Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184
opinjoni illum • IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 09 Membru tal-Parlament Ewropew għall-Partit Nazzjonalista PETER AGIUS H ekk kif qed tagħlaq is-sena, ħafna jħarsu lura lejn dak li għamil- na tul l-aħħar 12-il-xa- har, nitgħallmu mill-iżbalji, nissaħħu bit-tajjeb li għamilna. Għalija din kienet l-ewwel sena sħiħa tiegħi bħala MEP għal Malta u Għawdex. Għalhekk xtaqt naqsam magħkom rendikont tal-ħidma tiegħi favur il-familji Maltin u Għawdxin. Kienet sena fejn għamilt sforz qawwi biex nidentifikaw il- bżonn ta' Malta f 'dak li tiddeċiedi l-Ewropa u naġixxu fuq dan il-bżonn biex inwasslu riżultati konkreti favur il-familji. Aktar opportunitajiet għan- negozji L-ewwel tema li ħdimt fuqha kienet favur aktar trasparenza u opportunitajiet għan-negozji Maltin li jieħdu xogħol tal-gvern u entitajiet pubbliċi — għal dan li għan ressaqt emendi li jitolbu li l-Gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi jkunu obbligati jagħtu raġuni meta jużaw direct orders mingħajr pubblikazzjoni b'mod li kumpaniji oħra li jridu joffru s-servizzi tagħhom ikunu jafu b'dawn ix-xogħlijiet għall-gvern. Dawn l-emendi ġew appoġġjati minn sħabi l-MEPs b'maġġoranza qawwija u s-sena d-dieħla mistennija jidħlu fil-liġi l-ġdida tal-public procurement. Kellna wkoll negozjati biex intaffu l-piżijiet tan-negozji fuq rapportaġġ u due diligence kif ukoll it-taxxi marbuta mal- importazzjoni ta' materjali inkluż il-ħadid u s-siment u l-prodotti tal-karta u mis-siġar. Fuq dawn kollha imbuttajt biex inħaffu l-piż fuq in-negozjanti speċjalment dawk żgħar u medji. Hemm bżonn inżommu dejjem f 'rasna li n-negozju joħloq ix-xogħol u jdawwar ir-rota ekonomika. Għawdex dejjem f 'qalbi Tema oħra fundamentali għalija hija Għawdex u l-konnettivita — irrid li Għawdex igawdi bis-sħiħ mill-Ewropa u għalhekk tlabt rapport dettaljat kif Għawdex jista' juża l-fondi Ewropej għal vapuri ġodda sbieħ u effiċjenti. Ir-rapport ippubblikajtu u tellajna wkoll konferenza nazzjonali f 'Għawdex li wriet ċar kristall li hemm il- fondi u nistgħu nużawhom favur Għawdex u l-Għawdxin. Issa nittama li l-gvern jikkopera f 'dan u juża dawn il-fondi. Tul din is-sena rajt ukoll li l-Għawdxin u Għawdex ikollom post ċentrali fil-politika tagħna fi Brussell. Għalhekk, pereżempju, ressaqt emendi fil-qasam tal- biedja fejn enfasizzajt il-bżonnijiet u l-isfidi tal-agrikoltura fil-gżejjer. Rajt ukoll li f 'dak kollu li nagħmel niaħ opportunitajiet għall- Għawdxin bħal fil-każ tal-istudy visits fejn kellna xejn anqas minn ħames żgħażagħ Għawdxin jipparteċipaw fix-xogħol tiegħi fi Brussell. Bieb miftuħ ta' opportunitajiet għaż- żgħażagħ Wegħda importanti għalija fil-fatt kienet li rrid niaħ il- bibien tal-opportunitajiet għaż- żgħażagħ Maltin bl-Ewropa. Dan qed nagħmlu f 'kull okkażjoni li tiġi, mhux biss billi ngħin żgħażagħ b'mod dirett iżda anke billi nedejt programm ta' study visits fejn xejn anqas minn 36 student Malti u Għawdxi kellhom esperjenza diretta tal-ħidma tal- Parlament Ewropew fl-uffiċċju tiegħi fi Brussell. Minbarra dan organizzajna bħal Parlament Ewropew taż-żgħażagħ fejn ġbart ħames MEPs oħra u kellna simulazzjoni ta' negozjati mmexxija miż- żgħażagħ infushom. Nadattaw dejjem l-Ewropa għall-bżonn ta' Malta Fix-xogħol kollu tiegħi bħala MEP għal Malta u Għawdex rajt li nadattaw dejjem id-diskors u