MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 Il-pjanijiet għat-trakka tal-Marsa jinkludu roundabout għall-immaniġġjar tat-traffiku Il-Kummissarju għall-Istandards jgħid li t-trasparenza fit-tmexxija pubblika ħadet daqqa 'l isfel IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan il-kumpless, li għadu ma ħariġx il-permess għalih, huwa ppjanat li miegħu jkun hemm pont li jgħaqqad mal-kumplessi l-oħra tal-madwar sabiex in-nies jevitaw li jaqsmu t-triq biex immorru minn kumpless għall-ieħor. "L-ewwel sular ikun daqsxejn ogħla sabiex jibqgħu jgħaddu x-xarabankijiet," afferma Brincat li l-konnettività u l-konsistenza hija prijorità għal Malta Equidrome ukoll. L-istess kumpless tax-xiri se jkun mgħammar bi stabbilimenti differenti inkluż salons għal min jixtieq jaqta' xagħru, kliniki, uffiċini, u anke gym. L-iżvilupp jinkludi wkoll post ta' parkeġġ għaż-żwiemel sabiex inaqqas il- karrijiet taż-żwiemel mill-parkeġġ tal-karozzi. Brincat iddeskriva dan l-iżvilupp bħala approċċ ħolistiku. Hu qal li la l-permess tal-kumpless tax- xiri u lanqas tal-parkeġġ għadu ma ħareġ minħabba raġunijiet ta' loġistika speċjalment fil-qasam tal- immaniġġjar tat-traffiku. Hu qal li kien hemm proposta li n-naħa ta' fejn hemm il-venda bħalissa tiġi bħal roundabout li tista' tmiss mal- wied. Fuq l-immaniġġjar tat-traffiku, il-kap eżekuttiv qal li sabiex tonqos drastikament il-konġestjoni li kull min jgħaddi mill-Marsa fil-ħinijiet aktar intensi, iridu jingħalqu żewġ toroq għall-karozzi. Hu qal li t-triq li tinfed mill-Park and Ride minn ġewwa li ddur mat- trakka taż-żwiemel u t-trakka tal-ġiri għandha tkun aċċessibbli biss għaż-żwiemel jew għall-atleti, kif ukoll Triq it-Tiġrija li ħafna jużawha sabiex jaqbżu t-traffiku għandha tkun għaż-żwiemel biss hekk kif hu jemmen li dawn il- fetħiet kollha qed iwasslu għall- konġestjoni. Il-Park and Ride tal-Marsa Brincat spjega li l-art fejn hemm il-Park and Ride tal-Marsa hija tal-Equidrome, li qabel kienet il- Malta Racing Club, u kienet kollha parkeġġ għall-viżitaturi tal-korsa taż-żwiemel. Hu qal li meta bdew il-Park and Rides fil-Marsa u fil-Furjana, b'tibdil sinifikanti fis-sistema tat- trasport pubbliku, il-gvern "qabad u ddeċieda" li l-art tal-parkeġġ se tintuża bħala Park and Ride fid-disponibbiltà tal-kumpanija responsabbli mix-xarabankijiet ta' dak iż-żmien. "Meta ġie ż-żmien sabiex tingħata l-konċessjoni bil-miktub bil-kuntratt u kollox, din reġa' taha u inkorporaha lilna [Malta Equidrome] li l-art hija tagħna għal 65 sena, inkluż il-kumpless tal-Marsa," ikkjarifika Brincat. Kompla jgħid li wara tliet snin – li jiskadu s-sena d-dieħla – l-operazzjoni tal-Park and Ride fuq l-art tal-Equidrome jistgħu jitwaqqfu, xi ħaġa li mhumiex qed jippjanaw li jagħmlu min-naħa tal-Equidrome. Il-Kap Eżekuttiv qal li din ġieli kienet ta' ostaklu għall- korsa speċjalment meta jkun hemm tiġrijiet matul il-lejl u x-xarabankijiet ikunu pparkjati fejn is-soltu ż-żwiemel jidħlu fil-parkeġġ. Madankollu, hu qal li bi ehim mal-kumpanija responsabbli mix-xarabankijiet, din il-problema ġiet mitigata b'kordinazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u li għandha tiġi solvuta b'iżjed spazju ta' parkeġġ. Hu tkellem fuq il-miżata ta' €2 li qed iżommu għall-parkeġġ ħdejn il-Park and Ride, u qal li din lanqas biss tkopri l-paga tal- parker. "Il-ħmieġ li nsibu, tal- biża." ILENIA DEBONO Il-Prim Ministru Robert Abela jrid li s-sistema tad-dikjrazzjoni tal-assi tal-ministri tkun bħal dik tad-deputati parlamentari, wara assenza tad-dikjarazzjoni tal-assi tal-ministri għal snin. Ittra mill-Kummissarju għall- Istandards lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tissuġġerixxi li l-membri