MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'Moħħi qatt ma jieqaf,' tgħid il-viżjonarja Lorella Castillo Melodija.eu: Pjattaforma għall-mużiċisti lokali F' intervista mal-moħħ wara r-ritratt tal-artisti tal-Eurovision Song Contest ta' Malta, hi titkellem fuq il-passat, il-preżent, u l-futur tagħha ILENIA DEBONO Kull min għandu kwalunkwe tip ta' preżenza diġitali ġieli ra xi prodott artistiku tal-fotografu Lorella Castillo. Mir-ritratt tal-influencer Valentina Rossi tippoża għal 'Santa Melitensia' għall-proġett li jmiss 'Fil-Friġġ wara t-Tadam' u issa anke r-ritratti uffiċjali tal-kantanti tal-Eurovision Song Contest ta' Malta, ix-xogħol ta' Castillo laħaq lil kulħadd. Castillo tkellmet fuq l-aħħar proġett tagħha, fejn qalet li hi kellha l-libertà kreattiva kollha f 'idejha sabiex toħloq kunċett ġdid mill-bidu. "Kienet ix-xewqa tiegħi li noħloq narrattiva u estetika aktar profonda minn sempliċi ritratt promozzjonali li jista' jittieħed minn kulħadd," saħqet Castillo, hekk kif hi spjegat li l-kunċett huwa wieħed kontemporanju iżda wieħed li jibqa' relevanti matul iż- żmien, kif ukoll wieħed li jgħodd għal kull artist fil-lenti tagħha. Castillo qalet li s-sett bnietu u ddisinjatu hi mat-tim żgħir tagħha, filwaqt li t-18-il artist mela s-sett bl-identità u l-enerġija personali tiegħu. Castillo enfasizzat il-flessibbiltà tal- kunċett, sabiex jaħdem għal kulħadd inkluż il-preżentaturi hekk kif għaliha l-Eurovision mhuwiex sempliċement konkors imma "forma ta' arti viżiva fejn l-identità individwali tista' tiddi," hekk kif qalet li hi grata li kellha ċ-ċans tiddi l-identità artistka tagħha wkoll. Il-viżjonarja tkellmet ukoll fuq l-istil tax-xogħol tagħha li spiss juri kuntrasti, pereżempju s-sbuħija u l-iskumdità, is-saħħa u l-vulnerabbiltà. Fost l-elementi prominenti fix-xogħol tagħha, Castillo semmiet id-dawl li mhuwiex biss element tekniku imma għalija "lingwa emozzjonali li twassal sensazzjoni u narrattiva," b'ispirazzjoni ħafna minn aristi bħal Caravaggio. "F'ħafna mir-ritratti u l-proġetti tiegħi, inħobb nuri dak li mdorrijin naraw u nippreżentah minn perspettiva differenti. Inħobb inħares lil hinn minn dak li tara l-massa u nisfida l-viżjoni normali." Hija elaborat ukoll fuq l-element Malti fix-xogħol tagħha kif ukoll l-element femminili, fejn Castillo turi l-mara bħala simolu ta' reżistenza, qawwa, u identità bħal pereżempju l-proġett Santa Melitensia, fejn kien hemm l-idea ta' qaddisa patruna ta' Malta fiż- żmien kontemporanju. Il-fotografu qasmet il-karriera tagħha mill-bidu fejn qalet li għaliha l-arti u xogħolha huma lingwa universali fejn il-kliem jaf jonqosha. Hi qalet li hi trabbiet f 'ambjent artistiku li ħejja fiha ħtieġa li tiem id-dinja kif ukoll lilha nfisha, u l-kamera offritilha mezz ta' kif tista' tistaqsi dawn id-domandi ambigwi u r-ritratt li tiġbed ikun spazju fejn ir- realtà tikkontrollaha hi, b'onestà emozzjonali. Castillo kkonkludiet billi tkellmet fuq il-proġetti futuri tagħha, speċjalment l-ewwel wirja individwali tagħha, 'Fil-Friġġ wara t-Tadam' li se tittella' fi Spazju Kreattiv bejn it-22 ta' Jannar u t-8 ta' Marzu 2026. Dan il-proġett ilha taħdem fuqu għal sentejn flimkien mal-kuratriċi Rachelle Bezzina bi 11-il ritratt ġdid li se l-udjenza tista' tara għall-ewwel darba f 'din il-wirja. "Il-wirja