MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

li ddejjaqni hija meta ngħidu "mhux aħna responsabbli, dik l-entità". Aħna nifhmu l-każ, niggwidawhom u l-mod kif dawwart amministrazzjoni fil-kunsill lokali b'teknoloġija apposta, aħna ngħinuhom iwasslu l-ilment għand l-awtorità kkonċernata. Inti xorta għandek idejk marbutin, speċjalment fl-aspett finanzjarju bħal kull kunsill lokali. Kif tista' tiġbor il-flus minflok tirċievi biss mill-gvern li qatt ma jkun biżżejjed, forsi mill-attivitajiet kummerċjali immens li hemm il-Belt jew attivitajiet oħra? Bħala belt kapitali, nista' ntik idea. Meta dħalt fl-uffiċċju kien hemm il-Byelaw tar-Riklamar. Biex tagħmel riklam fil-Belt ridt permess tal-kunsill lokali, madankollu l-qligħ minn dan kien żgħir wisq. Allura li għamilt biex indaħħal iżjed qligħ għal iżjed proġetti fil- lokalità, huwa li niddjalogaw mal-imsieħba soċjali tal-Belt pereżempju negozji, lukandi, li jikkommettu lura u jagħtu 'l-komunità. Introduċejna l-inizjattiva tal-Eco Valletta. Prattikament inizjattiva fejn in- negozji jagħtu lura 'l-Belt siġar taż-żebbuġ li żrajna fi ġnien Hastings li diġa' żrajna ma' 80 siġra madwar il-Belt. Eżempju ieħor tal-Kameras tal-IA, kontra l-abbuż u min jarmi l-iskart. Sistema li tiffaċilita l-affarijiet, tgħaqqad l-ilment u l-abbuż li jkun sar awtomatikament. Din il-kamera hija l-ewwel waħda u bħalha s'issa għadek ma ssibx ... u beħsiebna nżidu minnhom imma jiswew il-flus. Jista' jkun hemm xi ħaġa li lukandi u stabbilimenti jagħtu xi ħaġa żgħira bilfors u dik ix-xi ħaġa żgħira tmur għall-kunsill? Pereżempju Ruma, Pariġi, dejjem ikollhom kontribuzzjoni għall-gvern lokali. Tkun xi ħaġa tajba. Jersqu negozji fil-Belt. Jiddjalogaw magħna, jgħidulna li jkunu jridu jagħtu din il-kontribuzzjoni. Din xi ħaġa li niżżiltha fil- proposta tal-muniċipalità, illi min jopera fil-Belt ikun jista' jikkontribwixxi lura. Dan is- sentiment hemm qiegħed, jiġifieri jiġu għandna u jgħinuna "x'nista' nagħmel għal komunità?". Imma s-sistema kif qiegħda jkunu jridu jagħmlu l-proġett u m'hemmx dħul ieħor. Xi ħaġa li trid tkun strutturata. Jekk hemm 240 stabbiliment il-Belt u jroddu lill-kunsill, 2% jew 5% tal-introjtu tagħhom, ma tkunx aktar kuntent? Nassigurak li taħdem, għax jiġu lejna u jgħidulna biex jagħtu. In-negozji li hemm il-Belt iħobbu l-Belt u jirrispettawha, apparti erba' li jkunu jridu jabbużaw. Il-problema tal- istabbilimenti fit-triq tispikka fil-Belt. Il-fatt li t-toroq bħal Triq Merkanti huma miżgħuda bi mwejjed flimkien ma' doża qawwija ta' storbju qed itellfu mill- awtentiċità. X'inhi l-kawża ta' din il-problema? Ara, importanti ma niġġenaralizzawx. Kif għedtlek qabel. Dawn tgħoddhom fuq idejk. Jiġifieri min jabbuża, vera ftit hemm. L-imwejjed u s-siġġijiet — semmejt Strada Merkanti fejn ma rridux ninsew li bħalissa qed isir xogħol fit-triq u allura t-triq ġiet awtomatikament ġiet tidher daqs nofsha. M'iniex niġġustifika jekk ikunx hemm abbuż. Rigward l-ilmenti li jidħlu fuq l-istorbju, ħafna jidħlu billejl mhux waranofsinhar biex inkunu skjetti. Qabelxejn, aħna nagħmlu djalogu ma' negozji fil- Belt, hu min hu, biex jirrispetta r-residenti u l-ambjent li jaħdem fih. L-infurzar, mhux f 'idejn il-kunsill lokali. Il-kunsill, ma jagħtix multa imma li jista' kif jirċievi l-ilment jgħaddih mill- ewwel lill-pulizija. Aħna nsibu appoġġ totali mill-pulizija, jiġifieri għandna kuntatt sa filgħaxija. L-infurzar isir u jmorru u jkellmuhom biex jieqfu. Imma jkun hemm min jabbuża, it-tieni, it-tielet darba. Imbagħad jitieħdu passi kontrihom. Jekk nieħdu l-każ tal-imwejjed u s-siġġijiet, inti għandek l-infurzar li ġej mill- Awtorità tal-Artijiet, mill- Awtorità tat-Turiżmu Maltija, mill-Pulizija li l-liġi tgħidlek li anke biex imorru kollha fuq il-post iridu jmorru kollha flimkien. Kieku kellek issemmi kemm ilek sinkdu x'inhuma tliet kisbiet partikolari li tħoss li int kburi li wasaltu biex ittellgħuhom għad- diskussjoni, xi jkunu? Bħala kunsill aħna din il- leġiżlatura tajna prijorità lill- komunità. L-ewwel ħaġa li għamilt hija l-ewwel day centre, bdejna fuq ġurnata u llum sar popolari ħafna u għamilnieh fuq it-tieni ġurnata wkoll. Inizjattiva oħra għal qalbi hija l-Homework Help, fejn flimkien mal-FSWS hemm tim ta' għalliema fuq shift li t-Tnejn u l-Ħamis, ir- residenti jġibu t-tfal tagħhom ġewwa l-kunsill u jagħmlu l-homework hemmhekk b'xejn. Hemm inizjattiva wkoll fejn jekk ikollhom problema bit- teknoloġija, iċemplu numru, jissewwa bla ħlas u jingħata lura l-iskola. Pereżempju n-negozji, hemm ċinema l-Belt, għamilna Memorandum of Understanding li tgħid li tfal Beltin jistgħu jaraw ċinema kemm iridu u meta jridu b'xejn fil-Belt. intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 07 "Aħna nagħmlu djalogu ma' negozji fil-Belt, hu min hu, biex jirrispetta r-residenti u l-ambjent li jaħdem fih. L-infurzar, mhux f ' idejn il-kunsill lokali." proposta li l-Belt Valletta muniċipalità, bi status speċjali' Olaf McKay, sindku tal-Belt Valletta, jgħid li l-kunsill f 'din il-leġiżlatura ta prijorità lill-komunità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025