MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum ILENIA DEBONO Sreejith Sreenivasan, raġel Indjan li jgħix Malta, għadu kif fetaħ il-ħanut tiegħu Bakery Junction ġewwa l-Imsida u fih ibigħ ikel u ħelu Indjan lest biex tieklu dak il- ħin stess. Din il-gazzetta poġġiet ma' Sreenivasan sabiex titkellem fuq il-vjaġġ tal-Bakery Junction. Huwa qasam qalbu hekk kif qalilna li l-idea ta' dan il-ħanut f 'Malta ġie minn post personali ħafna. "Innutajt li hawn vojt fix-xena lokali tal-ikel," hu qal waqt li rrakkonta li waqt it- tfulija tiegħu fl-Indja, dawn it-tip ta' ħwienet kienu parti kbira mix-xena tal-ikel, postijiet fejn nies jiġu sabiex jieħdu kikkra te, forsi xi ħaġa żgħira tal-ħelu u jitkellmu. Kultura ta' ikel simili li ħafna jiakru f 'Malta, li tiltaqa' ma' xi ħadd fil-ħanut tat-te jew għand tal-pastizzi biex taqbad xi diskursata taħraq. Sreenivasan qal li meta ġie Malta induna li l-pajjiż għandu kultura tal- ikel inkredibbli, imma it ħwienet li joffru ikel Indjan kemm taqbad u tieklu. "Ħassejt opportunità fejn stajt nintroduċi xi ħaġa ġdida filwaqt li nirrispetta u namalgamaha mat- tradizzjonijiet kulinarji b'saħħithom Maltin." Hu qal li mill-bidu l-komunità irreaġixxiet b'mod pożittiv għall- ħanut, kemm mill-komunità Indjana f 'Malta, kif ukoll mill-Maltin. Spjega li kienu ħafna li daħlu inċerti x'se jsibu fil-ħanut imma ħarġu kuntenti ħafna. Tant kemm kien hemm rispons pożittiv li l-ikbar riklam tal- ħanut huwa proprju bil-fomm ta' klijenti kuntenti. Bis-saħħa ta' dan, hu qal li l-ħanut f 'inqas minn sena diġà rnexxielu jibni pedament ta' klijenti leali. Fost l-ikel kollu li jbigħ il-ħanut, dawk tal-għaġina sfiljurata (puff pastry) huma l-iżjed popolari mal-Maltin, hekk kif huma simili għall-pastizzi, kemm bħala forma u kunċett, imma b'togħmiet Indjani li jħeġġu lil dak li jkun jipprova xi ħaġa tradizzjonali b'togħma ġdida. Riżultat ta' dan, Sreenivasan qal li jkun kuntent jekk jara iżjed ħwienet ta' din ix-xorta jiħu li jkomplu jżewqu l-kultura gastronomika lokali. Sreenivasan qal li hu affaċċja numru ta' ostakli waqt li kien qed jiaħ il-ħanut tiegħu pereżempju problemi sabiex jiem ir- regolamenti lokali fil-qasam tan- negozji u standards ta' ikel f 'Malta. "Kien hemm mumenti fejn bħala xi ħadd minn sfond kulturali differenti sibtha diffiċli biex innibbet fiduċja," huwa stqarr. Problemi li hu affaċċjahom bis-saħħa tal- konsistenza, tar-rispett u tal-kwalità. "Malta dejjem idejha miuħa imma l-paċenzja u l-persistenza huma essenzjali." Problema oħra li qal li jaffaċċja wara li n-negozju ġie stabbilit hija li ċerti ingredjenti Indjani awtentiċi mhumiex faċli li ssib Malta, allura jkollu jirrekori għal ċerti importaturi li jispeċjalizzaw fi ħwawar u prodotti flimkien ma' ingredjenti lokali ta' kwalità għolja. Sreenivasan għalaq billi qal li jemmen li dan il-ħanut se jservi ta' pont bejn il-kultura u l-komunità Maltija u Indjana hekk kif fil-ħanut qed ikun hemm skambju ta' kultura naturali. "Klijenti ħafna mid- drabi jistaqsu fuq l-oriġini tal-ikel, imbagħad jaqsmu t-tradizzjonijiet kulinarji tagħhom fejn fl-aħħar isiru konverżazzjonijiet lil hinn mill-ikel," spjega Sreenivasan. L-integrazzjoni ta' żewġ kulturi: L-ewwel ħanut Indjan tax-xorta tiegħu f'Malta Is-Sindku tal-Birgu jgħid lil Roderick Galdes kien avżah li l-binja se tiġġarraf Sreejith Sreenivasan, il-proprjetarju ta' Bakery Junction ILENIA DEBONO Nhar l-Erbgħa lejlet l-ewwel tas- sena sfrondat binja