Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
intervista IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum 06 "Trid tagħżel jekk hux se tkun mexxej jew politikant ta' Facebook. Jien nagħżel li nkun mexxej" 'Irridu ngħallmu lin-nies li aħna m'aħniex pappagalli imma deputati Laburisti ' Dan it-tip ta' kummentarju skjett huwa kaġun ta' frustrazzjoni? Għaliex tkellimt fuq il-Palestina u Manoel Island fost l-oħrajn? Għax jiena Laburist. B'reputazzjoni li tmur lura għall-1997 fi żmien fejn kienet diffiċli li tkun Laburist, kważi 25 sena fl- Oppożizzjoni. Nixtieq li l-PL jibqa' fil-gvern u jien determinat li fejn nara li l-partit jista' jtejjeb il-politika tiegħu fil-gvern f 'din il- leġiżlatura jien se nitkellem b'rispett lejn il-Prim Ministru, lejn il-partit. Però fejn inħoss li għandu jkun hemm aġġustament, jien se nitkellem għax nemmen li nista' nagħti kontribut. L-importanti hija li l-intenzjoni tkun tajba, l-intenzjoni tiegħi hija li nara l-PL fil-gvern. Ovvjament jekk inħarsu lejn il-mudell ta' Westminister fejn hemm aktar deputati minn Malta tara lil Julia Reeves li taffaċċja kritika interna mid- deputati interna. Huwa tajjeb li jkun hemm kritika b'intenzjoni tajba. Irridu ngħallmu lin-nies li aħna m'aħniex pappagalli imma deputati Laburisti. Inħeġġeġ lil deputati laburisti oħra sabiex jitkellmu għax jekk tagħti opinjoni b'intenzjoni tajba hija tajba għall-pajjiż, għall-partit, u għad- demokrazija. Inti tkellimt dwar il-Palestina. Għaliex ħassejt li għandek titkellem fuq il- Palestina? Għaliex jiena ma nistax immur inkanta, u norbotha mal-Eurovision, ma' persuna li qed tagħmel ġenoċidju fl-Istrixxa ta' Gaża. B'rispett lejn dak li għamlu Duminku Mintoff, Guido de Marco, u George Vella, li dejjem konna fuq quddiem fil-kawża Palestinjana. Bis-soluzzjoni ta' żewġ stati, b'żewġ pajjiżi bit-territorju tagħhom bl- integrità territorjali u s-sovranità li t-tnejn jgħixu fejn xulxin. Dik nemmen fiha. Jien ma nistax immur inkanta ma' min qed jagħmel sitwazzjoni prekarja fejn anke ġew ikkundanati għaqdiet fuq bażi umanitarja. Hija ċara l-pożizzjoni li jiena ma naqbilx magħha. Anke l-kantant li rebaħ is-sena l-oħra ta t-trofew lura. Meta tkun fil-gvern trid iżżomm element ta' bilanċ. Hemm kompromess fuq din il-kwistjoni? M'hemmx dubju li jien niem il- pożizzjoni ta' Robert Abela u ta' Ian Borg li wieżnu s-sitwazzjoni kollha. Però s-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża hija sitwazzjoni diffiċli biex tiddefendiha. Iżżomm bilanċ kemm iżżomm, ma tistax tħalli poplu li qed jiġi eredikat li anqas għandu aċċess għal għajnuna umanitarja u medika. Irridu nitkellmu. In-newtralità tagħna mhijiex waħda passiva, mhijiex waħda li naraw interessi kummerċjali. U jkun hemm dawn l-interessi u niimha. Jien kont fil-gvern responsabbli mill- affarijiet Ewropej. Taħseb li jekk għada filgħodu nisimgħu li l-gvern iddeċieda li jimponi ma nibqgħux nipparteċipaw fil-Eurovision li n-nies jifhmuha din? Din hija distinzzjoni ċara bejn politika ta' Facebook jew politika ta' tmexxija. Dom Mintoff fl-1978 mar u n-nies qalilhom li se jneħħi l-bażi militari u se jitilfu xogħolhom. In-nies qablu miegħu u appoġġjawh. Trid tagħżel jekk hux se tkun mexxej jew politikant ta' Facebook. Jien nagħżel li nkun mexxej. F'sitwazzjoni bħal din fejn Malta storikament kienet fuq quddiem, ma