MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-maltempata Harry ta' dil-ġimgħa ħakmet il-gżejjer Maltin u ħalliet ħer- ba sħiħa warajha. Kienet mistennija, u l-awtoritajiet ħarġu avviżi f 'waqth- om. Iżda d-distruzzjoni li ħalliet warajha l-maltempata ħalliet ħafna bla kliem. L-unika punt pożittiv – dak li l-Ingliżi jsejħulu s-silver lining – kien il-fatt li ma miet ħadd. Inċidenti kien hemm, imma l-ħaddiema tal-emerġenza u oħrajn, marru lil hinn mid-dover tagħhom u għal sigħat u jiem sħaħ ħadmu qatigħ f 'kundizzjonijiet inumani. Ix-xogħol tal- membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tad-Dipartiment tal-Emerġenza, l-Enemalta, tat-tindif pubbliku, kollu kien apprezzat u rikonoxxut minn kulħadd. Id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti lil dawn il-ħaddiema allowance speċjali għall-ħidma tagħhom waqt u wara l-maltempata ma kinitx mistennija imma ċertament ta' min ifaħħarha. Tħabbar ukoll li sajjieda li sofrew ħsarat fil-maltempata – kien hemm ħafna – ħa jingħataw għajnuna sħiħa mid-Dipartiment tas-Sajd. Din ukoll hija deċiżjoni ta' min ifaħħarha. Li ma smajniex huwa hekk hux se tingħata l-istess assistenza lil dawk in-negozji li sofrew ħsarat estensivi fil- maltempata. Rajna ritratti u filmati ta' negozji li spiċċaw mgħarrqa wara li r-riħ, terrapien u oġġetti oħra fit-toroq saħansitra faqgħu l-bibien u l-ħġieġ ta' numru ta' stabbilimenti. Ħsarat fl-istruttura, fl-għamara, fil- makkinarju u fit-tagħmir elettroniku, fis-sistemi tad-dawl u anke fl-istocks tal-ikel. Numru ta' negozji qed jaffaċċjaw spejjeż kbar biex ikopru l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata. Is-silenzju fil-konfront tagħhom u dak li għaddew minnu jħassibna u mhux it. Importanti wkoll huwa x'se jiġri issa li l-maltempata għaddiet. Li kollox imur lura għal li kien mhijiex l-aħjar soluzzjoni. Irridu nitgħallmu minn dak li għaddejna minnu din il-ġimgħa. Iżda rridu noqogħdu attenti u naġixxi b'għaqal. Fuq il-media soċjali kulħadd mimli ideat kif jistgħu jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fil-futur. Iżda soluzzjoni sostenibbli għal pajjiżna m'għandhiex tiġi minn nies li ma jimu xejn fil-qasam. Nistennew li l-Gvern jieħu azzjoni biex jevalwa l-esperjenza ta' dil-ġimgħa u jistudja kif effetti ta' maltempati bħal Harry jistgħu jiġu mitigati fil-futur. Għax il- probabbiltà hi li dawn ħa jiżdiedu u jiħraxu fil-futur, mhux jonqsu. Għal kull storja ta' sajjied jew negozjant li tilfu kważi kollox f 'din il-maltempata, rajna wkoll stejjer oħrajn. Rajna kmamar mibnijin illegalment tul il-kosta mgħarrqin bil-mewġ feroċi li ħebb għall-art. Rajna makkinarju u tagħmir ippustjat fejn mhux suppost, li nġarr mill-ilmijiet. U l-gvern ma jistax jibqa' jagħlaq għajnejh. Waqt li jevalwa x'għandu jsir biex fil-futur nilqgħu għal maltempati simili aħjar, għandu jiex deċiżjoni u azzjoni immedjata fuq l-illegalitajiet mifruxin mal- kosta kollha: kmamar mal-baħar li anke jintużaw għal akkomodazzjoni abbużiva, użu bla permess tal-kosta, il-bajjiet u l-ibħra tagħna, karavans li appropjaw art mhux tagħhom għal snin twal mingħajr ħsieb li jiċċaqalqu. Il-lista tkompli u tkompli. Għandhom x'jaqsmu direttament mal- maltempata? Forsi le. Imma f 'dawn il-jiem, minħabba dak li ġarrbu, reġa' spunta fil-wiċċ id-disprezz totali ta' certi nies lejn il-liġi tad-dritt. Nawguraw li forsi – fl-aħħar – il-gvern jieħu azzjoni deċiżiva biex jirranġa dawn l-irregolaritajiet li ilu jinjora għal snin twal. Forsi Harry jgħallimna iktar milli biss kif nipproteġu ruħna fil-maltemp. Tagħlimiet wara l-maltempata Harry

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 January 2026