Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H ija ħasra kbira meta l-mexx- ejja politiċi tagħna u dawk ta' pajjiżi oħra għandhom apprez- zament limitat tal-istorja. L-is- torja tgħallimna ħafna affarijiet dwar il- mod kif mexxejja u politiċi awtokratiċi aġixxew u trattaw temi differenti u kif komplew fil-ġenn ta' moħħhom għax kulħadd skużahom. Matul l-aħħar tmenin sena kien hemm dejjem rabta ċara bejn il-Punent u s-saltna tad-dritt. Ejja nagħmluha ċara. Mhux dak kollu li sar fil-Punent kien tajjeb. Imma l-fatt li fil-Punent hemm id-demokrazija u l-mexxejja politiċi jinbidlu skont il-mandat elettorali, jippreżenta storja differenti mir-realtà kif nesperjenzawha fir-Russja u ċ-Cina biex insemmu ftit mill-pajjiżi mhux demokratiċi. Qed nitkellmu illum fuq Donald Trump; persuna li huwa f 'għajnejn il-kritiċi tiegħu, narċisist, awtokratiku, minfuħ bih innifsu, neo-Faxxist, lemini, antigay, nazzjonalist, u jiġi jaqa' u jqum mid-drittijiet fundamentali tal-bnedmin, apoloġista għal Putin, erratiku, antidemokratiku, egoist, sessist, xenofobiku, razzist, kontra s-saltna tad-dritt, ipokrita, kriminal, kiesaħ, u dardira. U minkejja kollox, u minkejja li huwa ċar li huwa perikoluż, mexxejja politiċi inkluż dawk Maltin għadhom jinċensawh. Safrattant hawn min anzi anke nnominah biex ikun kandidat għall- Premju Nobel għall-paċi. F'sena s'issa, l-atteġġjament ta' Trump tefa' l-Amerka f 'salib it-toroq, ekonomikament u politikament. Imma ferm aktar serju minn dan kollu, Trump wera disprezz assolut lejn l-Ewropa u lejn il-gvernijiet tal-Ewropa. U apparti hekk, Trump wera simpatija lejn dawk il-mexxejja politiċi li huma jew neo- Faxxisti jew inkella leminin estremi jew dittaturi. Trump kien ċar ukoll li ma jarax ir- Russja, aggressur fil-gwerra tal-Ukrajna bħala theddida. U ma kienx biżżejjed li qal hekk. Iddeskriva l-mexxejja tal- Ewropa bħala dgħajfa u bla sinsla. Għal Trump, m'hemmx liġi internazzjonali. Hemm biss il-mod kif jaħsibha hu. Xejn mhu se jbiddel il-mod kif jaħsibha. Malta, bla dubju ta' xejn, huwa pajjiż żgħir imma lanqas jista' jkun li ma nurux snienna. Jekk Dom Mintoff kellu xi ħaġa tajba kien il-kuraġġ li jisfida sewwa l-Amerka u l-Unjoni Sovjetika ġewwa fora internazzjonali. Bħala pajjiż m'hemmx għalfejn ngħaddu ġudizzju fuq l-affarijiet interni fl-Amerka. Dik affari tagħhom. Imma meta l-President ta' pajjiż jinżel kemm għal-livell baxx u offensiv li jattakka l-Unjoni Ewropea, kif ukoll jattakka t-tifsira tal-Ewropa, għandna nkunu ċari fid-diskors tagħna. U l-aħħar ħaġa li għandna nikkalkulaw — li dan il-miġnun nikkunsidrawh għall-Premju għall-Paċi — premju li tant jixtiequ — minkejja l-fatt li kulma jagħmel hu, li jiżra' l-mibegħda u jfarrak kull idea ta' paċi fost il-pajjiżi u l-bnedmin. Ejja għalhekk nieħdu pożizzjoni ċara dwar Trump. Jismu Trump u l-istorja tgħallimna li għandha nibżgħu minnu

