MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -aħbar tal-Prim Ministru Robert Abela li Malta kienet "mistiedna informalment" u li qed tikkunsidra jekk tisseħibx fil-Bord tal-Paċi li nieda l-President Amerikan Donald Trump donnha ħas- det lil ħafna. Robert Abela saħaq fil-parlament li qed jikkonsidra li Malta tissieħeb fil- Bord tal-Paċi u qal li diġà saqsa għal pariri legali fuq il-kwistjoni. Qal ukoll li Malta tissieħeb mal-Bord jekk ikun fl- interess nazzjonali ta' pajjiżna, anke jekk mingħajr il-qbil tal-Unjoni Ewropea. Dan il-bord huwa maħsub minn ħafna bħala grupp politiku intergovernattiv li se jkun rivali għan-Nazzjonijiet Uniti (NU) wara li l-amministrazzjoni ta' Trump irtirat l-impenn tagħha lejn 31 organizzazzjoni tan-NU u naqset l-appoġġ finanzjarju għal numru ta' organi oħra tan-NU. Fost dawn il-pajjiżi nsibu pajjiżi li huma rinomati għall- ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll stejjer antidemokratiċi. L-istqarrija ta' Abela mill-ewwel qanqlet reazzjonijiet, kemm mill-kamp politiku u oħrajn. Ħafna, anke fil-Partit Laburista, qalu li ma jaqblux jew li hemm bżonn ta' iżjed ċarezza tul il-mandat tal-Bord tal- Paċi u kif dan jista' jaffettwa l-obbligi ta' Malta. Wieħed ma jistax jifhem kif għall- Gvern Laburista, id-deċiżjoni dwar il- bord ta' paċi kellu jkun daqstant diffiċli. Mhuwiex ċar jekk dan il-bord imurx kontra l-prinċipji li jsawru lill-Partit Laburista u t-twemmin tiegħu. Huwa ċar daqs il-kristall imma li dan il-bord jonqos bil-kbir li jagħti importanza lis-soluzzjoni ta' żewġ pajjiżi ġirien u fl-istess ħin tinjora l-isforzi tan-NU. F'mument fejn l-Istati Uniti mmexxija minn Donald Trump qed jargumentaw li Greenland għandha tkun tal-Istati Uniti, fejn il-ftehim dwar il-Venezwela huwa marbut mal-bejgħ taż-żejt u mhux mad-drittijiet umani jew inkella mar-riformi demokratiċi, fejn il-qtil ta' Amerikani fit-triq qed isir bl-iktar mod viljakk u abbużiv, l-idea ta' Bord tal-Paċi mmexxi minn Trump hija dubjuża. U wara kollox, il-Prim Ministru xi jrid ifisser meta qal li rċieva stedina "informali"? Għalfejn pajjiżi oħrajn ġew mistiedna formalment minn Trump iżda Malta le? X'kienet ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea meta qalilhom li qed jikkunsidra li nissieħbu fil-Bord anke jekk huma ma jaqblux? Il-pariri legali li qal li saqsa għalihom fuq xiex huma bbażati? In-newtralità ta' Malta? Ir-reazzjoni mill-Unjoni Ewropea? L-impatt fuq ir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti jekk ma nissiħbux? X'inhu li qed jinkwetah lil Robert Abela? Abela lanqas biss qalilna x'jaħseb hu personalment dwar jekk għandniex nissieħbu. U li huwa ċar huwa li pajjiżna għandu jkun kburi bil-mod kif matul is-snin kien jittratta l-każ tal-Lvant Nofsani. Li jwassalna għall-konklużjoni li kien aħjar kieku l-Prim Ministru ddikjara li fl- interess tal-politika barranija ta' pajjiżna nibqgħu barra mill-Bord tal-paċi. Is-saga tal-Bord tal-Paċi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 February 2026