nistgħux nintefgħu wara. Għandna missjoni politika li nkunu quddiem lil hinn minn dak li jaħsbu n-nies li huwa l-Eurovision. In-nies nispjegawlhom dan il-boycott imma r-raġuni hija waħda oltre milli ġustifikata. Inti esprimejt sentimenti fuq l-atteġġjament ta' Donald Trump fosthom fuq tal-Venezwela. Inti għedt li Malta għandha tkun iktar ċar fil-konfront ta' dan. Il-kritika fil- konfront ta' Trump hija bżonjuża? Inti, sussegwentement għal dak li ġara, kellek lil Donald Trump jgħid li issa l-Messiku, il-Kolombja, Greenland li hija parti mid-Danimarka li huwa stat membru fin-NATO. Il-kumplessità, ma tistax tħalli sitwazzjoni fejn dan, b'saħħtu kemm hu b'saħħtu, imur kontra l-prinċipju tad-dritt internazzjonali. Kontra l-prinċipju li llum dan nistgħu naqbdu u nagħlqu l-Ġnus Magħquda. Jekk ħa mmorru li d-dritt internazzjonali u l-Ġnus Magħquda ma jfissru xejn, erġajna morna fl-aħħar tas- seklu 19 meta kellna l-bidu tal-ewwel Gwerra Dinjija. Is-sitwazzjoni hija aktar kritika milli wieħed qed jimmaġina. Il- President tal-aktar pajjiż b'saħħtu fid-dinja minn diversi aspett, meta jagħmel dawn id- dikjarazzjonijiet tal-biża'. Napprezza li jieħu għalih Trump bil-mod tal-imġiba tiegħu però dan huwa effett ta' boomerang fuq pajjiżna. Aħna sovran, ugwali, membru fl- UE, membru tal-komunità internazzjonali però m'għandniex difiża. Jekk naċċettaw sitwazzjoni li pajjiż bla difiża jaffaċċja aggressjoni fit-territorju tiegħu qisu xejn mhu xejn. Dan qisu bniedem daħallek fl-għalqa tiegħek għal numru ta' drabi, imbagħad ma tistax tgħidlu tidħolx. Ma tistax taċċetta dikjarazzjonijiet bħal dawn. Nirreferi għal dak li qal ministru Franċiż u dak li qal il-President tad-Danimarka li dawn ħbieb tagħna li kienu ċari li ma jistax jagħmel dawn it-tip ta' dikjarazzjonijiet. X'jgħidulek ċerti figuri bħal Ian Borg u Owen Bonnici meta tgħidilhom dak li inti tgħid fil-pubbliku? Ovvjament ikollhom ir-raġunijiet tagħhom, mhux dejjem trid tgħaddi tiegħi. Il-Prim Ministru ngħidlu li għandi ngħidlu, dejjem jismagħni. Ma' Robert Abela, jekk tibgħatlu messaġġ iwieġbek wara ħames minuti u xi kap eżekuttiv ta' entità jwieġbek tlett ijiem wara. Jismagħni imma mhux dejjem għandu jaqbel miegħi. Nimmotiva l-opinjoni tiegħi imma ma jfissirx li jaqbel miegħi kulħadd. Il-punt tiegħi rrid nagħmlu u nemmen li hemm ħafna nies li għandhom l-istess inkwiet bħali. Fuq Manoel Island inti kont wassalt ħsibijietek. Inħossni kburi li nbidlet id-direzzjoni tal- gvern fuq Manoel Island. Inħossni kburi għaliex l-ewwel ħaġa jien ma nistax naċċetta li proġett li ngħata taħt gvern Nazzjonalista jagħmel 25 sena u ma jsir xejn. Jekk hemm problemi fil-konċessjoni, il-gvern għandu jieħu azzjoni. Il-proprjetà, għalkemm tingħata b'ċens mhijiex tal-privat, u l-Prim Ministru ħass illi kellu jagħmel dik li aħna ngħidulha u-turn. Din turi kburija f 'Robert Abela li nduna li dik it-triq ma kinitx it-triq it-tajba. Jien kburi li kont – mhux waħdi ta – membru minn koalizzjoni li wassalna li l-art mhijiex tal-kuntratturi imma tan-nies. Jekk iċ-ċens ma jimxux miegħu, il-gvern għandu jieħu azzjoni. Edward Zammit Lewis, Membru Parlamentari għall-Partit Laburista, iħeġġeġ lil deputati Laburisti oħra sabiex jitkellmu għax jekk jagħtu opinjoni b' intenzjoni tajba hija tajba għall-pajjiż, għall-partit, u għad- demokrazija Edward Zammit Lewis

