Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823
08 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum opinjoni "Il-progress li sar mhuwiex każ li jiġri bil-kwiet – huwa riżultat ta' kuraġġ, determinazzjoni u politika ċara li ma tħallix lill- ħaddiem jitħalla lura" Kandidat tal-Partit Laburista JESMOND BONELLO Q abel l-2013, pajjiżna kien mifni b'realtà inġusta fis-suq tax-xog- ħol, frott snin twal ta' nuqqas ta' viżjoni u indifferenza minn gvernijiet li ma kinux qed jiddefendu d-dinjità tal-ħaddiem. Il-paga minima kienet ilha ffriża- ta għal żmien twil, filwaqt li eluf ta' ħaddiema kienu jiġu mqass- min b'mod artifiċjali bejn diversi kumpaniji biex jiġu miċħuda mill-ħlas dovut tas-sahra. Kien hemm min iħaddem li ma kienx iħallas rata ta' paga xierqa, u jillimita ruħu biex jagħti biss il-minimu legali – xi drabi lanqas dak. Is-suq tax- xogħol kien strutturat favur min iħaddem, b'ħaddiema sfurzati kważi jittallbu għal it sigħat xogħol fil-ġimgħa, ħafna drabi bla ċertezza. Ekonomija staġnata u prezzijiet tal-enerġija dejjem jiżdiedu kienu jkomplu jiffaċilitaw abbuż sistematiku, filwaqt li l-ħaddiema u l-familji tagħhom kienu maqbuda f 'morsa li ma setgħux jilliberaw ruħhom, f 'kuntest fejn il-gvern ta' dak iż-żmien baqa' jagħlaq widnejh għall-weġgħat tagħhom. F'dak il-kuntest diffiċli, kien Gvern Laburista li kellu jmidd idejh b'kuraġġ u determinazzjoni biex jindirizza din is-sitwazzjoni. Sostna lill-ħaddiema permezz ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal- enerġija, li ta nifs ta' serħan lill-familji Maltin, u fl-istess ħin offra assistenza meħtieġa lill- kumpaniji stabbiliti f 'pajjiżna. Din l-istrateġija bbilanċjata wasslet għal aktar investiment u reġgħet ċaqalqet il-mekkaniżmu ekonomiku Malti. Il-Gvern Laburista baqa' miexi b'mod konsistenti fit-triq tar- riforma u tal-ġustizzja soċjali: indirizza numru ta' abbużi li kienu jsiru fuq il-ħaddiem u, fl-2017, ħoloq ehim storiku mal-imsieħba soċjali biex, għall-ewwel darba, tiżdied il-paga minima. Fl-istess ħin, żdiedet ukoll il-pensjoni minima tal-pajjiż u ngħataw żidiet lill- pensjonanti kollha – prova ċara ta' politika li tqiegħed lin-nies u d-dinjità tagħhom fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet. Madankollu, din il-ħidma ma rnexxilhiex tħassar kompletament l-anomaliji li kien ħoloq il-Gvern Nazzjonalista. Fost dawn kien hemm diskriminazzjoni ċara bejn il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u dawk li twieldu wara din is-sena, fejn dawk tal-ewwel bdew jirċievu żidiet inferjuri meta mqabbla ma' sħabhom l-oħra. Sitwazzjoni li kienet teħtieġ intervent urġenti u bidliet fil-liġijiet Maltin. Iżda apparti din id- diskriminazzjoni, il-Gvern Laburista rnexxielu, mingħajr wisq daqq ta' trombi, jindirizza kwistjoni oħra li bdiet mis-sena 2006 u li kienet qed toħloq sistema ta' cheap labour permezz ta' proċeduri legalizzati. Din l-azzjoni turi determinazzjoni ċara biex jiġi protett il-ħaddiem u li jiġu eliminati sistemi inġusti li joffru d-dinjità u l-ħidma ġusta tal-poplu Malti. Fl-2006, ħaddiema bħal cleaners u għassiesa ma baqgħux jiġu impjegati direttament mal-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern. Eventwalment, anki