Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
"Malta qatt ma dehret paljazza u satellita tal-Istati Uniti daqs illum." Dan qalu Ministru Laburista ewlieni hekk kif Malta baqgħet tevita li tikkummenta fuq l-intenzjoni ta' Donald Trump li jieħu lil Greenland li hija parti mid-Danimarka. "Dan biex mingħalina nidhru sbieħ mal-Amerikani u ma' Trump. Mhux sew li qed nagħmlu li nkunu servili lejn l-Amerka. Dan mhux il-Partit Laburista li naf jien," kompla qal. "Jien ċert li dan mhux dak li jixtieq Robert Abela." Il-President Amerikan, minkejja li huwa lemini u f 'ċerti mumenti lemin estrem, sab l-ammirazzjoni tal-Gvern Malti li huwa mmexxi mill-Partit Laburista li infatti huwa membru fil-grupp Socialist International. Iżda jidher ċar li l-era tal-Perit Dom Mintoff, Alfred Sant, u George Vella, li kienu tradizzjonalment kritiċi ħafna tal-Amerka, hija eku tal-passat, hekk kif il-Partit Laburista nħakem minn ħsieb prevalenti b'dikjarazzjoni pubblika favur il-politika Amerikana. Fost dawn kien hemm l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat li kien jiaħar kemm jammira lil Trump u anke lill-Ministru preżenti tal-Affarijiet Barranin Ian Borg. Sergio Gor – wieħed min-nies l-iktar viċin Trump – kien trabba Bormla meta l-familja tiegħu ġiet tgħix Malta u kien jaf lil Muscat u anke lil Keith Schembri, il-Kap tas-Segretarjat ta' Muscat. Gor, li llum huwa ambaxxatur tal- Istati Uniti fl-Indja, kien għamel mezz biex wieħed mill-mistiedna għall-inawgurazzjoni ta' Donald Trump f 'Jannar kien Borg stess. Borg issorprenda lil kulħadd meta it ġimgħat ilu ppropona lil Trump għall-premju tal-paċi. L-azzjoni ta' Borg tikkuntrasta bil-kbir mas-sentiment Ewropew ta' dawk li jiffurmaw parti mill- familja soċjali demokratika. Il-biża' li Trump jiddikjara Greenland parti mill-Amerka huwa li dan il-pass żgur iwassal għal kriżi kbira fin-Nato, kif ukoll fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa. Fl-Unjoni Ewropea kien hemm dikjarazzjonijiet li jaffermaw l-appoġġ lid-Danimarka. U fuq livell ta' mexxejja kien hemm bosta pajjiżi li qalu ċar u tond li ma jaqblux ma' Trump. Malta kienet fost dawk li ma qalu xejn. L-istess Ministru qal lil din il- gazzetta: "Mela fuq il-Palestina domna seklu biex niddeċiedu dwar ir-rikonoxximent u issa se noqogħdu kwieti fuq Greenland. Ma jistax ikun li anke fuq din noqogħdu lura għax irridu nidhru sbieħ ma' Trump." www.illum.com.mt NRU 995 €1.50 IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNA 6 Riżultati għal Malta u Għawdex fl-Ewropa MALTA MUTA DWAR L-INTENZJONI TA' TRUMP LI JIDDIKJARA LIL GREENLAND BĦALA PARTI MILL-ISTATI UNITI INTERVISTA MAL-MP EDWARD ZAMMIT LEWIS Malta tispikka bl-assenza ta' dikjarazzjoni kontra l-ħsieb ta' Trump (fuq nett) li jiddikjara lil Greenland bħala parti mill-Istati Uniti bil-MInistru tal-Affarjiet Barranin Ian Borg (fuq) jibqa' sieket Il-Kap Eżekuttiv tal- Malta Equidrome Matthew Brincat jaqsam il-pjanijiet għall-futur tal-korsa taż-żwiemel ILENIA DEBONO In-naħa tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa – li bħalissa qed tiġi żviluppata sabiex issir korsa ta' livell Ewropew – li tmiss mal- Park and Ride, se tiġi żviluppata f 'kumpless tax-xiri b'erba' sulari mtarrġa. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome Matthew Brincat tkellem fuq il-viżjoni tagħhom għat-trakka tal-Marsa inkluż kumpless tax-xiri u parking b'erba' sulari. Brincat qal li l-pjanijiet tagħhom jinkludu roundabout fl-akkwati għall-immaniġġjar tat-traffiku ħdejn il-Park and Ride. Sal-2028, shopping complex b'erba sulari mal-korsa taż-żwiemel
