Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
04 analiżi IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum L-aġenda imperjalista ta' EMAN FARRUGIA L-iżviluppi politiċi ta' dawn l-aħħar ġranet kienu ta' ħasda għall-ordni dinjija internazzjonali bbażata fuq l-osservanza lejn il-liġijiet u r-rispett sħiħ lejn is- sovranità individwali tal-pajjiżi. L-invażjoni tal-Venezwela fis- sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu, il- bombardament ta' Caracas u l-ħtif tal-President Nicolas Maduro u martu Cilia Flores mill-Istati Uniti għandhom iservu ta' inkwiet għall- komunità internazzjonali kollha. Irrispettivament mil-leġittimità tar-reġim ta' Maduro, huwa evidenti li l-operazzjoni mwettqa s-Sibt li għadda rriżultat fi ksur espliċitu tal- iktar liġijiet fundamentali tal-liġi internazzjonali. Minkejja li l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump ipprovat tiġġustifika l-operazzjoni bħala waħda neċessarja sabiex il-Venezwela tiġi "liberata u "meħlusa" mir-reġim ta' Maduro, id-diskors u l-azzjonijiet li segwew l-operazzjoni huma xhieda tal- aġenda imperjalista mħaddna mill- Istati Uniti fil-konfront tal-ġirien tagħha. L-indħil fil-Venezwela: bdil superfiċjali fir-reġim Fuq kollox, l-idea li pajjiż għandu d-dritt li jindaħal sabiex "jillibera" u "jiddemokratizza" lil pajjiż ieħor hija idea assurda u perikoluża li ntużat bħala pretest għall-indħil fil-politika ta' pajjiżi oħrajn u li rriżultat biss f 'instabbiltà u li qajla ġiet attwata b'suċċess favur l-interessi tal-poplu tal-pajjiż. Il-fatt illi Trump għandu iżjed rieda jinnegozja mal-Aġent President Delcy Rodriguez milli mal-mexxejja tal-oppożizzjoni Venezwelana Maria Corina Machado hija turija ċara ta' kemm l-operazzjoni fil-Venezwela ma kinitx bl-iskop li tiġi rrestawrata d-demokrazija fil-Venezwela. Minkejja li Maduro m'għadux fit-tmun tal-poter billi hu u martu qegħdin jaffaċċjaw akkużi relatati mat-terroriżmu u mat-traffikar tad- droga fi proċeduri kriminali fl-Istati Uniti, l-istruttura tar-reġim tiegħu baqgħet intattata u mhux affettwata mill-operazzjoni tal-Istati Uniti. Il-fatt illi Trump ħalla l-istruttura tar-reġim ta' Maduro sabiex tibqa' topera permezz ta' Rodriguez hija xhieda ta' kemm l-interess prinċipali ta' Trump huwa li jkun hemm mexxej servili lejn l-interessi tal- Istati Uniti, u mhux neċessarjament mexxej li josserva d-drittijiet umani u d-demokrazija. Matul din il-ġimgħa, it- tmexxija l-ġdida ta' Rodriguez u l-amministrazzjoni ta' Trump qablu dwar it-trasferiment ta' iżjed minn 30 miljun barmil taż-żejt mir- riżervi tal-Venezwela għal taħt il- kontroll dirett tal-Istati Uniti. Id-dikjarazzjonijiet inkwetanti li għamel Trump u esponenti fl- amministrazzjoni tiegħu matul dawn l-aħħar ġranet, fosthom dik fejn huwa sostna b'mod ċar illi huwa "ma jimpurtahx" mil-liġi internazzjonali; flimkien mat- theddid li huwa għamel fil-konfront tal-Messiku, il-Kolombja, Kuba u Greenland; huma turija ċara li qiegħda ssir qelba drastika fl-ordni dinjija internazzjonali. Jidher li din se tkun iddominata mill-interessi individwali ta' pajjiżi meqjusa bħala superpotenzi, u li s-saltna tal-liġi internazzjonali kif ilha imħaddma għal matul dawn l-aħħar tmenin sena se tkun ineffettiva fil-kuntest globali attwali. Iżda meta wieħed jagħti titwila lejn l-istorja tal-Amerika Latina, malajr jintebaħ li l-aġenda imperjalista ta' Trump mhija xejn għajr kontinwazzjoni tal-aġenda imperjalista tal-Istati Uniti li ilha fis- seħħ sa mid-Duttrina ta' Monroe fil-bidu tas-seklu dsatax. Storja twila ta' imperjaliżmu fl-Amerka Latina Sa mill-gwerra Amerikana- Spanjola fl-1898, l-Istati Uniti esprimiet interessi imperjalisti fil-konfront tal-ġirien tagħha fl- Amerika Latina; b'mod partikolari fl-Amerka Ċentrali u fil-Karibew. Is-serje ta' interventi notorji minn kumpaniji u negozjanti Amerikani fil-governanza tal-pajjiżi f 'dan ir-reġjun bejn l-1898 u l-1934; magħrufa bħala l-Gwerer tal- Banana; huma eżempju ċar tal- motivazzjonijiet imperjalisti tal- Istati Uniti. Fl-1912, it-truppi Amerikani invadew in-Nikaragwa u baqgħu jokkupaw militarment lill-pajjiż għall-ħmistax-il sena sħaħ. Fil- Ħonduras, kien hemm interventi simili sabiex jinħoloq monopolju minn korporazzjonijiet Amerikani bħall-United Fruit Company illi baqgħu jiddominaw il-politika ta' dawn il-pajjiżi matul il-perjodu tal- Gwerra l-Bierda. Huwa evidenti li l-interess tal- Istati Uniti f 'dawn il-mumenti ma kienx illi jkun hemm demokrazija f 'dawn il-pajjiżi, iżda li jiġu sfruttati r-riżorsi ta' dawn il-pajjiżi filwaqt li l-popli tagħhom ikollhom jgħixu taħt reġimi dittatorjali vjolenti u servili lejn l-interessi Amerikani; fosthom ir-reġim ta' Banzer fil- Bolivia (1971-1978), ir-reġim ta' Somoza fin-Nikaragwa (1936- 1979), ir-reġim ta' Rios Montt fil- Gwatemala (1982-1983), ir-reġim ta' Pinochet fiċ-Ċili (1973-1990), fost reġimi awtoritarji oħrajn. Dawn ir-reġimi, minkejja l-karattru awtoritarju u vjolenti tagħhom, sabu appoġġ militari, politiku u ekonomiku mill-Istati Uniti matul il-Gwerra l-Bierda bl-għan li tiġi mitigata l-firxa ta' ideoloġiji xellugin fl-Amerka Latina, minkejja li kienu responsabbli għal għexerien ta' eluf ta' mwiet f 'isem l-interessi tal-Istati Uniti. Fis-seklu għoxrin, kien hemm mill-inqas 87 kolp ta' stat fl- Amerka Latina, bil-maġġoranza tagħhom orkestrati mis-CIA b'kollaborazzjoni ma' forzi tal- Il-President Trump u s-Segretarju tal-Istat Marco Rubio waqt l-operazzjoni militari li saret fis-sigħat bikrin tat-3 ta' Jannar Il-President Ungeriż Orban u l-Prim Ministru Taljana Meloni huma fost l-ikbar alleati ta' Trump fl-Unjoni Ewropea L-Aġent President tal-Venezwela Delcy Rodriguez, illi ħadet post il-President Maduro wara l-ħtif tiegħu mill-Istati Uniti Ix-xena f 'Minneapolis wara l-isparatura li seħħet mill-aġenti ICE li rriżultat fil-qtil ta' ċittadina Amerikana ta' 37 sena

