Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823
illum • IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 07 intervista u rispett għal-liġi internazzjonali ' "Ma jfissirx, li jien għadni Myriam ta' 18 u rrid li l-Palestinjani jkollhom l-art tagħhom akkost ta' kollox. Illum, min ikun qed imexxi għandu r-responsabbiltà tal-pożizzjoni tiegħu u tal-poplu li fdah bit-tmexxija ta' pajjiżna." Għalfejn għandna noqogħdu lura milli nitkellmu fuq affarijiet li huma fl-aħħar mill-aħħar ħżiena? Inti qed titkellem fuq l-organizzazzjoni tal-UE, sa fejn naf jien mad-dikjarazzjonijiet li saru bħala Unjoni, Malta qablet. Issa hemmhekk ma narax lok illi dejjem għandna nkunu aħna li noħorġu u naraw il-linja. Inżommu quddiem għajnejna r-realtà tal-UE, li l-membri hemm min minnhom għandhom vuċi akbar minn ta' Malta. Malta dejjem żammet ma' kif iddeċidew. L-UE għandha ħaġa tajba, il-prinċipji tagħha huma prinċipji b'kuxjenza fil- qasam tal-liġi internazzjonali. Li għandna bħalissa hija li hemm min m'għandux kuxjenza, li jara biss it-triq tiegħu esklussivament li jara lilu nnifsu li tbiegħed mill- kunċett ta' armonija fost il-ġnus. Malta apparti li hi membru tal-UE għandha impenn fil-kostituzzjoni li tkun newtrali. F'dan il-kuntest, kemm nistgħu nibqgħu newtrali? Voldieri ma nagħmlu xejn f 'ċertu ambitu? Jien niimha kif qiegħda fil- kostituzzjoni li hemm li aħna rridu attivament naħdmu għall- paċi. Bħala Malta, in-newtralità bħala Malta spjegajnieha li ma niħdux sehem f 'azzjonijiet fejn jidħol il-militar jew jiġi inkoraġġit kunflitt bl-armi. S'hemmhekk naraha jien. Għaliex il-bqija, aktar naħdmu sabiex attivament jekk hemm lok illi naslu għal xi triq li tieħu għall-paċi, ninkuraġġuha. Nafu x'qed jingħad fejn jidħol il- President tal-Amerka, kultant ikun hemm min maqdar il-fatt li qisu aħna bħala Malta ma noħorġux b'mod aktar punġenti fejn jidħlu ċerti azzjonijiet tal-Amerka. Jien naraha li kif żviluppat il-politika tagħna, aħna anke jekk il-President Trump ikun qiegħed jipproponi xi pjan li jista' jwassal għall-paċi, aħna dak naraw jekk fil-fatt hemmx xi ħjiel li dan l-imbierek paċi jasal. Inti semmejt il-Lvant Nofsani, fejn se jkolli nistqarr li bħala President, il-linja ta' pajjiżi żviluppat wara amministrazzjoni u amministrazzjoni fejn għandna ehim li kulħadd aċċetta. Bħala Myriam – u mhux bħala l-president ta' Malta – waqt l-indirizzi li nagħti 'l hinn u 'l hawn meta nsemmi ż-żewġ stati tal-Lvant Nofsani li jgħixu bħala aħwa ħdejn xulxin, kemm- il darba f 'qalbi ngħid li b'din il-mibegħda li qed titkattar, inħossni patetika. Dak ma jfissirx, li jien għadni Myriam ta' 18 u rrid li l-Palestinjani jkollhom l-art tagħhom akkost ta' kollox. Illum, min ikun qed imexxi għandu r-responsabbiltà tal-pożizzjoni tiegħu u tal-poplu li fdah bit-tmexxija ta' pajjiżna. Inti f 'diskors li għamilt f 'Jum ir-Repubblika kont tkellimt fuq il-Housing. X'ridt tgħid meta semmejt din it-tema? Ħafna miż-żgħażagħ meta jitkellmu fuq dan is-suġġett jarawha bħala l-ikbar problema. Għajnuniet kien hemm ħafna, il-biża' tiegħi huwa li l-għajnuniet li anke l-gvern jagħti jinbelgħu mill-istess suq, u dejjem jitla' l-prezz. Allura min ikun gwadanja? Jekk tiġi f 'sitwazzjoni fejn tidħol social housing, fis-sittinijiet l-ewwel ma nbnew kienu l-flettijiet ta' Blata l-Bajda, imbagħad fis- sebgħinijiet u t-tmeninijiet kien hemm kontroversji fuq l-għażla tas-sit għal ċertu housing sites. Għal ċerti deċennji konna kważi solvejna l-problema tal-housing, imma qatt ma solvejnieha kompletament. Dan għaliex, jien nemmen illi l-Gvern irid jaħseb f 'dawk u jipprovdi housing diċenti għal dawk li jagħmlu kemm jagħmlu sagrifiċċju xorta ma jlaħħqux. Għalija