Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365
"B'dan l-att ma ġewx salvagwardjati sempliċement għaqdiet mużikali … iżda ġiet imħarsa l-kultura, id-drawwiet, u t-tradizzjonijiet Maltin." opinjoni illum • IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 09 Opinjonista NIGEL VELLA N ista' nitkellem minn esperjenza personali u, għalkemm nifhem li xorta waħda se jkun hemm min jgħid li jiena żbilanċjat għax attivist għal ħafna snin tal-Partit Laburista, qed nikteb bħala persuna li ilni attiv fil-komunità tiegħi tal-Ħamrun għal aktar minn 20 sena u, għal daqstant żmien, apparti li kont attiv fil-Partit Laburista, kont u għadni attiv f 'organizzazzjonijiet volontarji. Il-qasam tal-kultura huwa qasam għal qalbi ħafna. Tista' tgħid li trabbejt u kont espost għalih minn meta kont tifel. Bħala President ta' każin tal-banda, l-ikbar inkwiet li kelli – li kellna bħala għaqda – kien meta sfajna fir-riskju li nispiċċaw barra fit-triq mingħajr ma jkollna post fejn niltaqgħu, fejn idoqq il-banda, fejn jitgħallmu mingħajr ħlas tant żgħażagħ u tfal il-mużika u, fuq kollox, bżajna li l-Każin kien jispiċċa milli jkun mekka soċjali importanti fil-Ħamrun. Għalhekk kien nifs qawwi ħafna l-azzjoni li ħa l-Gvern li xtara każini bħal tagħna. B'dan l-att ma ġewx salvagwardjati sempliċement għaqdiet mużikali bħal tagħna (San Gejtanu, il-Ħamrun) b'mod individwali, iżda – jiena ngħid – ġiet imħarsa l-kultura, id- drawwiet, u t-tradizzjonijiet Maltin. Illum, mijiet ta' volontiera għandhom moħħhom mistrieħ li l-għaqda mużikali li wirtu minn missirijiethom, illum u għada hija protetta u mhux se tintilef. L-investiment fix-xiri tal- każini laħaq it-30 miljun ewro. Iżda dan ma kienx biżżejjed. Dawk l-għaqdiet li jridu jieħdu self mill-banek għal raġunijiet diversi sabu wkoll l-ispalla tal-Gvern permezz ta' skema apposta li kellha l-ħsieb li tgħin fl-operat tal-għaqdiet tal-banda u biex isir it-tisħiħ tal-infrastruttura tagħhom. Irrid insemmi li l-investiment fl-għaqdiet ma kienx sempliċement bix-xiri tal-każini jew l-għajnuna fuq is-self, iżda wkoll isir sena wara sena investiment qawwi permezz ta' numru ta' fondi bla preċedent li, permezz tagħhom, numru ta' għaqdiet – mhux biss dawk tal-banda – ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin. Insemmi wkoll li, f 'dak li għandu x'jaqsam il-kultura, tingħata ħafna għajnuna lill- artisti u anke sabiex jittellgħu attivitajiet kulturali ta' livell. Mill-għaqdiet sal-Kunsilli Lokali La qed insemmi lill- komunitajiet u l-għaqdiet, ma nistax ma nsemmix l-irwol importanti tal-Kunsilli Lokali. Illum dawn il-kunsilli jafu li hemm gvern li l-proġetti l-kbar ma jitfagħhomx fuqhom b'tali mod li jkollhom jidħlu għal djun kbar li, effettivament, jispiċċa jwassal biex ikun diffiċli biex joperaw. Qed nara kunsilli eqreb tal-komunità permezz ta' numru ta' attivitajiet, fosthom 'Minn Pjazza għall-Pjazza', l-estensjoni ta' numru ta' servizzi fuq bażi komunitarja – fosthom servizzi f 'dik li hi saħħa mentali – u anke diversi kampanji edukattivi xprunati mill-kunsilli bl-appoġġ u s-sostenn ta' numru ta' entitajiet tal-Gvern. Qed nieħu pjaċir nara wkoll il-kunsilli lokali voċiferi, fejn ma jiddejqux iwasslu l-ħsibijiet tal-komunità tagħhom mingħajr biża', ladarba dawn il-ħsibijiet ikunu xprunati mir- raġuni u l-ġid komuni. Irrid inwassal ir- ringrazzjament lill-Ministru Owen Bonnici, li jmexxi dan is-settur li fih numru ta' sfidi, u lis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, li hija ta' spalla għall-Ministru Bonnici fil-Kunsilli Lokali. Għal sena oħra qrib il-komunitajiet L-investiment fix-xiri tal-każini laħaq it-30 miljun ewro

