MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum L-ewwel 100 jum ta' Alex Borg bħala Kap tal-PN: X'seħħ, x'qed jiġri, u x'se jsir Il-borom mikxufa: il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista ILENIA DEBONO Nhar it-Tnejn 15 ta' Diċembru Alex Borg għalaq 100 ġurnata fl-irwol tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il- gazzetta ILLUM ħarset lura fuq dawn it-tliet xhur u rat kemm Alex Borg żamm kelmtu u x'għamel. L-iżjed ħaġa memorabbli mit-terminu ta' Borg hija l-pubblikazzjoni tal-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista mill-2021 sal- 2024. L-aħħar kontijiet li ħarġu kienu fl- 2020, daqqa kbira lejn il-kredibbilità tal- Partit li qed jaspira sabiex ikun fil-gvern. Borg kien ħabbar li se jlaħħaq kumitat għall-awditjar li se jkun attrezzat b'tim ta' nies kompetenti fis-settur finanzjarju "sabiex jimmassimizzaw id-dħul mill- assi tal-Partit." Qal ukoll li dan il-kumitat se jagħmel ristrutturar tal-organu tal-media tal-PN, il-Media Link Communications. Borg kien qal darba wara l-oħra li jrid jevita li l-Partit ikollu jbigħ xi każin jew assi oħra, kif ġara fl-2023 l-unika sena mill- kontijiet ippubblikati riċentament fejn il- Partit irreġistra defiċit. Minbarra l-kumitat, Borg appunta rwol ġdid ta' Kap Eżekuttiv, rwol li ħaditu Sabine Agius Cabourdin. Il-Kap Eżekuttiv mhuwiex irwol politiku jew imħallas, imma wieħed kummerċjali u finanzjarju. L-ikbar prijorità ta' Agius Cabourdin s'issa kienet li jiġu ppubblikati l-kontijiet tal-Partit. Minbarra l-irwol tal-Kap Eżekuttiv, Borg ħabbar li jrid jintroduċi l-irwol tat- tieni viċi kap tal-Partit, b'kap minnhom jiffoka fuq affarijiet parlamentari u ieħor fuq affarijiet tal-Partit. Dan kien diġà fis- seħħ qabel l-2020, meta għaddew emendi tal-istatut tal-Partit sabiex ikun hemm viċi kap wieħed. Huwa ħalla l-marka tiegħu fuq il-Partit bil-portafolli ġodda li ngħataw lid-deputati Nazzjonalisti, speċifikament l-introduzzjoni ta' temi ġodda fil-portafolli bħas-solitudni, newrodiverġenza u l-Intelliġenza Artifiċjali. Borg kien ċert li ma jagħmilx għedewwa anke fil-kamp tiegħu stess, meta ta l-portafoll tal-finanzi lil Adrian Delia u tal-Infrastruttura lil Bernard Grech. Dan anke meta ħa pass li mhux ħafna qablu miegħu; il-pass li fetaħ il-bibien għal veterani tal-partit li m'għadhomx fil- partit bħal Edwin Vassallo. Borg ħareġ b'ċerti proposti avangardisti li ħafna stkerrhuhom, ngħidu aħna l-fond ta' fiduċja għal kull wild. Borg qal li Gvern Nazzjonalista se jintroduċi dak li qed jissejjaħ bħala Fond ta' Fiduċja għat- Tfal (Child Trust Fund) għal kull tarbija mwielda minn residenti Maltin. Is-sistema se tara lill-gvern jinvesti €5,000 bħala kapital inizjali fit-twelid, bil-ġenituri jew il-kustodji jkollhom l-għażla li jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali. Proposta oħra li kienet kontroversjali meta qalha Alex Borg kienet dik tal-four day work week. Minbarra din, kien hemm l-idea tal-poddata tal-partit, li meta tnieda l-crowdfunding għaliha, is-sit diġitali kraxxja bl-ammont ta' donazzjonijiet li daħlu (skont Borg); idea li l-Partit Laburista saħaq li l-PN seraq mingħandu. Waqt l-avveniment taċ- ċelebrazzjoni tal-100 jum, Borg qal li tal-inqas 3,000 membru ġdid issieħeb mal-Partit minn mindu ħa r-riedni tal-Partit f 'idejh. Hu ħabbar li fi Frar tal- 