l-azzjoni tal-Ewropa għall-bżonn ta' Malta u l-Maltin. Dan kelli ħjiel tal-bżonn tiegħu qabel ma kont MEP minħabba l-esperjenza tiegħi fl-istituzzjonijiet. Issa bħala MEP qed nara kemm dan huwa assolutament fundamentali. L-Ewropa ħa timxi dejjem — u mhux bilfors se tagħti każ il-bżonn speċifiku ta' Malta. Għalhekk irridu nkunu aħna li niġbdu l-attenzjoni li d-deċiżjoni trid tqis il-bżonn tal-Maltin, inkella ma tkun tajba xejn. Dan issa nista' nagħmlu bi dritt u b'qawwa fix-xogħol tiegħi fi Brussell. Qed nagħmlu fid-difiża, fejn irridu niġbdu l-attenzjoni tal- Ewropea li hemm pajjiżi newtrali li ma jridux jipparteċipaw f 'inizjattivi militari. Qed nagħmlu fuq l-abort, fejn kelli nieqaf għal inizjattivi Ewropej li jridu jimponu l-abort fuq il-pajjiżi meta dan għandhom jiddeċiduh il-pajjiżi. Qed nagħmlu fuq il-liġijiet tal- klima u t-trasport, fejn irridu ninsistu li l-piżijiet tat-taxxi fuq l-emissjonijiet irid jinqasmu b'mod ekwu — b'mod li ma jippenalizzawx gżejjer bħal Malta. Qed nadatta l-Ewropa wkoll fil-qasam tas-saħħa fejn ressaqt emendi għal liġijiet tal-mediċini li rnexxielna ndaħħlu fin-negozjati u mistennija jtejbu qatigħ id- disponibbiltà u l-prezzijiet tal- mediċini f 'pajjiżna. Tellajt il-vuċi tiegħek li fittixtni fl-Ewropa Minbarra li biddilt il-liġijiet Ewropej biex jaqduna aħjar qed nara wkoll li min ifittixni nara nistax ngħinu u jekk hemm bżonn intella' wkoll il-vuċi tiegħu fl-Ewropa. Dan qed nagħmlu kważi kull ġimgħa bi kwistjonijiet differenti. Mill-kwistjoni tal-inċineratur u l-inkwiet tar-residenti li tellajt għand il-Kummissarju Ewropea Jessika Roswall, sal-kwistjoni tad-Drenaġġ fil-Baħar u n-Noise Pollution li tellajt quddiem il-Parlament Ewropew b'mod dirett fejn ir-residenti jkollhom vuċi diretta u jiġu jispjegaw il-problema huma stess fil- Parlament Ewropew. Nemmen ħafna f 'din id-demokrazija parteċipattiva u qed nara li nimbuttaha b'kull kif. Għamilt dan ukoll billi nnominajt lil bidwi żagħżugħ Ryan Portelli u l-Inġinier Chris Ciantar għal premju tal-Young Farmers Ewropej li huma rebħu bil- proġett Syneco. Din kienet okkażjoni oħra li saret possibbli biss permezz tal-inizjattiva li ħadna fejn rajna opportunità u ħtafnieha għal Malta. Kien hemm diversi kwistjonijiet oħra Maltin li tellajna fi Brussell. Fost dawn hemm id-delizzjoni tal-karozzi klassiċi u l-bżonn li r-regoli ġodda tal-VRT ma jheddux dan id-delizzju sabiħ. Tkellimt ukoll fuq l-energy drinks li l-konsum tagħhom mit-tfal qed jinkwieta lil ħafna ġenituri. Tkellimtu u organizzajt żewġ inizjattivi Ewropej fuq Dijabete u d-diżabilitajiet inkluż diffikultajiet fit-tagħlim bħalma huma l-ADHD u l-awtiżmu. Grazzi għall-appoġġ tiegħek Bl-appoġġ tiegħek li qed taqra u li tibgħatli u tikkummenta fuq il-mezzi se nagħmel ħilti kollha biex inkompli dan ir-ritmu qawwi ta' ħidma għal Malta u Għawdex anke fis-sena li ġejja. Qed nagħmel dan għax jiena grat għall-appoġġ li tajtuni biex inkun nista' nirrappreżentakom fl-Ewropa u rrid irrodd lura dak l-appoġġ b'riżultati konkreti. Issa li ġejjin il-festi se niċċarġjaw it il-batterija billi nqattgħu it ħin ta' mistrieħ mal- familja. Nawgura lilek ukoll u lill-għeżież tiegħek it mistrieħ u nawguralek ukoll il-paċi u l-hena li jġib il-Milied qaddis. Sena ta' kisbiet għal Malta fil-Parlament Ewropew "Tlabt rapport dettaljat kif Għawdex jista' juża l-fondi Ewropej għal vapuri ġodda sbieħ u effiċjenti"

