Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 50 Anniversarju mill-ftuħ uffiċjali tat-Teatru Aurora U Niftakar — Ħamsa u għoxrin sena ta' inizjamed It-Teatru tal-Opra Aurora qiegħed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ftuħ uffiċjali tiegħu fl-2026 bħala s-sede tas- Soċjetà Filarmonika Leone fir- Rabat Għawdex. Huwa anniversarju li se jkun iċċelebrat b'diversi attivitajiet u fuq diversi livelli, l-ewwel fosthom ikun rikonoxximent tal-kontribut storiku li dan it-teatru ta fil-qasam taċ- ċinematografija. Hekk nibet il-kunċert Aurora Resounds – serata ta' mużika taċ- ċinema mill-Banda Ċittadina Leone taħt id-direzzjoni ta' Colin Attard, nhar is-Sibt 24 ta' Jannar 2026 fit-8 p.m. Ħafna huma dawk li jafu t-Teatru Aurora bħala teatru tal- opra u bir-raġun. Iżda l-Aurora (1976) iġorr l-isem ta' Teatru Aurora ta' qablu, tal-1963, li kien iċ-ċinema ewlenija f 'Għawdex. Dan l-ewwel Aurora, fih innifsu kien is-suċċessur tar- Royal Talkies, li kien l-ewwel ċinema f 'Għawdex. Dan kien fetaħ fil-5 ta' Jannar 1931 meta l-films kienu għadhom silenzjużi. Kien juri films nhar ta' Tlieta, Ħamis, Sibt u Ħadd għal erba' snin sakemm il-film 'Two Hearts in Waltztime', f 'Jannar 1935 sar l-ewwel film 'li jitkellem', li qatt intwera f 'Għawdex. L-era tad-deheb taċ-ċinema fil-gżira, Għawdex jafha lill- Aurora. B'mod naturali, imbagħad, iċ-ċinema fl-Aurora mietet lejn l-aħħar tas-snin disgħin meta t-teknoloġija ċinematografika evolviet u l-films imxew lejn teatri mibnija speċifikament għalihom. Minkejja dan, it-Teatru Aurora għad għandu żewġ pari magni taċ-ċinema fi stat operabbli, u permezz tagħhom għadu tempju tal-patrimonju ċinematografiku fil-gżira. Aurora Resounds se jiċċelebra dan kollu, b'wirja tal-makkinarju taċ-ċinema, memorabilja oħra, filmati arkivjali u intervisti u, fuq kollox, mużika taċ-ċinema mill-isbaħ li għamlet films daqstant memorabbli. Biex tfakkar 25 sena mit- twaqqif tagħha, nhar is-6 ta' Jannar, fis-7.30 p.m. ġewwa Spazju Kreattiv (Studio B), Inizjamed nediet ktieb ta' esejs. Dan hu pass importanti għal waħda mill-aktar organizzazzjonijiet letterarji importanti f 'Malta. Din il- pubblikazzjoni tiċċelebra kwart ta' seklu ta' ħidma letterarja, li tinkludi djalogu interkulturali, esperimentazzjoni, u impenn kontinwu lejn kitbiet ġodda u t-traduzzjoni. It-tnedija tal-ktieb, immexxija minn Gabriel Schembri, ħadet is-sura ta' diskussjoni bejn Keith Borg, l-editur tal-ktieb, u membri tat-tim ewlieni ta' Inizjamed; Leanne Ellul, id-Direttriċi Artistika ta' Inizjamed u tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta; u l-Prof. Adrian Grima, il- fundatur ta' Inizjamed u tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta. L-attività ħaddnet fiha qari minn Jean Paul Borg, kordinatur ta' Inizjamed u tal-Festival, u minn Kurt Borg u Jake Buttigieg, membri ta' Inizjamed, li se ppreżentaw siltiet minn esejs miktubin minn Nadia Mifsud u Clare Azzopardi. Flimkien, dawn il-kitbiet irriflettew il-varjetà ta' vuċijiet u forom li sawru lil Inizjamed tul dawn il-25 sena. Il-ktieb bil-Malti bl-isem "U Niakar — Ħamsa u Għoxrin Sena ta' Inizjamed" fih 124 paġna u editjat minn Keith Borg. Jiġbor fih esejs li jirriflettu l-Istorja ta' Inizjamed, l-impatt kulturali tagħha, u l-kuntest letterarju usa' f 'Malta. Il-kontributuri tal- esejs huma Clare Azzopardi, Kit Azzopardi, Elena Cardona, Claudia Gauci, Adrian Grima, Leanne Ellul, Jean Paul Borg, Nadia Mifsud, Justine Somerville, Karsten Xuereb, u Anna Zammit. Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll kummenti qosra minn Effie Azzopardi, Alexandra Büchler, Katel Delia, Maria Grech Ganado, Virginia Monteforte, Matthew Schembri, Jake Buttigieg, u Klara Vassallo. Id-disinn u l-qoxra tal-ktieb saru minn Naomi Gatt. Il-pubblikazzjoni ġiet megħjuna mill-Fond Malti tal-Ktieb 2024 tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Inizjamed hija organizzazzjoni letterarja bbażata f 'Malta u ddedikata għall-promozzjoni tal-letteratura kontemporanja u l-ħsieb kritiku permezz tal-kitba, id-diskussjoni u l-performance. Matul is-snin, kellha rwol ċentrali fit-tiswir tax-xena letterarja f 'Malta billi dejjem sostniet kittieba emerġenti u stabbiliti, ħeġġet l-esperimentazzjoni bejn ġeneri differenti, u ħolqot spazji fejn il- letteratura tidħol fi djalogu dirett ma' realtajiet soċjali, kulturali, u politiċi. L-avveniment ewlieni ta' Inizjamed huwa l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta, l-uniku festival letterarju annwali fil-gżejjer Maltin li jlaqqa' kittieba u artisti lokali u internazzjonali, u jsaħħaħ l-iskambju letterarju fil-Mediterran. Din il-pubblikazzjoni hija kruċjali għal-letteratura Maltija, f 'punt fejn l-esej letterarju qed jinkiteb iżjed bil-Malti u qed jiġi apprezzat dejjem aktar bħala forma artistika, u fi żmien meta Inizjamed qed tkompli tikber u tilħaq qċaċet ġodda. Il-ktieb se jkun disponibbli għall- bejgħ u min hu mħajjar jixtrih jista' jikkuntattja lil Inizjamed, isibu minn ħwienet tal-kotba magħżula f 'Malta u Għawdex, jew iisbu waqt l-attivitajiet ta' Inizjamed. Għal aktar tagħrif wieħed għandu jżur il-paġni ta' Inizjamed fuq Facebook u/jew Instagram. Ħafna huma dawk li jafu t-Teatru Aurora bħala teatru tal-opra Inizjamed hija organizzazzjoni letterarja bbażata f 'Malta u ddedikata għall-promozzjoni tal-letteratura kontemporanja u l-ħsieb kritiku

