MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Warajh waslu ruxxmata ta' tfajliet 'ħżiena' bħal dawk interpretati minn Rita Hayworth f 'Gilda (1946), Lana Turner f 'e Postman Always Rings Twice" (1946), Ava Gardner f 'e Killers" (1946) u Jane Greer "Out Of e Past (1947). L-avversarju ta' dawn in- nisa "dubjużi", l-investigatur privat kien interpretat minn Humphrey Bogart f 'The Maltese Falcon (1941) bl-isem ta' Sam Spade u f 'Murder My Sweet (U.K. Farewell My Lovely – 1944) Dick Powell ikun Philip Marlowe. Oħrajn li kienu jservu istituzzjonijiet akbar kienu Dana Andrews, ditektiv pulizija f 'Laura (1944), Edmond O'Brien investigatur tas-sigurtà finanzjarja f 'The Killers u Edward G. Robinson, aġent tal- gvern f 'The Stranger (1946). Il-prevalenza tal-investigatur privat naqset ferm fil-films "noir" tas-snin ħamsin, perjodu li fih ħafna kritiċi ddeskrivew il- forma tiegħu bħala aktar iffukat fuq psikoloġija estrema u aktar esaġerata inġenerali. Eżempju qawwi ta' dan hu Kiss Me Deadly (1955) ibbażat minn fuq novella ta' Mickey Spillane hawn bl-isem ta' Mike Hammer il-protagonist ditektiv privat li jfittex xi ħaġa stramba li tkun bomba atomika li tisplodi. Diversi diretturi rinomati meddew idejhom għall-films ta' din ix-xorta. Wara li John Huston iddebutta bħala direttur f 'The Maltese Falcon (1941), kompla wara b'Key Largo (1948) u The Asphalt Jungle (1950). Is-suċċess ta' Otto Preminger b'Laura kompla jkabbar ismu bi produzzjonijiet oħra "noir" lussużi għall-kumpanija 20th Century Fox, fosthom Fallen Angel (1945), Whirlpool (1949), Where The Sidewalk Ends (1950) u Angel Face għal RKO Radio. Ħames snin wara Double Imdemnity, Billy Wilder inkariga ruħu b'Sunset Boulevard (1950) u Ace In The Hole (1951) li kellu wkoll l-isem ta' The Big Carnival, kollha għal Paramount Pictures. Nicholas Ray beda jissemma' b'In A Lonely Place (1950) u wara, f 'dan l-istess ġeneru ħadem On Dangerous Ground (1952). Fl- 1948 kien ukoll involut f 'They live By Night (1948). Fritz Lang beda b'The Woman In The Window (1945), produzzjoni indipendenti ta' International Pictures però warajh idderieġa The Scarlet Street (1945), wieħed mill-ftit ta' dawn il-klassiċi uffiċjalment iċċensurat minħabba referenzi erotiċi. Tliet snin wara ħadem Secret Beyond The Door (1948), b'manjiera simili. Jules Dassin qabel kien sfurzat iħalli l-Amerika minħabba persekuzzjoni politika ħadem żewġ films klassiċi tal-ġeneru "noir", Brute Force (1947) u e Naked City (1948). Raoul Walsh idderieġa xogħlijiet li jistgħu jiġu kklassifikati ma' dan it-tip ta' film bħal e Drive By Night (1940), Manpower (1941) u High Sierra (1941). Il-films tiegħu wkoll tat- tip ta' din ix-xorta, White Heat (1949) u e Enforcer (1951) kellhom atturi famużi. Kien hemm ħafna diretturi oħra li ħadu t-tmun ta' produzzjoni simili, fosthom Orson Welles f 'The Lady From Shanghai (1947) u anki Touch Of Evil (1958) b'kast imponenti li fih ħadmu Charlton Heston, Janet Leigh, id-direttur stess Orson Welles, Marlene Dietrich u l-kompatrijott tagħna Joseph Calleia li laħħaq sewwa ma' dawn it-talenti kollha, ikkwotat mill-kritiċi bħala l-aħjar 'film noir' tal-perjodu klassiku tas- snin ħamsin. Jacques Tourneur kellu suċċess b'Out Of The Past (U.K. Build My Gallows High – 1947) b'atturi bħal Robert Mitchum, Kirk Douglas, Jane Greer u Rhonda Fleming. Fis-snin ta' wara ħarġu wkoll xi films tal-misteru, issa bil- kulur fosthom Farewell My Lovely (1975) u The Big Sleep (1976) li reġgħu nħadmu b'viżjoni moderna imma b'inqas impatt u oħrajn. Fost l-aħjar minn dawn tal-aħħar jispikka fuq kulħadd Chinatown (1974) tad-Direttur Roman Polanski, tajbin ukoll huma The Long Goodbye (1973), Body Heat (1981) u passabbli The Black Dahlia (2006). Il-Franċiżi wkoll ibbrillaw b'Le Samourai (1967) bl-attur li ħalliena m'ilux Alain Delon. L-aħħar film tal-ġeneru "noir" li ħareġ fostna kien Marlowe (2022) bl-attur Liam Neeson. Fl-1969 kien ħareġ ieħor dwar id-ditektiv Philip Marlowe wkoll intitolat Marlowe. Iċ-ċiklu ta' films "noir" wera aspett serju u intelliġenti ta' Hollywood li baqa' jaffaxxina lill-ħafna minn madwar id-dinja sal-preżent. 14 films IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum Carmel Bonnici Il-ġeneru ta' films imsejħa "noir" jew tal-misteru L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Maltese Falcon Sunset Boulevard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 February 2026