvestigaw jekk il-projbizzjoni twassalx għal titjib fil-ħajja tat- tfal: aktar irqad, livell aktar baxx ta' ansjetà, aktar ħin barra d-dar, anqas użu ta' antidepressanti u parteċipazzjoni akbar f 'attivitajiet sportivi. Fl-istess waqt, qed isir monitoraġġ sabiex wieħed jara jekk l-effetti sekondarji — bħall- migrazzjoni tat-tfal lejn spazji diġitali — humiex se jiżdiedu. U Malta? Il-mistoqsija li qed tinbet bil-mod hi jekk il-pajjiż hux lest jikkonsidra miżuri simili jew jekk hux preferibbli li jsaħħaħ il-litteriżmu diġitali u l-edukazzjoni dwar l-użu sigur tal-internet. Hemm min jemmen li regolament bħal dan jista' jkun ta' benefiċċju, iżda oħrajn jargumentaw li l-problema mhix il- media soċjali nfisha iżda n-nuqqas ta' strutturi, gwida u appoġġ psikoloġiku, kemm għall-ġenituri, kif ukoll għat-tfal. Fl-aħħar mill-aħħar, il- mistoqsija ewlenija tibqa': kif jista' pajjiż żgħir bħal Malta jivvaluta l-aħjar triq biex jipproteġi lil dawk li għadhom qed jimu u jiskopru d-dinja diġitali? Il-bilanċ bejn protezzjoni u libertà, bejn sigurtà u esperjenza soċjali, mhux wieħed sempliċi. Imma jekk hemm xi ħaġa ċerta, hija li d-dibattitu dwar il-benesseri diġitali tat-tfal mhux biss wasal għandna — iżda għandu jibqa' miuħ u serju. F'pajjiż fejn it- teknoloġija hija parti ċentrali mill- ħajja ta' kuljum, il-konverżazzjoni dwar kif nipproteġu l-ġenerazzjoni li ġejja qatt ma kienet aktar urġenti milli hi llum. L-Awstralja tipprojbixxi l-media soċjali għat-tfal — u Malta? Il-miżura Awstraljana ħolqot reazzjoni immedjata Ir-riżenja tar-rettur mara ta' San Alwiġi mingħajr spjegazzjoni ta' xejn JAELLE BORG Il-Kulleġġ ta' San Alwiġi ma tat l-ebda spjegazzjoni meta Maria Montebello ressqet ir-riżenja tagħha mill- kariga ta' Rettur. Deċiżjoni li waslet ftit xhur biss wara li kienet ħadet it-tmun tal- istituzzjoni bħala l-ewwel persuna lajka u mara li qatt okkupat din il-pożizzjoni. Il-bidla tħabbret permezz ta' komunikazzjoni interna mibgħuta lill-persunal filgħodu, li fiha l-Kulleġġ u Montebello ħarġu stqarrija konġunta. F'din id-dikjarazzjoni, Montebello esprimiet l-apprezzament tagħha lejn l-għajnuna u l-kollaborazzjoni li rċeviet matul iż-żmien li serviet bħala rettur. Il-Kulleġġ, min- naħa tiegħu, irringrazzjaha għas-servizzi tagħha u awguralha kull suċċess fil- passi li jmiss fil-karriera edukattiva tagħha. L-istqarrija ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar ir-raġunijiet li wasslu għar- riżenja, u lanqas jekk kienx hemm sfidi jew differenzi interni li setgħu kellhom impatt fuq it-tmexxija tagħha. Minkejja d-diskrezzjoni, it-tluq prematur tagħha għolla diversi mistoqsijiet fost il-komunità edukattiva, b'mod speċjali fid-dawl tal-fatt li Montebello kienet meqjusa bħala pass simboliku lejn aktar tmexxija lajka fl-iskejjel tal-knisja. Montebello għandha esperjenza twila fit-tmexxija tal-iskejjel, b'aktar minn 13-il sena f 'karigi amministrattivi. Qabel l-appuntament tagħha f 'San Alwiġi, kienet Kap tal- iskola medja Prof. Edward de Bono tal-Kulleġġ San Injazju fil-Ħandaq, kif ukoll Kap tal- iskola primarja ta' Ħal Safi. Hija serviet ukoll bħala Assistent Kap fl-iskejjel tal- Kulleġġ San Benedittu. Sadanittant, il-Kulleġġ ta' San Alwiġi mistenni jinnomina tmexxija interim fiż-żmien li ġej filwaqt li jipprepara l-proċess formali biex jinħatar rettur ġdid. Il-bidla tasal fi żmien sensittiv għall-iskejjel, hekk kif ġeneralment ikunu qed jippjanaw it-tieni nofs tas-sena skolastika li ġejja u jindirizzaw il- ħtiġijiet akkademiċi u amministrattivi tal-istudenti u l-għalliema. Ma ngħatat l-ebda raġuni għar-riżenja ta' Maria Montebello

