Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F il-ħemda tal-lejl, forzi speċjali Amerikani attakkaw u ħatfu l-President ta' pajjiż sovran. Minkejja li Nicolas Maduro, il-President tal-Venezwela qatt ma kellu l-appoġġ universali, la f 'pajjiżu u lanqas fid-dinja, l-indħil militari ta' Donald Trump huwa inkwetanti. U jkompli jikkonferma l-politika faxxista li qed jimponi l-Gvern Amerikan immexxi minn Trump fuq il-kumplament tad-dinja. Min jippruvah ipinġih ta' xi paċifista naħsbu li għadu ma fehem xejn it-tifsira tal-paċi. Trump iddeċieda biex jinjora l-liġi internazzjonali billi ħataf il-koppja Maduro. Dan issa se jitressaq fuq akkużi ta' traffikar ta' droga, u dan fl-istess nifs li Donald J Trump ħafer lill-Eks President tal-Honduras li kien fil-ħabs fl-Istati Uniti fuq akkużi ta' traffikar ta' droga minn pajjiżu għall-Istati Uniti. Il-liġi skont Trump tikser kull forma ta' rispett għal-liġi internazzjonali. Bdiet billi l-Istati Uniti ħadu l-liġi f 'idejhom u splodew dgħajjes f 'ibħra internazzjonali għax allegatament kienu qed jittraffikaw id-droga. Li tidħol ġo pajjiż u taħtaf kap politiku hija xi ħaġa li mhix aċċettabbli. Stennew li jkollna reazzjoni akka mill-Unjoni Ewropea u wisq aktar mill-Gvern Malti li sa it ilu stqarr li se jipproponi l-Premju għall-Paċi għal Donald J Trump. L-aggressjoni Amerikana twassalna nistaqsu: Liema pajjiż huwa ħieles mit-tirannija u l-politika tal-Gvern Amerikan? Trump, deskritt bħala erratiku u inkonsistenti meta sar President, wiegħed li l-Amerka ma kinitx se tfittex gwerer jew tieħu l-ġlieda tagħha barra l-pajjiż. L-istorja wrietna li Trump għandu aspirazzjonijiet ibbażati fuq il-viżjoni tiegħu personali. Jekk fil-Brazil, għax Bolsanaro qiegħed il-ħabs, fit-Teheran għax hemm reġim affaċċjat minn protesti nazzjonali, u fi rkejjen oħra bħall-Ewropa għax hemm gvernijiet liberali. Imma l-Venezwela, bħall-Iran, għandha wkoll valur ieħor għal Trump – iż-żejt. U hawnhekk Trump lanqas jistħi juri l-interess tiegħu f 'pajjiżi li għandhom indipendenza ekonomika. Bdejna s-sena bit-tajjeb. Meta jkun hemm inkwiet fid-dinja, ifisser inkwiet għalina wkoll. L-Amerka dejjem kien pajjiż mimli kontradizzjonijiet. Pajjiż bully. Pajjiż li jew tgħaddi tiegħu jew xejn. Pajjiż li jxerred politika ta' biża'. Pajjiż li wera ipokrezija liema bħala. Bdejna s-sena b'inkwiet li ma kellniex bżonnu. Ejja nittamaw flimkien li s-sena ma tkomplix hekk. Il-liġi internazzjonali skont Donald J. Trump

