Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991
intervista IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum 06 Fuq Xtra, Saviour Balzan jitkellem ma' Alex Muscat u Ryan Callus fuq il-problema tal-populazzjoni, b'kummenti mingħand David Spiteri Gingel 'Jien żgur mhux se mmur inkeskes "Meta nitkellmu li għandna bżonn nies barranin, qed nitkellem ukoll fuq value added services u manifattura fejn għandek ċerti industriji bħal dawk finanzjarji u tal-igaming, u oħrajn li hemm limitu kemm Malta tista' tipproduċi. "Hemm numru ta' pajjiżi bħall-Awstralja u l-Ġermanja li kienu jimportawhom dawn in-nies għax ma kellhomx biżżejjed biex jipproduċu dak it-tip ta' talent. It-tieni hija li aħna għaddejjin minn fenomenu li ħadd ma jsemmi, l-impatt li l-edukazzjoni kellha fuq l-upward mobility. Jien dħalt l-Università fl-1984, kemm kien hemm studenti? 450 ruħ? Mort nagħmel il-Masters fl- 1990, biex tieħu borża ta' studju trid tapplika mal-Commonwealth jew hekk u forsi jitilgħu sebgħa. Kont tiġi lura bħala wieħed mill-aħjar. "Illum l-MCAST għandu 'l fuq minn 10,000 student, l-Università għandha wkoll 'il fuq minn 10,000. Programmi ta' Masters u PHDs li anqas konna noħolmuhom fi żmieni. Ix-xejra tan-nies illum, Malta qatt ma kellha Maltin gradwati f 'dawn il-livelli. "Jiena kont naħdem l-Enemalta, u jien l-istil tal-immaniġġjar tiegħi kien iżjed prattiku, mhux magħluq f 'uffiċċju. Waħda mill-affarijiet li veru kont nieħu pjaċir kienet li titkellem ma' ħaddiem bla skola jew bi ftit skola u jgħidli li t-tifla tiegħu qed tistudja għal avukat, ieħor għal tabib, u forsi ngħinhom bis-CV. "Din għandha konsegwenza, jiġifieri jekk qabel missierhom kien għal raġunijiet differenti jidħol f 'xogħlijiet li huma ta' livell "iż-żejt fil- magna" ngħidilha jien, it-tfal tagħhom bil- kwalifiki li għandhom żgur mhux se jidħlu għal dawn ix-xogħlijiet. Mela għandek popolazzjoni qed tiċkien, popolazzjoni li minnha parti qed tixjieħ u parti tant kemm hi edukata li taspira biex dak li studjat trendi l-valur minnu. X'jibqa'? Min se jagħmilhom dawn ix-xogħlijiet? Jien nixtieq nara kieku x'jiġri f 'Malta jekk it-TCNs u l-barranin jagħmlu strajk ta' ġurnata. Għidli x'jiġri? Malta tieqaf. Issa jien il-kumment kien, dawn jafuh. "Il-PN fl-opinjoni tiegħi qatt ma poġġa pjan x'se jagħmel jekk jitla' fil-gvern bit-TCNs. X'se tagħmel, tkeċċihom? Għalhekk dak kien kliem perikoluż. Mirakli ma jsirux. "Jien naħseb nistgħu nitkellmu b'dak il- mod. Pereżempju meta ġiet il-pandemija u l-ekonomija daħlet ġo tliet snin ta' diffikultà, il-barranin, kemm Ewropej, kif ukoll it-TCNs, naqsu minn Malta. "Hemm relazzjoni totali bejn it-tkabbir ekonomiku u x'għandek bżonn bħala kapital uman. Teknoloġiji jeżistu fejn robots imħarrġa sabiex jitkellmu mal-anzjani jiġifieri hemm elementi oħra, imma nitkellem għalija xejn minn dan mhu qed isir. Irrid nagħmel distinzjoni. Hija differenti li ġibt barrani b'mod legali għall-ekonomija bil-permess tax-xogħol u qed jikkontribwixxi għall-ekonomija bit-taxxa u l-bolla. "Hija differenti minn dak l-illegali bħal dawk tal-Ingilterra li qed joħolqu ħafna tensjoni. Aħna għaddejna minn tal-immigrazzjoni irregolari meta ġie dak il-vapur tal-Arbanja żmien ilu. 400 ruħ illegali għal Malta huma kieku 100,000 daħlu l-Ġermanja. Imma mhux fuq dak qed nitkellem jien. Qed nitkellem fuq persuna ġenwina li ġibtu hawnhekk għax ma nistax insib Malti, għax il- Malti għandu aspirazzjonijiet