Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274
13 arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti RIDT u Festivals Malta jħabbru kollaborazzjoni Il-Kunċert tal-Milied fir-Rotunda tal-Mosta mingħand LIBERA: The Gift of Song Din il-kollaborazzjoni ssegwi s-suċċess miksub fil-ftuħ tal-Malta Jazz Festival 2025 B'kollox inġabru €11,000 b'risq Id-Dar tal-Providenza Ir-Research, Innovation and Development Trust tal-Università ta' Malta (RIDT) u Festivals Malta ħabbru kollaborazzjoni li se tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ entitajiet. Din il-kollaborazzjoni ssegwi s-suċċess miksub fil-uħ tal-Malta Jazz Festival 2025, u tfisser li wħud mill-avvenimenti ewlenin ta' Festivals Malta se jkollhom avvenimenti sekondarji li jsiru fl-Università ta' Malta, kemm fil-kampus ewlieni ta' Tal-Qroqq, kif ukoll fil-Kampus tal- Belt Valletta. RIDT se tingħata wkoll l-opportunità li tkun preżenti waqt l-avvenimenti ta' Festivals Malta sabiex tippromovi l-finanzjament tar-riċerka fl-Università ta' Malta u tiġbor fondi għall-istess għan. Wilfred Kenely, CEO ta' RIDT, qal li "din il-kollaborazzjoni hija inizjattiva pożittiva ħafna li se tippermetti lil RIDT tkun aktar preżenti waqt avvenimenti li jiġbdu l-attenzjoni ta' nies li jattendu avvenimenti kulturali u li għandhom passjoni għall-arti. Parti mill-missjoni ta' RIDT hija li tippopolarizza u xxerred proġetti ta' riċerka li joħorġu mill-Università ta' Malta. Aħna grati ħafna għal din l-opportunità." Frans Agius, CEO ta' Festivals Malta, ikkummenta wkoll dwar din il- kollaborazzjoni u qal: "B'sodisfazzjon kbir li Festivals Malta għandha l-opportunità li tikkollabora ma' RIDT. Aħna nemmnu li inizjattivi bħal dawn jiffurmaw parti essenzjali mir- responsabbiltà soċjali korporattiva tagħna, u jikkontribwixxu għal titjib fil-livell tal-għejxien f 'pajjiżna. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma fundamentali biex tinħoloq kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd. L-iskop tal-arti u l-kreattività jallinja mill- qrib ma' din il-viżjoni, u aħna kburin li naħdmu ma' RIDT fl-Università ta' Malta biex nappoġġjaw il-benesseri tal-poplu tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri. Permezz ta' din is-sħubija, qed inwasslu wkoll messaġġ importanti: li l-arti u l-kultura jħallu wirt dejjiemi ta' benesseri u għandhom rwol vitali fl- iżvilupp tal-umanità." Din il-kollaborazzjoni se testendi tul is-sena 2026 u se tinkludi l-Valletta Baroque Festival, il-Karnival, Mużika Mużika, Festgħana, u l-Malta Jazz Festival. Il-kunċert tant mistenni rriżulta f 'esperjenza tassew memorabbli u straordinarja. Il-vuċijiet anġeliċi u ċelestjali tal-kor tas- subien LIBERA mlew ir-Rotunda maġika tal-Mosta b'mużika paċifika u serħan il-moħħ. Udjenza numeruża mliet kull rokna tal-Bażilika, u għexet bis-sħiħ l-ispirtu tal-Milied, filwaqt li esprimiet bosta drabi l-apprezzament tagħha b'applaws fit-tul wara kull esebizzjoni. Ir- repertorju inkluda, fost oħrajn, Ding Dong Merrily on High, I Saw ree Ships Come Sailing In u Ave Maria. Fl-indirizz tiegħu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnota li l-għanjiet imwettqa minn LIBERA, flimkien mal-mużika orkestrali ta' akkumpanjament, ressqu lil dawk kollha preżenti eqreb lejn il-Mulej u lejn it-tifsira vera tal-Milied, dik tat-tama u l-paċi. L-Arċipriet tal-Parroċċa tal- Mosta, Dun Sebastjan Caruana, ikkummenta li l-Fondazzjoni kienet kuntenta ħafna li tilqa' lil LIBERA fir-Rotunda tal-Mosta, peress li l-kunċert ippermetta lill-komunità taqsam il-ferħ tal- Milied u għen biex in-nies jinġabru flimkien. Il-Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni Rotunda tal-Mosta, is-Sur Giovanni Chetcuti, esprima r-ringrazzjament tiegħu lil dawk kollha li kkontribwew għas-suċċess ta' dan l-avveniment, fosthom l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-kollaboraturi, il-ħaddiema, u l-voluntiera. Huwa nnota li dan il- kunċert tal-Milied immarka r-raba' sena konsekuttiva li l-Fondazzjoni organizzat avveniment bħal dan, bl-għan li tkompli tospita inizjattivi kulturali li jiġbdu numru kbir ta' viżitaturi lejn ir- Rotunda tal-Mosta. Huwa ħabbar ukoll li dawn l-isforzi qed jiġu rikonoxxuti, hekk kif ir-Rotunda tal-Mosta riċentement ingħatat iċ-Ċertifikat tas-Siġill ta' Kwalità Assigurata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, is-Sur Carlo Micallef, li huwa wkoll mill-Mosta, qal li jinsab kburi li raħal twelidu, permezz tal-Fondazzjoni Rotunda tal-Mosta, laħaq standards daqshekk għoljin u jkompli jorganizza avvenimenti prestiġjużi bħall-kunċert ta' LIBERA, wirja eċċezzjonali li bla dubju messet il- qlub ta' dawk kollha preżenti. Sorpriża pjaċevoli kienet tistenna lill-udjenza lejn l-aħħar nett, meta l-kor tas-subien LIBERA interpreta b'mod perfett il-kant popolari Malti "Ninni la tibkix iżjed". L-udjenza reattiva u mimlija ferħ ippremjat iż-żewġ serati b'applaws wieqaf. B'kollox inġabru €11,000 b'risq Id-Dar tal-Providenza matul iż-żewġ serati. Il-Fondazzjoni Rotunda tal-Mosta tesprimi r-ringrazzjament sinċier tagħha lil dawk kollha li kkontribwew għal din il-kawża nobbli. Il-kunċert ġie organizzat mill- Fondazzjoni Rotunda tal-Mosta f 'kollaborazzjoni ma' Visit Malta.

