MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 ILENIA DEBONO David Attard, xabbatur Malti b'passjoni kbira għall-isport tiegħu, huwa wieħed mill-imħuħ wara l-idea tal-ewwel bouldering gym f 'Malta ta' dan il-kobor bl-isem ta' Crashpad. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, huwa qasam l-istorja tal-gym u l-isport f 'Malta. Attard qal li hawn madwar 500 xabbatur dedikat regolari, avolja m'hawnx figuri eżatti, però jkun hemm ħafna xabbaturi tranżitorji bħal studenti jew nies barranin li jkunu interessati li jippruvaw iżidu dan l-ammont bil-kbir. Hu għamel referenza għall-gruppi fuq Facebook iddedikati għax-xabbaturi li jvarjaw minn 6,000 sa 8,000 ruħ. Hu qal li hemm żewġ tipi ta' xabbaturi, dawk li jixxabbtu ġewwa fil-gym magħrufa bħala indoor bouldering, kif ukoll dawk li jippreferu jixxabbtu barra mal-irdum. Attard spjega li l-indoor bouldering huwa iżjed popolari fost dawk ix- xabbaturi iżgħar fl-età minħabba li dan jirrikjedi iżjed saħħa. "L-iskop ta' dan il-bouldering gym huwa li jkabbar dan l-ammont," hu spjega hekk kif dan l-isport għadu fi ċkunitu f 'Malta minħabba n-nuqqas ta' bouldering gyms ta' daqs regolari Ewropew. Huwa spjega l-proċess li wieħed jixxabbat barra, li huwa attività li tirrikjedi ħafna preparazzjoni fejn għandek tal- inqas tliet sigħat, fejn imbagħad l-indoor bouldering kemm tmur il-gym, tilbes iż-żarbun addattat u tagħmel siegħa sagħtejn u barra bid-daqq. Qal li Malta n-nies jixxabbtu ġo widien, ġo għerien, mal-irdumijiet kollha, li lkoll joffru opportunitajiet u sfidi differenti, b'madwar 1,500 rotta f 'Malta biss. Attard qal li dan in-numru dejjem qed jiżdied hekk kif il-komunità dedikata tax-xabbaturi dejjem tiskopri rotot ġodda. Minbarra l-element sportiv, hemm ukoll element ta' turiżmu hekk kif ċerti klabbs huma appoġġjati finanzjarjament mill-Malta Tourism Authority sabiex isibu aktar rotot u jiġbdu aktar turisti xabbaturi lejn Malta. Dawn ir- rotot se jkunu kollha disponibbli fi ktieb gwida li se jiġi ppubblikat daqt mill-komunità. L-għoli ta' dawn ir-rotot ivarja minn sitt metri sa 110 metri, bl-itwal rotta tinsab f 'Għawdex maqsuma f 'ħames pitches. Attard qal li hemm diversi fatturi li jiġbdu n-nies lejn dan l-isport li spara fil-popolarità wara li ġie introdott fil-logħob Olimpiċi. Hu elabora fuq l-isport innifsu u qal li dan huwa eżerċizzju li jinkludi l-ġisem kollu, avolja ħafna jemmnu li għandu x'jaqsam biss mas-saħħa fl-idejn imma ħafna mix-xogħol isir fis-saqajn, flimkien mal-ġisem kollu f 'armonija. Barra minn hekk, l-isport dejjem ivarja hekk kif il- bouldering gym dejjem ibiddlu r-rotot u jinvolvi ħafna ħsieb u loġika, sabiex wieħed jevalwa l-moviment tiegħu ma' rotot li dejjem javvanzaw u jitqalu. Fuq livell internazzjonali, ix-xabbaturi Maltin huma rappreżentati mill-Għaqda ClimbMT li skont Attard hija responsabbli sabiex trawwem talent Malti għal livell internazzjonali sabiex jikkompetu barra minn xtutna. Diġà hemm numru ta' xabbaturi Maltin li rrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonali, inkluż iż-żagħżugħ ta' 16-il sena Luca Giglio li ġie l-40 post fost 120 xabbatur f 'kompetizzjoni fl- Ingilterra. Giglio ilu jixxabbat għal dawn l-aħħar erba' snin, fejn rawwem talent ta' barra minn hawn. Biss biss rebaħ in-National Indoor Bouldering Competition li saret nhar is-Sibt 6 ta' Diċembru fl-istess gym. Attard spjega kif saret il-kompetizzjoni li tinqasam f 'żewġ stadji; l-istadju ta' kwalifikazzjoni li fih, mix- xabbaturi kollha jgħaddu sitt xabbaturi rġiel u sitt xabbaturi nisa għall-istadju finali. Sabiex dawn ix-xabbaturi jgħaddu għall-finali jridu jtellgħu ċertu ammont ta' punti li jinġabru skont kemm it-tali jirnexxilu jixxabbat ma' rotot fl-inqas drabi possibbli f 'ċertu ammont ta' ħin possibbli. L-istess proċess isir fil-finali sakemm joħorġu l-klassifikazzjonijiet tax- xabbaturi, kemm dawk irġiel, kif ukoll dawk nisa. Ix-xabbaturi: Żgħar fin-numri imma mimlija passjoni Wieħed mill- imħuħ wara l-ikbar gym tal- bouldering f'Malta, David Attard, jispjega ghalfejn dan l-isport kuljum qed jiżdied fil-popolarità David Attard (fiċ-ċirklu) huwa wieħed mill-imħuħ wara l-ewwel bouldering gym f 'Malta ta' dan il-kobor L-UE timponi dazju fiss ta' €3 fuq pakketti żgħar minn barra l-UE ILENIA DEBONO Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar il-Ġimgħa waranofsinhar li jiġi introdott dazju fiss ta' €3 fuq kull oġġett f 'pakketti żgħar b'valur inqas minn €150 li ġejjin minn barra l-UE minn Lulju tal- 2026. Fi stqarrija, il-Kunsill spjega li din l-azzjoni qed tittieħed bħala miżura temporanja għall-fatt li dawn il-pakketti qed iwasslu għal kompetizzjoni inġusta għall- bejjiegħa fl-UE, riskji ta' saħħa u sigurtà għall-konsumaturi, frodi, u problemi ambjentali. Din il-miżura se tibqa' fis-seħħ sakemm miżuri permanenti jiġu implimentati. Il- Kunsill spjega li 93% ta' attività kummerċjali elettronika se tiġi affettwata b'din il-miżura. Din il-miżura daħlet fis-seħħ waqt żmien kruċjali għall-attività kummerjċali elettronika, fejn kumpaniji kbar Ċiniżi bħal Shein, Temu u Aliexpress li jbigħu oġġetti ta' kwalità baxxa bi prezzijiet biċ- ċiċri laħqu l-quċċata tal-popolarità ma' konsumaturi Ewropej li dejjem qed jippruvaw inaqqsu l-infiq tagħhom. Numru ta' konsumaturi Ewropew, inkluż dawk Maltin, huma inkwetati hekk kif huma se jiġu affettwati b'mod negattiv biż- żieda fl-ispiża fil-maġġoranza tal- attivitajiet kummerċjali elettroniċi. Dazju fiss ta' €3 fuq kull oġġett f 'pakketti żgħar b'valur inqas minn €150 li ġejjin minn barra l-UE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 December 2025