MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Belt Valletta bħala l-kapitali ta' pajjiżna u s-27 ta' Diċembru bħala l-Jum iddedikat għall-Innu Malti Tliet ġawhriet Ġappuniżi ta' Malta esebiti għall-ewwel darba flimkien fil-kastell Himeji Għall-ewwel darba fl-istorja, il- Belt Valletta se tkun imnaqqxa formalment fil-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta' Malta, filwaqt li s-27 ta' Diċembru wkoll se jkun imnaqqax formalment fil-Kostituzzjoni bħala l-jum iddedikat lill-Innu Malti. Wara li l-proposti leġiżlattivi mressqa mill-Ministru għall- Kultura, l-Artijiet, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ġew approvati unanimament mill-Kamra tad- Deputati, illum dawn daħlu formalment fis-seħħ u issa saru parti mill-Kostituzzjoni ta' Malta. B'reazzjoni għal dan, il-Ministru Owen Bonnici qal, "Illum hi ġurnata li tiġbor fiha mument ieħor sabiħ fl-istorja unika ta' din il-Belt, Valletta – Barokka u maestuża – u mument ieħor ta' għaqda nazzjonali bl-Innu Malti issa se jkollu jum dedikat għalih. Dawn iż- żewġ inizjattivi jkomplu jiċċelebraw dak li jġibna flimkien bħala poplu wieħed u magħqud." Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli laqgħet b'sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-emendi mill- Parlament li bihom il-Belt Valletta qed tiġi rikonoxxuta fil-liġi bħala l-kapitali ta' Malta, kif ukoll id- deċiżjoni li s-27 ta' Diċembru jkun jum iddedikat għall-unur tal-Innu Nazzjonali. Hija rrimarkat li dan il-pass storiku jsaħħaħ b'mod konkret il- kburija fl-identità nazzjonali tagħna bħala Maltin. "Hekk kif daħlu fis-seħħ l-emendi wara li ġew approvati unanimament mill-Parlament, dan ifisser rikonoxximent ċar ta' dak li aħna u ta' dak li jgħaqqadna bħala poplu. Il-Belt Valletta mhix biss ċentru amministrattiv, iżda simbolu ħaj tal-istorja, il-kultura u r-reżiljenza tagħna, filwaqt li l-Innu Malti jibqa' espressjoni qawwija tal-valuri u l-għaqda nazzjonali," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli. Il-provediment b'rabta mal-Belt Kapitali ta' Malta l-Belt Valletta ġie wkoll entrenched, li jfisser li jekk fil- futur il-Parlament ikun irid jibdel dan il-provvediment ikun hemm ħtieġa tal-kunsens ta' mill-inqas żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati. Intant irid jingħad li s-27 ta' Diċembru tal-1922, kien il-jum li fih indaqq għall-ewwel darba l-Innu Malti u kien għalhekk li mil- lum 'il quddiem dan se jkun il-jum, imħares mill-Kostituzzjoni, bħala l-jum dedikat għall-Innu Malti. Tliet armaturi tas-Samuraj mill-Kollezzjoni Nazzjonali ta' Malta, li ġew irrestawrati dan l-aħħar, bħalissa jinsabu għall- wiri flimkien għall-ewwel darba fil-Ġappun, fil-kastell ikoniku ta' Himeji, sit ta' Wirt Dinji tal- UNESCO, fejn se jibqgħu esebiti sal-għada tal-Milied. L-armaturi jiffurmaw parti mill-wirja 'e Samurai and the Knight of Malta', legat tal-Expo 2025 Osaka Kansai. Miuħa uffiċjalment fi tmiem Ottubru li għadda mill-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ġappun, l-E.T. André Spiteri, mas-Sindku ta' Himeji, Hideyasu Kiyomoto, il- wirja tgħaqqad flimkien armaturi Samuraj Ġappuniżi ma' armatura Ewropea tal-Kavallieri ta' San Ġwann mis-seklu 17. Hija tinkludi wkoll repliki ta' artefatti nazzjonali Maltin ewlenin li jirriflettu s-saffi varji tal-istorja ta' Malta, fosthom il-Figura Bilqiegħda u l-Mara r-Rieqda mill-Preistorja, iċ- Ċippus ta' Żmien il-Feniċi u l-Ġebla ta' Majmuna minn Żmien l-Għarab. Il-Kastell ta' Himeji, meqjus bħala l-aktar kastell fewdali fi stat tajjeb fost dawk li għadhom jeżistu fil-Ġappun, joffri sfond b'tifsira partikolari. It- tliet armaturi nħadmu kollha mill-familja Myōchin, esperti magħrufa fis-sengħa tal-armaturi li kellhom ukoll fergħat f 'Himeji, u b'hekk hemm rabta storika bejn l-artefatti u l-belt li laqgħethom. It-tliet settijiet ta' armaturi, mogħtija lil Malta fl-1862 waqt il-Missjoni Bunkyu fl-Ewropa — l-ewwel żjara ta' nies Ġappuniżi f 'Malta li nafu biha — ġew restawrati u magħquda mill- ġdid flimkien bir-reqqa minn konservaturi esperti Ġappuniżi permezz ta' kollaborazzjoni bejn Heritage Malta, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, u l-Ambaxxata ta' Malta fil-Ġappun. Ta' min isemmi li waqt il- proċess tar-restawr l-esperti identifikaw partijiet mit-tielet armatura, li sa dakinhar kienet għadha mhix dokumentata, u għaldaqstant il-proġett issarraf ukoll fi skoperta. Waħda mill- armaturi ġiet esebita diġà fil- padiljun ta' Malta waqt l-Expo f 'Osaka aktar kmieni din is-sena, fejn tfakkar is-60 anniversarju ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Ġappun. Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, saħaq li: "Dak li żmien ilu kien rigal diplomatiku minsi ġie trasformat f 'simbolu b'saħħtu ta' wirt kulturali komuni. Dawn l-armaturi tas-Samuraj jirriflettu l-irwol storiku ta' Malta bħala pont kulturali u juru kif il- kollaborazzjoni internazzjonali tista' tagħti l-ħajja mill-ġdid lill- istorja, biex din tiġi esperjenzata, apprezzata u mgħożża minn udjenzi minn madwar id-dinja kollha. Wara l-wasla tagħhom lura Malta, l-armaturi tas-Samuraj se jingħaqdu mal-wirja permanenti tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, ħdejn repliki tal-armi u l-aċċessorji oriġinali tagħhom. B'dan il-mod se jkomplu jservu bħala rappreżentazzjoni fiżika tal-ħbiberija twila bejn Malta u l-Ġappun. Il-Belt Valletta se tkun imnaqqxa formalment fil-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta' Malta L-armaturi jiffurmaw parti mill-wirja 'The Samurai and the Knights of Malta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025