tal-Awtorità tal-Ippjanar fi Triq L-Antika l-Birgu. Is-Sibt filgħodu ġew żvelati emails kemm mingħand il-kunsill lokali kif ukoll mingħand residenti mħassba lill-Ministru sabiex isir xi ħaġa fuq din il-binja. F'kumment esklussiv ma' din il-gazzetta, is-Sindku Laburista tal-Birgu John Boxall qal li din is-sitwazzjoni kienet ilha ġejja, minn żmien amministrazzjoni Nazzjonalista fejn il-kunsill kien wissihom ukoll. "Fortunatament ma weġga' ħadd. Kieku waqgħet il-faċċata kollha kienet tkun storja oħra," saħaq Boxall hekk kif irrimarka li l-ħtiġijiet tar-residenti tal-Birgu qed jaqgħu fuq widnejn torox. L-ewwel komunikat sar mis- Sindku Boxall li bagħat email f 'Lulju tal-2023 fejn fakkar lill- Ministru fuq il-konferenza stampa li kien għamel fejn wiegħed li se jirrestawra t-tali binja u talbu sabiex iżomm kelmtu. F'Ġunju tal-2024, numru ta' residenti bagħtu email lill- ministru kif ukoll tkellmu ma' uffiċjali tal-ministeru, tal-awtorità u anke ma' nies tad-Dipartiment tal-Health and Safety. Dawn ir- residenti nnutaw li ġebel kien qed jaqa' minn dan id-dar, u anke ilma dieħel fi djar oħra minħabba l-problemi li qed tikkawża l-istruttura mkissra. "Li ġara llum matul il-lejl, kienet xorti tajba li ma mitux nies," kiteb Boxall lil Galdes f 'lejlet l-Ewwel tas-Sena flimkien ma' ritratti tal- binja mwaqqgħa. Fi stqarrija maħruġa is-Sibt wara nofsinhar, il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabli ċaħad l-allegazzjonijiet li saru mill-Oppożizzjoni u dak li qalu r-residenti mal-midja. Il- Ministeru qal li ttieħdu miżuri preventivi bħall-installazzjoni ta' scaffolding mal-faċċata tal-binja li kienu kruċjali sabiex ma jkunx hemm iżjed aċċidenti. Il-Ministeru saħaq li bħalissa għaddejja investigazzjoni interna wara l-kawża tal-inċident fejn ċediet l-apramorta. L-istqarrija qalet li kien hemm interventi immedjati fuq il-post tal-inċident. L-istess ministeru qal li din il- binja ilha snin twal inabitabbli u li issa qed titieħed azzjoni konkreta. Kien f 'Settembru tal-2024 fejn Galdes wieġeb waħda mill-emails tar-residenti fejn qal li l-Awtorità tad-Djar hija infurmata u għamlet l-ispezzjonijiet meħtieġa. "Kif diġà mħabbar, il-proġett maħsub qiegħed fil-proċess tal-ippjanar biex jinbeda x-xogħol meħtieġ," ikkjarifika Galdes. Ir-resident li kien qed jitkellem ma' Galdes u li żvela l-aħbar mal- media Maltija saħaq li hu diġà kkumissjona żewġ bennejja minn flusu li qalulu li l-binja qiegħda f 'riskju serju li tiġġarraf u fil-fatt diġà waqa' biċċa minn ħajt. Kien hemm applikazzjoni minn kumpanija responsabbli mill-bini ta' proġett ta' akkomodazzjoni soċjali (mal-PA fuq dan is-sit sabiex din il-binja tinbidel fi tliet appartamenti b'kamra tas-sodda f 'waħda fl-2014. Il-permess ġie mogħti b'data ta' skadenza sal- 2020, u ma ġara xejn sal-2020. Għalhekk fl-2019 ġie sottomess applikazzjoni sabiex jiġġedded il- permess tal-aħħar, li ġie approvat ukoll. Madankollu, fl-2023 ġiet sottomessa applikazzjoni sabiex din il-binja titkisser, tiġi rrestawrata l-faċċata u l-bini tal- appartamenti, applikazzjoni li ġiet irtirata qabel ma rat id-dawl tax- xemx. Bir-residenti u l-kunsill lokali rrabjati, il-ministeru għadu ma tkellimx fuq din il-biċċa. Binja fil-Birgu taqa' wara snin ta' twissija mill-Kunsill Lokali, emails mingħand is-Sindku jixhdu li Galdes m'għamel xejn Il-binja fi Triq L-Antika l-Birgu sfrondat lejlet l-ewwel tas-sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026