Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum JAELLE BORG Il-gżejjer Maltin bħalissa qed jesperjenzaw kundizzjonijiet ta' riħ qawwi li f 'xi mumenti laħqu livelli ta' riefnu, b'effetti li jinħassu sew, kemm fuq l-art, kif ukoll fuq il-baħar. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, ir-riħ qiegħed jersaq lejn Forza 7 sa Forza 9 fuq l-iskala Beaufort – livelli li kapaċi jaffettwaw il- ħajja ta' kuljum u joħolqu riskji, partikolarment għall-baħħara. F'Forza 7, deskritt bħala riħ qawwi ħafna, siġar sħaħ jibdew jiċċaqalqu b'mod notevoli u l-mixi kontra r-riħ isir diffiċli. Il-baħar jinħasad u l-mewġ itir bħal ragħwa. Meta r-riħ jiżdied għal Forza 8, magħruf bħala riefnu, fergħat żgħar jistgħu jitqaċċtu mis-siġar, filwaqt li l-movimenti u l-mixi jsiru aktar impenjattivi. Il-baħar juri wiċċu aktar aggressiv, bir-raxx itir mill-qċaċet tal-mewġ. F'Forza 9, jew riefnu qawwi, ir-riħ jista' jikkawża ħsarat strutturali żgħar u jnaqqas il-viżibilità minħabba r-raxx intens tal-baħar. L-Uffiċċju Meteoroloġiku joħroġ twissijiet lill-pubbliku minn meta r-riħ jilħaq Forza 6, u dawn it- twissijiet jiġu kklassifikati fi tliet kuluri: Isfar, Oranġjo u Aħmar, skont il-livell ta' periklu. Il-Ħamis li għadda, kien hemm fis-seħħ twissija Oranġjo li baqgħet valida sad-disgħa ta' filgħaxija ta' dakinhar, b'possibbiltà li jinħarġu aktar twissijiet, wieħed wara l-ieħor, sal-Ħadd (illejla) filgħaxija. Imma x'qed jikkawża dan kollu? Ir-riħ huwa essenzjalment il-moviment tal-arja minn żoni ta' pressjoni għolja għal żoni ta' pressjoni baxxa, f 'tentattiv tan- natura li toħloq bilanċ. Eżempju sempliċi huwa bużżieqa minfuħa: malli tinfetaħ, l-arja taħrab b'saħħa lejn barra fejn il-pressjoni hija aktar baxxa. B'mod simili, bħalissa qed naraw sistema estensiva ta' pressjoni baxxa li testendi mill-Istati Baltiċi saċ-Ċentru tal-Mediterran, li qed timxi lejn il-Grigal, filwaqt li firxa ta' pressjoni għolja qed testendi mill-Marokk sal-Libja. Din id- differenza qawwija fil-pressjoni qed issaħħaħ ir-riħ fuq Malta u l-inħawi tagħha. Għalkemm riħ qawwi bħal dan huwa parti normali mill-klima tal- gżejjer Maltin, m'hemmx statistika dettaljata li turi kif il-frekwenza ta' dawn il-kundizzjonijiet inbidlet tul is-snin. Madankollu, ir-rekords juru li s-sena li għaddiet, Marzu kien l-iktar xahar mimli riħ. Storikament, l-iktar buffura qawwija tar-riħ irreġistrata f 'Malta seħħet fi Frar tal-1982, meta nqabdet buffura qawwija ta' 72 knots – tiira ċara tal-qawwa li tista' turi n-natura. Riħ qawwi fuq il-gżejjer Maltin: X'qed jiġri u għaliex L-arti akrobatika fl-ajru Il-popolarità ta' dan l-isport f'Malta ILENIA DEBONO Althea Formosa ilha tipprattika l-arti akrobatika fl-ajru minn mindu kellha 18-il sena. Illum il-ġurnata tagħmel prestazzjonijiet ta' dan l-isport fuq palkijiet internazzjonali u anki tgħallem dan l-isport. Formosa qalet li ilha minn tfulitha affaxxinata bil-prestazzjonijiet taċ-ċirku meta kienet tarahom fuq it-televiżjoni jew fiċ-ċirku stess. "Is-saħħa, l-istamina u l-kreattività tal-atleti minn dejjem kienet tissorprendini," saħqet