MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fiċ-ċinema, il-films tal-misteru jew tad-drammi kriminali li kienu prodotti mis-snin bikrin tal-erbgħinijiet jew sal-aħħar tad-diċennju ħamsin jissejħu "film noir". Xogħlijiet ta' din il-karatteristika kienu aktarx iffilmjati bla kulur bi stejjer li jinvolvu "femmes fatales" (nisa ta' karattru laxk jew li jridu jingannaw), li jsibu falliment jew li jkunu vittmi ta' xi qerq u ditektivs mhux konvenzjonali jew li jieħdu l-liġi f 'idejhom, kif ukoll investigaturi privati li ġieli jsibu ruħhom fil-għawġ. L-isem "film noir" jew aħjar "film oskur" (noir bil-Franċiż tfisser iswed) applikawha l-ewwel għall-films ta' Hollywood il-kritiċi Franċiżi tassew affaxxinati b'dawn il-produzzjonijiet. Kien il-kritiku Nino Frank li fl-1946 laqqamhom hekk. L-industrija tal-films ta' Hollywood baqgħet ma tafx b'dan it-titlu sas-snin sebgħin. Hemm għajdut li jgħid li dan Nino Frank ċempel lil xi direttur u dan qallu li qed jara film tar-rinomat Direttur Jean Renoir. Nino fehem Renoir bħala "noir" u b'hekk ġie dan it-titlu. L-istudjużi tal-istorja taċ-ċinema u l-kritiċi fissruhom retrospettivament. Qabel ma l-isem "film noir" ġie addottat fis-snin sebgħin, ħafna minn dawn il-produzzjonijiet klassiċi kienu jirreferu għalihom bħala melodrammi. Jekk l-isem "film noir" bħala ġeneru ta' kwalità distinta jikkwalifika għal hekk, dan hu suġġett li għal ħafna snin saru diversi diskussjonijiet fuqu. Dan l-andament jitferrex fuq diversi suġġetti; il-figura ċentrali jista' jkun ditektiv privat bħal f 'e Big Sleep" (1946), ġerrej mingħajr post f '"Night And e City" (1950), ċittadin onest imħajjar fil-kriminaltà f '"Gun Crazy" (1950), jew sempliċement ikun vittma taċ-ċirkostanzi li jsib ruħu fihom kif ġara f ' "D.O.A." (Death On Arrival – 1949). Għalkemm "film noir" kien assoċjat ma' xogħlijiet Amerikani, produzzjonijiet ta' dan il-ġeneru bdew jinħadmu mad-dinja kollha. Diversi films maħruġa mis-snin sittin 'il quddiem esibixxew pjanijiet ta' dan it-titlu tal-perjodu klassiku, b'andamenti bħalhom. Xi wħud jirreferu għall-films ta' dan il-ġeneru ta' dan l-aħħar bħala "neo-noir". Awturi, fost oħrajn, li kitbu stejjer ta' dan l-istil kienu Raymond Chandler, Cornell Woolrich, li xi kultant kiem jikteb taħt il-psewdonomu George Hopley jew William Irish u Dashiell Hammett. L-ebda kittieb ma pprovda bażi għall-films "noir" tal-perjodu klassiku daqs Woolrich, b'kollox 13 li jinkludu Blue Angel (1946), Deadline At Dawn (1946) u Fear In e Night (1947). Niġi issa għall-perjodu klassiku. Kif diġà semmejt, is-snin erbgħin u ħamsin iqisuhom bħala ż-żmien propizju tal-perjodu klassiku tal- "film noir" Amerikan. Għalkemm hemm xi xogħlijiet li kważi joqogħdu f 'din il-kategorija fis- snin tletin, l-ewwel film meqjus bħala "film oskur" hu Stranger On e ird Floor (1940), dirett minn Boris Ingster. Fih ħadem mhux bħala l-protagonist l-attur imwieled l-Ungerija Peter Lorre, li fiż-żmien ta' wara ħadem f 'diversi films ta' dan il-ġeneru f 'partijiet sekondarji. Ħafna mill-films "noir" ta' dan il-perjodu ma kellhomx baġits kbar u lanqas atturi rinomati. Kien hemm ukoll esperimenti viżwali, films indipendenti maħdumin mhux minn Hollywood. Din il-forma ta' espressjoniżmu assoċjata man-"noir" u kważi semidokumentarju fl-istil wara wriet ruħha f 'żewġ tendenzi differenti. Strutturi narrattivi kultant kienu jinvolvu l-użu tal-"flashbacks" (x'ġara qabel). L-isfurzar tal-Production Code (bħala ċensura li tirregola x'jidher fil-films) kienet tiżgura li ebda karattru fl-aħħar ma jgħaddiha lixxa jekk jikkommetti qtil u jidher fis-sodda ma' xi ħadd jekk mhix martu. Xi films għaddewha lixxa jew żelqu liċ-ċensuri b'element ta' djalogu spint għal dak iż-żmien. Tematikament, films "noir" kienu l-eċċezzjoni għall- frekwenza spissa li fihom fiċ- ċentru tidher xi mara ta' virtujiet mhux prudenti. L-aqwa film f 'din il-vija kien l-eċċellenti Double Imdemnity (1944) dirett minn Billy Wilder bl-attriċi Barbara Stanwyck bħala mara li titlob għajnuna però f 'moħha jkollha biss motivi malinni u ta' ingann, tip li fis-snin ta' qabel dan l-irwol kien addattat ferm għal Marlene Dietrich. Infatti, Stanwyck fil-film kien jisimha Phyllis Dietrichson. Dan kien film tal-prima klassi tal- kumpanija Paramount li kellu seba' nominazzjonijiet għall- Oscar, għamel profitt kbir u sar wieħed mill-aktar influwenti ta' dan il-ġeneru. 14 films IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum Carmel Bonnici Il-ġeneru ta' films imsejħa "noir" jew tal-misteru L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Double Indemnity

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 January 2026