MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 992 €1.50 IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 NAWGURAW LILL-QARREJJA TAGĦNA Il-Milied it-Tajjeb PAĠNA 4 INKJESTA MAĠISTERJALI SERJISSIMA DWAR JASON AZZOPARDI GĦADHA MIFTUĦA U QIEGĦDA QUDDIEM L-AĠ Filwaqt li eks deputat Nazzjonalista - li kien ukoll Segretarju Parlamentari responsabbli mil-Lands fil- gvern ta' Lawrence Gonzi - qed jattakka lill-Ministru Roderick Galdes, li qiegħed appik li jitkeċċa minn ministru, l-Avukat Ġenerali għandha quddiemha inkjesta miuħa u serja kontra Jason Azzopardi. L-inkjesta nfetħet wara rapport li kien sar dwar is-sehem ta' Jason Azzopardi rigward plottijiet f 'Raħal il-Ġdid. L-inkjesta kienet infetħet quddiem il-Maġistrat Monica Vella. Liema inkjesta baqgħet miuħa u bir-riforma l-ġdida fl-inkjesti marret għand l-Avukat Ġenerali biex tiddeċiedi jekk l-inkjesta miuħa tiġi assenjata lil maġistrat ieħor, tgħaddi għand il-pulizija jew inkella tingħalaq. Li huwa ċert li l-akkużi li waslu għall-inkjesta huma serjissimi u dan jafu Jason Azzopardi. Azzopardi bħal f 'ħafna episodji, jippreżenta lilu nnifsu bħala xi paladin tas-sewwa meta infatti l-istorja tiegħu hija ġrajja ta' ipokrezija u double standards. Filwaqt li l-istejjer ta' Roderick Galdes huma veritieri u serji wkoll, il-problema tal-kritika hi li ġejjin minn persuna li aħjar toqgħod kwieta u ma tgħid xejn. Azzopardi meta attakka lil Galdes dwar id-dikjarazzjonijiet tiegħu nesa x'għamel meta ħeba l-flus li kellu meta kien qed jissepera minn mal-mara. Storja li anki kixfet li kellu mijiet ta' eluf fil-bank meta kien qed jistqarr li kien jiddependi biss fuq dħul minimu. Fi ħdan il-Partit Nazzjonalista reġa' hemm dwejjaq li l-ġlieda politika fuq Roderick Galdes tittieħed minn Jason Azzopardi u l-argumenti politiċi jiddgħajfu minħabba n-nuqqas ta' kredibbiltà tal-Eks Deputat Nazzjonalista. ARA EDITORJAL PAĠNA 11 Ir-rabja lejn l-Awtorità tal- Ippjanar għal deċiżjonijiet kontroversjali l-Awtorità tal-Ippjanar kompliet bil-missjoni tagħha li toħroġ permessi għal proġetti kontroversjali. Dan joħroġ ċar minn numru ta' permessi li jinjoraw kompletament l-interessi tal-komunitajiet u jagħtu kas biss l-interess tal- iżviluppatur. F'kull sondaġġ, it-tħassib ewlieni fost il-pubbliku huwa dwar il-kostruzzjoni u l-ambjent Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-ġlieda politika dwar il-każ Roderick Galdes tittieħed minn Jason Azzopardi "Waqt li Azzopardi jattakka lil Galdes"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025