2026, il-Partit se jorganizza konvenzjoni nazzjonali li fiha se tinbena l-viżjoni tal-PN fil-gvern. Id-defiċit attwali tal-Partit Nazzjonalista huwa €737,733 skont il-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista ppubblikati minn Alex Borg wara l-għeluq tal-100 jum fiż-żarbun ta' kap. Borg, flimkien ma' delegazzjoni mill-partit, ippreżentaw il- kontijiet ta' dawn l-aħħar erba' snin lill-Kummissjoni Elettorali li kienu awditjati mill- Awditur Ryan Borg, li għadu kif fetaħ kumpanija tal-awditjar f 'Għawdex proprju f 'Settembru ta' din is-sena. Attwalment id-defiċit qiegħed €737,733, id-donazzjonijiet jammontaw għal €1,455,446, waqt li l-flus mit-tesseri jitilgħu għal €97,588. L-ikbar spiża li ra l-partit fl-2024 kienu spejjeż fuq il-ħaddiema. Il-kontijiet jgħidu storja waħedhom hekk kif mill-2020 sal-2022 id-defiċit żdied b'rata mgħaġġla. Fl-2020, il-partit kien qiegħed b'defiċit ta' €526,649, riżultat ta' tnaqqis fil-valur ta' numru ta' assi tal-partit li ammonta għal €644,409 fost affarijiet oħra li kielu l-€128,202 surplus tal- partit. Id-defiċit ġie elenkat b'€100,268 ta' deprezzament, €395,025 f 'pagi u €31,023 f 'bolol tal-ħaddiema. Id-defiċit fl-2021 tela' għal €1,129,941 bl- ikbar spiża ta' €560,859 fuq infiq fuq ħaddiema. L-ikbar ammont ta' dħul għall-partit fl-2020 kienu donazzjonijiet monetarji b'€49,125 f 'donazzjonijiet minn negozji u €964,145 f 'donazzjonijiet minn individwi. It-tesseri ammontaw għal qligħ ta' €173,425. Għal darb'oħra fl-2021, l-ikbar introjtu ġie mid-donazzjonijiet b'€1,278,624 f 'donazzjonijiet u €145,350 f 'tesseri. Fl-2022, id-defiċit reġa' żdied għal €1,326,210 mis-sena ta' qabel, bid-donazzjonijiet jiżdiedu għal €1,848,652 u t-tesseri jerġgħu jonqsu għal €129,644. Madankollu fl-2023, il-partit irreġistra surplus ta' €863,517 avolja d-donazzjonijiet naqsu għal €947,607 u l-ħlas mit- tesseri niżlu għal €83,166. Ma' dawn naqsu wkoll l-ispejjeż tal- ħaddiema għal €361,455. Din iż-żieda fil-finanzi ġiet grazzi għall-bejgħ ta' proprjetajiet bi qligħ ta' €1,283,776. L-aħħar stqarrijiet finanzjarji tal-partit ħarġu fl-2020, jiġifieri għaddew ħames snin u laħaq inbidel il-kap darbtejn minn mindu dawn il-kontijiet raw id- dawl. Meta l-Eks Kap Bernard Grech kien mistoqsi fuq din il-kwistjoni, huwa weħħel fl- awditur u qal li l-partit għamel il-biċċa tiegħu u li issa kollox f 'idejn l-awditur. Borg kien indirizza din il- problema minn qabel ma laħaq kap. Kien qal li se jlaħħaq kumitat għall-awditjar li se jkun attrezzat b'tim ta' nies kompetenti fis-settur finanzjarju "sabiex jimmassimizzaw id-dħul mill-assi tal-partit". Qal ukoll li dan il-kumitat se jagħmel ristrutturar tal-organu tal-midja tal-PN, il-Media Link Communications. Hu kien tkellem fuq iċ-ċedoli li se jagħlqu f 'Marzu tal-2026 li għandu jkun hemm pjan sabiex dawn ma jiġux "rolled over" u jkun hemm garanzija għalihom. Barra minn hekk, Borg ħoloq l-irwol tal-Kap Eżekuttiv tal- Partit, bl-ewwel persuna li libset dan il-mantell hija Sabine Agius Cabourdin li għandha responsabbiltajiet kummerċjali u finanzjarji, rwol bla paga. Tirraporta Ilena Debono Mill-2020 sal-2022 id-defiċit tal-PN żdied b'rata mgħaġġla Tal-inqas 3,000 membru ġdid issieħeb mal-Partit minn mindu Alex Borg ħa r-riedni tal-Partit f 'idejh

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025