MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 Maltempata Harry IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum Kif Harry ħarbat lill-gżejjer Maltin Ċiklun wieħed, realtà Għamilna jumejn bla Iċ-ċiklun Harry ma ħalliex biss ħsarat fl- għelieqi u fit-tunnels tal-plastik, iżda kixef għal darb'oħra kemm l-agrikoltura Maltija tibqa' vulnerabbli u dipendenti fuq sistema li taħdem — sakemm ir-riħ jonfoħ Minn nhar it-Tnejn, it-tempesta Harry invadiet lill-gżejjer Maltin b'riefnu qawwi u xita minn Għajnsielem sa Marsaskala. It-Tnejn filgħodu, id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili wissa lin-nies sabiex jibqgħu ġewwa għaliex kien se jintlaqat mit-tempesta Harry. Is-CPD appella lin-nies biex jevitaw xogħol fil-għoli, biex joqogħdu 'l bogħod mix- xatt u biex jassiguraw oġġetti li jinsabu barra u li jistgħu jiċċaqilqu, hekk kif il-Maltempata Harry kienet qed toqrob lejn Malta. Skont it-tbassir meteoroloġiku, ir-riħ laħaq Forza 9 fuq l-iskala Beaufort, b'veloċità medja li tvarja bejn 34 u 40 knot. It-tbassir indika wkoll li setgħu jseħħu raffi li jaqbżu l-40 knot matul dan il-perjodu. It-temp ħażin kien ikkawżat minn żona ta' pressjoni baxxa li qed tissaħħaħ fuq l-Alġerija u estenda lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u ssaħħet hekk kif timxi fuq it-Tuneżija. Fl-istess ħin, żona qawwija ta' pressjoni għolja tinsab fuq il-Balkani. L-agħar post li ġie milqut kien Sqallija, fejn Catania, Ragusa u rħula oħra matul il-kosta ta' Sqallija spiċċaw anqas jintgħarfu fejn il-media Ewropea rrappurtat ħsarat li jammontaw għall- biljun ewro fuq din il-gżira. Ħsarat notevoli Il-pjattaformi tal-media soċjali f 'Malta kienu ddominati minn videos u ritratti tal-effett ta' Harry, inkluż video partikolari tat-tempesta f 'Marsaskala fejn daħal l-ilma ġo stabbiliment tal-ikel u kkawża numru kbir ta' ħsarat. Is-Sindku t'Għajnsielem Kevin Cauchi bagħat ritratt lil din il-gazzetta fejn tidher il-ħsara li ġiet ikkawżata lil Betlem f 'Għajnsielem inkluż grawnd tal-futbol u siġra ħdejn il-kappella ta' Lourdes. Aktar lejn it-Tramuntana, Tas-Sliema sar vittma ta' Harry ukoll bi ħsarat lill-infrastruttura relatata ma' Tallinja inkluż stage ta' Tallinja tal- ħġieġ li tfarrak u arblu ta' Tallinja li waqa' bir-riħ. Riżultat ta' dan, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar li tlett iskejjel fil-Mellieħa, Qawra u San Pawl il-Baħar se jkunu magħluqin nhar it-Tlieta 20 ta' Jannar fil-qalba tal-maltemp. Servizzi oħra bħall-ġbir tal-iskart u t-tqassim tal-posta twaqqfu, kif ukoll it-tanker LNG f 'Marsaxlokk iċċaqlaq minn postu sabiex ma jiġix affettwat mir-riħ. JAELLE BORG Il-maltempata qawwija li laqtet lil Malta u Għawdex f 'dawn l-aħħar jiem ħalliet impatt qawwi fuq is-settur agrikolu, b'għadd kbir ta' bdiewa jirrappurtaw ħsarat estensivi fuq l-uċuħ tar-raba' u l-infrastruttura agrikola tagħhom. Din il-gazzetta tkellmet mal-President tal- Għaqda Bdiewa Maltin, Malcolm Borg fejn qalilna li s-sitwazzjoni hija waħda serja u qed toħloq inċertezza kbira dwar il-produzzjoni lokali fix- xhur li ġejjin. F'intervista ma' din il- gazzetta, Borg spjega li l-aktar ħsarat li ġew irreġistrati kienu fl- uċuħ tar-raba' miftuħa. "Ħafna wċuħ, fosthom patata, pastard u ħxejjex oħra, spiċċaw bil-ħsara jew meqruda għalkollox. Barra minn hekk, ir-riħ qawwi qatta' serer sħaħ tal-plastik, li jfisser spejjeż kbar addizzjonali għall- bdiewa minħabba li dawn iridu jinbidlu kompletament," qal Borg. Skont indikazzjonijiet preliminari, it-telf finanzjarju li sofrew xi bdiewa huwa sinifikanti, u f 'ċerti każijiet jista' jlaħħaq ma' eluf ta' ewro għalkemm f 'dan l-istadju ma setax itina indikazzjoni ċara ta' kemm bl-eżatt. Il-maltempata affettwat ukoll, b'mod indirett, il-provista ta' prodotti agrikoli li jiġu minn barra. Borg qal li r-riħ qawwi u l-kundizzjonijiet tat-temp ħolqu diffikultajiet fil-loġistika tat-trasport, b'ċerti trailers li kellhom jittardjaw jew ibiddlu r-rotot tagħhom, speċjalment minn pajjiżi Ewropej. Minkejja dan, huwa spjega li s-suq Malti ġeneralment fejn hu possibbli jibqa' jiġi mimli minn affarijiet lokali. Madankollu, Borg wissa li l-effett tal-maltempata fuq il-produzzjoni lokali mhux neċessarjament se jinħass immedjatament. "Dak li ġara din il-ġimgħa jaf naraw l-impatt tiegħu aktar 'il quddiem, possibbilment fi żmien tlieta sa erba' xhur. Spjegalna wkoll li dak ILENIA DEBONO L-Għaqda Sajjieda Attivi qalet ma' din il-gazzetta li l-ikbar inkwiet tas-sajjieda tagħha waqt il-maltempata kienet il-ħsara li setgħet issir lill-opri tal-baħar tagħhom. Il-maltempata Harry kellha impatt detrimentali fuq Malta, inkluż pixkerija mingħajr ħut lokali hekk kif l-ebda sajjied ma kien se joħroġ f 'dak it-tip ta' temp. Jason Grixti, f 'isem l-Għaqda, qal li xi wħud mis-sajjieda sofrew ħsarat fil-bastimenti tagħhom hekk kif il-kobor tal-mewġ li daħal fuq l-art qatta' biċċiet mill-opri u anke kaxkru l-mażżri tagħhom fejn l-opri tal-injam spiċċaw jaħbtu ma' xulxin. "Oħrajn sofrew ukoll telf ta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 January 2026