s-social housing minn hemm jibda. Il-bqija dawk li jirnexxilhom ifendi, jgħinhom ifendu. Inti semmejt ukoll fl- istess diskors il-ħatriet importanti fosthom tal- Prim Imħallef u Awditur Ġenerali. Hemm il-problema li dawn biex jintgħażlu trid tkun konsensus mill- Oppożizzjoni. Hemm bżonn illi jaslu għal ftehim. M'aħniex poplu daqshekk fqir li ma nsibux tliet persuni għal dawn il-ħatriet. Jien għalija xi ħaġa li minn ewl id- dinja għandek il-kostituzzjoni li d-deputat awditur jimla l-post tal-awditur jekk jinqala' xi ħaġa biex ma jkunx vojt. L-akbar skrutinju tal-operat tal-gvern vojt, għax anke l-post tad- deputat awditur ġenerali huwa vojt. Fil-mument preżenti, taħseb li ħa naslu għad-deċiżjoni jew m'intix konxja ta' xi forma ta' deċiżjoni? Jien, di natura, bniedma illi t'idi f 'idi, kultant li jkun f 'idek ukoll jiskappalek. Hija kwistjoni delikata, imma hemm bżonn li ż-żewġ partiti jaslu b'deċiżjoni bejniethom għax inkella nemmen li n-nies hemm barra m'aħniex se ntuhom il-messaġġ li flimkien fejn hemm bżonn għall-ġid ta' kulħadd nieħdu deċiżjonijiet flimkien. Lil hinn mill-ftehim, dawn in-nies, x'taħseb li għandhom ikunu? Imħallef irid ikun bniedem uman u bniedem meqjus; bniedem li jien nemmen m'għandux ikollu familjaritajiet 'l hemm u 'l hawn. L-interpretazzjoni tiegħi hija l-antika li jżomm ċertu distakk minħabba ċerta imparzjalità li għandu jkollu, imma fl-istess waqt jimxi maż-żminijiet u s-sistema tal-ġustizzja li l-poplu t'hemm barra jżidlu l-fiduċja tiegħu fiha. L-iskrutinju u l-kummissarju li għadu kemm inħatar huwa parti oħra fejn nipprova li jkun hemm aktar skrutinju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja għax irridu nifhmu li l-iżvilupp soċjali u politiku f 'pajjiżna anke b'edukazzjoni aħjar, dan il-poplu jinteressah. Il-Presidenza tiġi assoċjata mal-MCCF, l-Istrina u l-ġbir ta' fondi. Kien hemm għajta dal-aħħar dwar kif isir il- ġbir ta' fondi. Kif tirrispondi għal din il-kritika ta' kif jinġabru dawn il-fondi? L-ewwel nett, meta anke ntqal li l-Gvern kien lest u bdew diskussjonijiet fuqha, li dan il- gvern se joħodhom fuq spallejh, dik is-sistema ma tantx tidher li ħa tinqata' kompletament. Dejjem trid tidħol il-MCCF biex fejn ma jidħolx il-Gvern b'ċerti regoli, sabiex xorta l-poplu jkun megħjun. Jiena din għalija hija xi ħaġa li dejjem bil-kunflitt fuqha. Irnexxieli li l-kunflitt li kelli fl-ewwel sena nnaqqsu naqra. Dik li inti tara t-tbatija tan-nies, allura rrid nurik kemm qed inbati biex tgħinni? Veru li mitt bniedem, mitt fehma, għax hemm ammont sostanzjonali ta' nies li jiġu megħjuna mill-MCCF u jiġu b'qalb kbira jgħidulek, "Iva, jien irrid ngħin lil min ikun fil-pożizzjoni tiegħi jmur għall- aħjar." Issa din tiddependi ħafna mill-individwu wkoll. Mela aħna t-tbatija tal-proxxmu u mard ikrah li jikkundannak għad- dinja l-oħra, dan għandna bżonn nuruh? Kultant hekk ngħid. Imma lil sħabi li tant jiddedikaw ħin inħallihom jikkonvinċuni għax ninkwetahom. Hemm ċans li waqt inti tkun president ikun hemm elezzjoni. Meta jkun hemm amministrazzjoni ġdida, il-ħolma tad-diskussjoni serja dwar it-tibdil kostituzzjonali, inti bħala president se tqajjimha? Nispera li jkun wasal iż- żmien, waħda mill-affarijiet li tgħin li meta jkollok elezzjoni partikolarment jekk l-elezzjoni ġġib tibdil fl-amministrazzjoni tkun tranżizzjoni bla problemi. Jekk ikun hemm l-amminstrazzjoni, dejjem l-istess ħaġa jrid ikun hemm. Ir- rieda li dan is-suġġett jaqbduh. Jien għalhekk għedt forsi fil- programm elettorali li jmiss ikun inkluż dan. Tant hi xi ħaġa serja u ta' portata, li bħalissa li fl-aħħar sena tal-leġiżlatura iżjed tagħmel deni. Il-President Myriam Spiteri Debono ma' Saviour Balzan