tesplora l-mod kif inħares lejn espressjonijiet Maltin ta' kuljum, b'mod speċjali dawk li b'umoriżmu jittrattaw suġġetti aktar tqal. Naħdem mal-idjomi u l-qwiel Maltin, kemm bħala indikazzjonijiet viżivi, kif ukoll bħala relikwi psikoloġiċi, u nistaqsi minn fejn nibtu dawn il-frażijiet, għaliex evolvew u kif evolvew, u kif għadhom jiffurmaw l-imġiba, l-emozzjonijiet, u d-diskors tagħna ta' kuljum," spjegat Castillo. Hi għalqet billi tat ħjiel ta' xi proġetti oħra futuri għandha għal din is-sena hekk kif qalet li qed iberrnu diversi ideat u hemm pjanati kollaborazzjonijiet għall-2026. Melodija.eu twieldet minn esperjenza reali li kixfet problema komuni fix-xena mużikali Maltija. Waqt li attendiet kunċert lokali, waħda mill-fundaturi, Priscilla, innutat li ħafna artisti Maltin ma kellhom l-ebda preżenza diġitali, lanqas biex ibigħu l-merchandise tagħhom. Din ir-realizzazzjoni fetħet għajnejha għall-isfidi li jaffaċċjaw mużiċisti b'talent kbir li, minkejja snin ta' ħidma u passjoni, isibuha diffiċli jikbru u jiksbu rikonoxximent minħabba nuqqas ta' pjattaforma ċentrali. Minn hawn twieldet Melodija.eu – spazju diġitali maħsub biex jagħti viżibbiltà, appoġġ, u vuċi lill-baned u l-artisti lokali. Imwaqqfa minn Priscilla flimkien ma' James u Noel, Melodija kibret f 'ċentru diġitali ddedikat kompletament għall- mużika, li jservi bħala komunità online fejn it-talent Malti jista' jiġi skopert, apprezzat, u ppreservat. Il-viżjoni ta' Melodija hija li tara artisti Maltin jitilgħu b'kunfidenza fuq il-palk lokali u dak internazzjonali, filwaqt li tnaqqas id-distakk bejn l-artisti u l-udjenzi u ssaħħaħ l-ekosistema mużikali ta' Malta. Il-pjattaforma toffri firxa wiesgħa ta' karatteristiċi, fosthom skoperta ta' baned, profili ta' artisti, kalendarju ta' avvenimenti, aħbarijiet, ħruġ ġdid ta' materjal, studios, u spazji ta' prova, kif ukoll xiri ta' strumenti u merch. Bl- iżvilupp kontinwu tagħha, Melodija qed tistinka biex issir il-punt ta' riferiment ewlieni għal kull min iħobb il-mużika lokali. Noel iġib miegħu aktar minn tliet deċennji ta' esperjenza fix- xena mużikali Maltija, inkluż ix- xandir tar-radju, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, il-ġurnaliżmu mużikali, u l-promozzjoni tat-talent lokali. Bħala konsulent u kontributur ta' Melodija, jaħdem mill-qrib mal- artisti u jgħin biex il-wirt mużikali Malti jibqa' ħaj. Priscilla hija l-qalba operattiva tal-pjattaforma. Hija tieħu ħsieb is- sit elettroniku, il-kontenut, il-media soċjali u l-kordinazzjoni mal-artisti, bil-viżjoni li Melodija ssir ċentru komprensiv li joffri wkoll riżorsi prattiċi għall-komunità mużikali. James, b'esperjenza fin-negozju u fil-management tal-baned, kellu rwol kruċjali fl-istrateġija u l-espansjoni ta' Melodija, inkluż it-twaqqif tal- kalendarju tal-avvenimenti. Il- mira tiegħu hija li l-pjattaforma tibqa' sostenibbli u rilevanti għall- industrija mużikali kollha. Flimkien, it-tim ta' Melodija. eu jgħaqqad passjoni, esperjenza u innovazzjoni biex jiċċelebra u jsaħħaħ ix-xena mużikali vibranti ta' Malta, u joħloq spazju diġitali li artisti u udjenzi jistgħu tassew isejħu dar. L-istil tax-xogħol ta' Lorella Castillo spiss juri kuntrasti It-Tim wara Melodija.EU wara intervista ma' Michael Bugeja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026