differenti imma dak ix-xogħol li jrid isir. Il-mistoqsija hija: Min se jagħmlu dak ix-xogħol?" Mistoqsija fuq fomm ħafna. Kemm huma fattibbli l-proposti tagħkom fil- qasam tal-infrastruttura, is-saħħa, u l-edukazzjoni? RYAN CALLUS: L-ewwel nett, din mhux kwistjoni ta' barranin imma kwistjoni ta' popolazzjoni. Overpopulation. Aħna Malta l-aktar stat membru Ewropew li huwa densely populated, jiġifieri f 'kull kilometru kwadru ta' art, aħna fl-Ewropa l-iżjed li għandna nies joqogħdu f 'kull kilometru kwadru. Mhux kemm għandna barranin f 'Malta, il-politika li aħna qegħdin nitkellmu fuqha għax hija inkwetanti. L-iżjed inkwiet tal-Maltin, skont sondaġġi, huwa l-overpopulation; it- tieni t-traffiku; it-tielet huwa l-inflazzjoni li m'iniex se nidħol fiha. Il-problema hawnhekk hija bla partiġjaniżmu li għandna sfida ta' ekonomija illi hija bbażata fuq il-massa tan-nies u din il-bidla li aħna rridu nimplimentaw jekk nitilgħu fil- gvern hija illi nagħmlu studju magħruf bħala Labour Market Study. Fih nidentifikaw numru ta' kwistjonijiet. Però l-inkwiet tagħna huwa li nisma' lil Clyde Caruana jgħid illi biex insostnu dan it-tkabbir ekonomiku li għandna fis-snin li ġejjin irridu ntellgħu l-popolazzjoni għal 800,000. Aħna llum resqin lejn 600,000. Ħa nagħmel domanda jiena. Timmaġinaw dan il-pajjiż b'popolazzjoni li tiżdied b'terz ieħor milli qegħdin illum biex inżommu t-tkabbir ekonomiku tagħna? Nirrikonoxxu li l-pajjiż huwa bblokkjat. Ejja nitkellmu fuq kif se nindirizzaw il-problema fejn inżommu t-tkabbir ekonomiku imma ma jistax ikollna dawn il- problemi riżultat ta' dan l-istil ta' ekonomija. Kumment qasir fuq dak li qal David Spiteri Gingell meta semma punt importanti tal-upward mobility. Kif se tiġġildilha din ir-realtà? RYAN CALLUS: Dan punt importanti. Aħna nirrikonoxxu li hemm setturi li jeħtieġ il- kontribuzzjoni tal-barranin. Perżempju s-settur tas-saħħa li m'għandux biżżejjed carers u infermiera, is-settur tal- ospitalità, il-kostruzzjoni. Jekk hawn xi ħadd li verament imbotta lill-Maltin biex jeskalaw fil-karriera tagħhom tramite l-edukazzjoni, kien il-PN. Jien li nista' ngħidlek li aħna konxji ta' din il-problema. Imma hemm bżonn studju sabiex naraw din is-sitwazzjoni. Il-PL għandu sfida b'ekonomija għaddejja b'ritmu mgħaġġel iżda hemm tgergir. Meta tiġi affaċċjat b'xi kummenti xenofobiċi, kif twieġeb? ALEX MUSCAT: Il-politiku jrid jirrispondi billi jgħid il- viżjoni tiegħu. Kif kien qed jgħid Ryan hawnhekk, huwa differenti ħafna minn kif tkellem fil-parlament l-eks kap Adrian Delia. Jien żgur mhux se mmur inkeskes il-Malti kontra l-barrani. Jiġifieri meta nara dak il-biża' ġenwin, biża' bbażat għax dak li jkun jaħseb li l-barrani qed joħloqlu xi problema. Dan isir billi teduka u titkellem man- nies, mhux billi nitfa' l-petrol fuq in-nar. Illum Ryan m'użax dak il-lingwaġġ u forsi għalhekk illum il-PN ma bagħatx lil Delia hawnhekk. Qed jindunaw anke kemm weġġgħu nies. Il-biża' tiegħi hija x'ħa ngħidulhom lit- tfal tagħna? Li l-abjad u l-ġinġer orrajt imma ta' lewn differenti problema. Taqbel mal-proposta tal- PN ta' bżonn ta' mudell alternattiv għall-ekonomija tagħna fil-tul ta' żmien jew sibna s-soluzzjoni għall-ġid fil-pajjiż? ALEX MUSCAT: B'mod skjett ħafna, ma naħsibx li hija kwistjoni ta' neqilbu l-ekonomija tagħna rasha 'l isfel għax qed 'Il-PN fl-opinjoni tiegħi qatt ma poġġa pjan x'se jagħmel jekk jitla' fil-gvern bit-TCNs,' jgħid David Spiteri Gingell