carers u skrivani spiċċaw jiġu impjegati permezz ta' kuntratturi privati. Dan kollu ħoloq il-bidu tal-fenomenu tal-prekarjat u d-diskriminazzjoni ċara bejn ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol. F'dawk iż-żminijiet, il-ħaddiema mal-kuntrattur kienu jirċievu xejn aktar minn €4 fis-siegħa, u l-unika żieda li rċevew wara snin twal kienet sempliċement aġġustament għall-ogħla tal-ħajja. Din is-sitwazzjoni kienet weġgħa kbira għall-ħaddiema, għall-familji tagħhom, u għal dawk li kienu qed jirrappreżentahom. L-isforzi tal-Unions f 'kollaborazzjoni mal-Gvern tal-ġurnata ma wasslux għal riżultati konkreti, u l-prekarjat kompla jespandi. Saħansitra d-distakk bejn ħaddiema impjegati direttament mal-entitajiet u d-Dipartimenti tal-Gvern u dawk impjegati permezz ta' kuntrattur kompla jikber. Il-mod kif din id- diskriminazzjoni nħolqot kien legali fil-fatt. Il-liġi dwar ħlas ugwali għal xogħol ugwali kienet limitata, mhux biss fil- kundizzjonijiet tax-xogħol, iżda wkoll għal ħaddiema ġol-istess kumpanija, u anki l-liġijiet Ewropej kellhom restrizzjonijiet simili. Meta l-Partit Laburista ngħata l-fiduċja mill-poplu Malti, il-Gvern beda jevalwa b'mod strateġiku kif seta' joffri sostenn lill-ħaddiema ddiskriminati. Fl- 2014 iddaħħlet ir-rata minima għall-ħaddiema tal-kuntrattur, li stabbilixxiet rata fis-siegħa li ma kinitx inqas mir-rata tal-istess xogħol li jsir minn ħaddiema impjegati direttament mal-Gvern. Din kienet kisba storika u prova ċara li l-prinċipji soċjalisti jistgħu jiġu tradotti f 'azzjoni konkreta. Kien biss din is-sena, permezz ta' bidliet legali uniċi fl-Unjoni Ewropea u konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, li ġie garantit li l-prinċipju tal-ħlas ugwali għal xogħol ugwali jingħata saħħa ġdida u drittijiet reali għall-ħaddiema. Din ir-reviżjoni mhux biss offriet żidiet fir-rata bażika, iżda wkoll ippermettiet li l-ħaddiema tal- kuntrattur li qed jagħtu servizz fl-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern ikollhom l-istess żidiet inkrementali kull sena u jibbenefikaw mill-allowances u kundizzjonijiet tal-leave kollha. Dan kien pass kruċjali fil-ġlieda kontra l-prekarjat u għall- ġustizzja soċjali fis-suq tax- xogħol Malti. Il-progress li sar mhuwiex każ li jiġri bil-kwiet – huwa riżultat ta' kuraġġ, determinazzjoni u politika ċara li ma tħallix lill-ħaddiem jitħalla lura. Mill-abbużi u l-anomaliji li kienu saru f 'qafas legali, sal- introduzzjoni tal-paga minima u l-estensjoni ta' drittijiet ugwali għall-ħaddiema tal-kuntrattur, il-Gvern Laburista wera li meta jkun hemm għarfien u volontà, il-ġustizzja soċjali tista' tingħata ħajja. Din mhix biss kwistjoni ta' statistika u miżuri legali; hija ġlieda reali kontra l-prekarjat, kontra l-inġustizzji, u għall- pari opportunità għall-familji Maltin kollha. Pajjiżna wera li meta l-politiċi jagħżlu l-poplu u d-dinjità tiegħu fuq interessi privati, il-bidla tista' ssir realtà u l-ekonomija tista' tikber b'mod ġust u sostenibbli. Gvern Laburista li indirizza diskriminazzjonijiet ta' żmien Gvern Nazzjonalista Fl-2014 iddaħħlet ir-rata minima għall-ħaddiema tal-kuntrattur