Formosa. Madankollu, hi ma kinitx toħlom li ssir bħalhom, kemm għaliex Malta f 'dak iż- żmien ma kienx hemm konoxxenza u opportunitajiet f 'dan l-isport, kif ukoll kif hi bħala żagħżugħa ma kinitx tagħmel sport bħala dixxiplina. Hi rrakkontat li meta kellha 18-il sena kien għadu kif daħal il-pole dancing bħala sport f 'Malta u li mal-ewwel lezzjoni ssaħħret mill-isport. F'dak iż-żmien, Formosa kienet għadha kif bdiet kors l-Università u ma setgħetx tlaħħaq mal-istudji kif ukoll mal- isport. Għalhekk iddeċidiet li tagħti prijorità lill-istudji tagħha u waqfet l-isport. Hekk kif iggradwat, hi reġgħet qabdet l-isport u minn hemm ma waqfitx. Wara l-pole dancing hi bdiet titħarreġ f 'dixxiplini oħrajn relatati mal-arti akrobatika fl-ajru, inkluż il-hoop, is-silks, u slings. Il-pole kien il-punt tat-tluq u minn hemm feġġet ħolma li dan l-isport tagħmlu fuq livell professjonali bħala artista u bħala għalliema. Matul iż-żmien, Formosa kompliet titħarreġ u ġabret numru ta' kwalifikazzjonijiet f 'dixxiplini bħar-rope, straps, u anke trapeze. Minn dawn id-dixxiplini kollha hi qalet li temmen li l-istraps huma l-itqal hekk kif jirrikjedi saħħa u esperjenza. Minbarra l-istraps, hi qalet li anke l-pole dancing temmen li huwa fost l-iżjed wieħed diffiċli wkoll. "Il-pole dancing jibqa' għal qalbi ħafna, kemm għaliex bħala dixxiplina huwa l-favorit biex nipprattika, kif ukoll għaliex kien passatemp li bdejt bih u eventwalment fetaħli ħafna bibien fejn stajt nimraħ." Hi qerret li hemm ċerti affarijiet f 'dawn id-dixxiplini li jbeżżgħuha għax jekk ma tkunx mgħarraf sew fuq x'qed tagħmel tista' tweġġa'. Madankollu hi minn dejjem kienet metikoluża waqt li kienet timbotta lilha nfisha biex tegħleb il-biżgħat li skontha mhumiex razzjonali. Formosa rriflettiet fuq il-prestazzjonijiet tagħha fejn fil-karriera tagħha għamlet ħafna atti differenti f 'avvenimenti diversi, kemm b'mod lokali, kif ukoll fuq palkijiet internazzjonali. Hi qalet li l-iżjed att għal qalbha huwa att li telgħet ma' ħabib tagħha fejn libsu maskli tal-gomma bħala taparsi firien maħbubin u tellgħu att komiku bid- double straps li ntgħoġob mill-udjenza. Hi qalet li m'għandhiex xi ritwal qabel ma titla' fuq il-palk hekk kif ma tantx ikollha ħin tipprepara sabiex tagħmel prestazzjoni ta' siegħa, imma l-preparazzjoni tiġi minn snin ta' esperjenza u taħriġ. Hi qalet li f 'Malta dan l-isport qed jikber sew u qed jiġi mgħallem ukoll lit-tfal, hekk kif l-isport huwa addattat għal nies ta' kull età u ta' kull livell fiżiku. "Nemmen li dan l-isport hu dixxiplina sabiħa ħafna li tagħtik saħħa fiżika u mentali, u tgħin sabiex l-individwu jkollu stil ta' ħajja aktar san." Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Althea Formosa li tipprattika l-arti akrobatika fl-arju Siġar li jitbandlu, diffikultà biex timxi kontra r-riħ, u baħar imqalleb b'raxx li jnaqqas il- viżibilità huma fost l-effetti ta' riefnu li qed jolqtu lill-Gżejjer Maltin F'Forza 9, jew riefnu qawwi, ir-riħ jista' jikkawża ħsarat strutturali żgħar u jnaqqas il-viżibilità minħabba r-raxx intens tal-baħar

