MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Kunċerti tal-Milied minn The New Choral Singers fiż-Żurrieq u r-Rabat Il-panto ta' Chucky, Jack and the Beanstalk, tirritorna fi Spazju Kreattiv The New Choral Singers se jkunu qed jikkollaboraw ukoll mal-Queen Victoria Band A.D. 1865 Il-kor e New Choral Singers (TNCS) se jkun qed itella' l-kunċert annwali tal-Milied tiegħu, Musical Tidings — Voices for the Nativity, fil-21 ta' Diċembru 2025 fil-Knisja ta' San Duminku u l-Madonna fil-Rabat, bħala parti mill-programm festiv tiegħu għal dan iż-żmien tas-sena. Il-kunċert jibda fis-7 p.m. u se jinkludi programm ta' mużika tradizzjonali tal- Milied taħt id-direzzjoni ta' Mauro Farrugia, bl- assistenza ta' Helen Turner. Il-kor se jkun akkumpanjat fuq il-pjanu minn Irina Fedcenko-Carbonaro u Romina Morrow. Bħalma saret drawwa matul is-snin, l-udjenza se tkun mistiedna wkoll tingħaqad mal-kor fil- kant ta' numru ta' innijiet tal-Milied magħrufa, tradizzjoni li TNCS ilha żżomm bħala parti mill- esperjenza komunitarja tal-kunċerti tagħha. Minbarra dan l-avveniment, e New Choral Singers se jkunu qed jikkollaboraw ukoll mal-Queen Victoria Band A.D. 1865 taż-Żurrieq f 'kunċert ieħor tal-Milied li se jsir fit-12 ta' Diċembru 2025 fil-Pro-Katidral ta' San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-kunċert, skedat għat-8 p.m. se jgħaqqad repertorju korali u mużika tal-banda fi programm wieħed. Id-dħul għaż-żewġ kunċerti huwa b'xejn u miuħ għall-pubbliku, bi ġbir volontarju li se jsir b'risq il-knejjes rispettivi. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet ta' e New Choral Singers jinsabu fuq is-sit elettroniku tagħhom. Produzzjoni ġdida ta' pantomima ta' persuna waħda, immexxija mill- performer tad-drag Chucky Bartolo, se tkun il-qofol tal- offerti alternattivi tat-teatru festiv f 'Malta din is-sena. Il-produzzjoni, miktuba u diretta minn Vikesh Godhwani, terġa' timmaġina lil Jack and the Beanstalk bħala wirja solo b'enerġija għolja, mimlija satira politika, numri ta' mużika pop u dehriet speċjali. L-ispettaklu huwa l-aħħar wieħed fis-serje Panto in the Dark ta' Godhwani u jsegwi d-debutt tas-sena li għaddiet tal-format ta' performer wieħed. Skont id-direttur, is- suċċess tal-edizzjoni tal-2023 wassal għal approċċ aktar ambizzjuż din is-sena. "Din is-sena żidna ħafna iktar ġenn," qal Godhwani, filwaqt li nnota li t-tim kreattiv qed "jipprova affarijiet li qatt ma saru f 'dan l-ispazju qabel" u qed juża l-ħrejjef biex jeżamina "ġganti kontemporanji" b'poter sproporzjonat. Chucky, li jagħti leħnu wkoll għal Love Island Malta, se jinterpreta kull karattru fil- produzzjoni. Il-performer qal li dan il-format jippermetti li d-drag jiġi ppreżentat f 'kuntest teatrali ġdid, filwaqt li tinżamm l-istruttura familjari tal-panto. "Dejjem eċitanti ġġib id-drag Malta f 'format ġdid," qal Chucky, u żied li l-kollaborazzjoni ma' Godhwani "żgur toħroġ l-aħjar minn xulxin." Il-produzzjoni twiegħed taħlita ta' kummerċjalità, interazzjoni mal-udjenza u umoriżmu mmirat lejn l-adulti, u tippożizzjona ruħha bħala avveniment staġjonali alternattiv għall-udjenzi lokali tat-teatru. Il-wirjiet ta' Chucky's Solo Panto – Jack and the Beanstalk se jsiru fi Spazju Kreattiv, Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, fid-19, 20, 21, 26, 27 u 28 ta' Diċembru, bil-bidu fit-8.00 p.m. (fis-7.00 p.m. nhar ta' Ħadd). Il-biljetti jiswew €25 għall- platea u €20 għall-gallarija, b'konċessjonijiet ta' €20 disponibbli. Il-produzzjoni hija rrakko- mandata għal udjenzi ta' 18-il sena 'l fuq. Il-bookings jistgħu jsiru permezz tas-sit ta' Spazju Kreattiv. Il-panto għall-adulti biss se tittella' bejn id-19-21 u bejn is-26-28 ta' Diċembru fi Spazju Kreattiv

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 December 2025