tal-Kabinett ħadu d-deċiżjoni sabiex jieqfu jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-assi għalkollox. Fejn id-dikjarazzjoni tal-assi tal-ministri kienet tinkludi d-dħul tagħhom, investimenti finanzjarji u kontijiet bankarji tal- konjugi tagħhom, id-dikjarazzjoni tal-assi tad-deputati parlamentari anqas biss jiġu ppubblikati fil- pubbliku. Il-Kummissarju kien diġà kiteb lill-Prim Ministru sabiex jakkwista d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal- ministri għall-2024 madankollu ma rċieva xejn, ħlief tweġiba mingħand is-Segretarju tal- Kabinett li l-Kabinett issa ddeċieda li jkun hemm formola waħda ta' dikjarazzjoni għall-membri parlamentari kollha, u li l-ministri kollha kienu diġà ssottomettew id- dikjarazzjonijiet parlamentari tal- assi tagħhom lill-Parlament aktar kmieni fis-sena. Għal snin sħaħ, il-ministri kienu obbligati jissottomettu dikjarazzjonijiet dettaljati tal- assi, b'informazzjoni dwar il- proprjetajiet tagħhom, depożiti bankarji, u anke xi dettalji dwar id-dħul tas-sieħeb jew sieħba tagħhom. Fl-2024, Robert Abela kien ippropona li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tad-deputati għandu jibdew jiġu ppubblikati f 'perjodu ta' żmien skont il-liġi, madankollu l-Kummissarju nnota li fir-risposta tiegħu s-Segretarju tal-Kabinett ma semmiex dan. Mill-2023 'l hawn, Robert Abela kiser it-tradizzjoni u għażel li ma jippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Kabinett tiegħu għal dik is-sena. Dak iż- żmien, huwa kien insista li ma kien hemm ebda obbligu li dawn id- dikjarazzjonijiet jiġu ppubblikati. Il-Kummissarju saħaq li skont il-kodiċi ta' etika għall-ministri, kull ministru jrid jagħti rendikont tal-assi tiegħu lis-Segretarju tal- Kabinett fuq din it-tali formola kull sena, allura jekk tiġi eliminata din il-formola jkun hemm ksur mill- obbligi tal-ministri skont dawn il-kodiċi, xi ħaġa li l-Kumissarju m'għandux setgħa sabiex jinvestiga. Is-Segretarju tal-Kabinett għarraf lill-Kummissarju li l-gvern se jsaħħaħ il-kodiċi ta' etika tad-deputati skont ir- rakkomandazzjonijiet tal-ewwel Kummissarju għall-Istandards fl-2020 kif ukoll skont id- deċiżjoni riċenti tal-Kummissarju dwar id-deputati li mhumiex obbligati jgħidu l-verità. Il- Kummissarju qal li anke l-kodiċi ta' etika għall-ministri għandu jissaħħaħ minħabba r-riżorsi li jikkontrollaw. L-aħħar dikjarazzjonijiet li saru disponibbli għall-pubbliku wrew li Abela kellu total ta' €388,500 fi flus kontanti. L-uniku dħul tiegħu huwa s-salarju ta' Prim Ministru, u m'għandux self pendenti. Dak iż-żmien, huwa kellu wkoll it proprjetajiet f 'Malta u Għawdex, kif ukoll ishma fl-HSBC Malta u bonds f 'Hili Properties. Bosta membri tal-Kabinett igawdu minn tfaddil għoli fil- kontijiet bankarji tagħhom. Id- dikjarazzjonijiet ministerjali tal-2022 urew depożiti bankarji ta' €279,000 u €444,000 għal Jo Etienne Abela u Miriam Dalli rispettivament. Il-Ministru għall- Politika Soċjali Michael Falzon iddikjara aktar minn €480,000 u £128,000 f 'depożiti bankarji mal- BOV. Ħafna ministri għandhom ukoll ammont sinifikanti ta' proprjetajiet. Fl-2022, Ian Borg iddikjara ħames proprjetajiet f 'Ħad-Dingli u r-Rabat, filwaqt li Anton Refalo ddikjara xejn inqas minn 23 proprjetà f 'Għawdex. Mill-2023 'l hawn, Robert Abela kiser it-tradizzjoni u għażel li ma jippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Kabinett tiegħu Il-Ministri mhux se jibqgħu jiddikjaraw id-dħul tagħhom hekk kif Robert Abela jrid li l-Ministri jiddikjaraw l-assi bħad-deputati parlamentari Il-pjanijiet tal-Equidrome jinkludu Grandstand li tospita ħwienet, uffiċċji u parkeġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 January 2026