MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 ambjent IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum Xjenza Malta tingħaqad mal-European Partnership for Brain Health b' investiment ta' €3.5 miljun f'riċerka u innovazzjoni Xjenza Malta ngħaqdet uffiċjalment mal-European Partnership for Brain Health, inizjattiva mifruxa mal- Ewropa kollha mmirata lejn it-titjib tas-saħħa tal-moħħ permezz ta' riċerka koordinata, innovazzjoni, u kollaborazzjoni transfruntiera. Permezz ta' din is-sħubija, Malta tikseb aċċess għal għarfien espert kondiviż, opportunitajiet ta' finanzjament, u strateġiji bbażati fuq l-evidenza għall-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta' disturbi tal-moħħ, li jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini ta' kull età. Dan tħabbar waqt avveniment li laqqa' flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi, u lir-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili biex jimmarkaw dan l-istadju importanti u sinifikanti fl-inizjattivi tal-pajjiż dwar is-saħħa mentali u n-newroxjenza. Is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti enfasizza l-importanza soċjetali tal-inizjattiva. "Is-saħħa mentali taffettwana lkoll, fi żminijiet differenti u b'modi differenti. Il-parteċipazzjoni ta' Malta fil- European Partnership for Brain Health tiżgura li nistgħu nibbenefikaw minn għarfien kondiviż, approċċi bbażati fuq l-evidenza, u kollaborazzjoni transfruntiera, li fl-aħħar mill-aħħar itejbu l-benesseri tal-poplu tagħna." L-avveniment ġie indirizzat ukoll minn Dr Lydia Abela li stqarret, "Bħala soċjetà li nagħtu kas, jeħtieġ li nagħmlu sforzi sinifikanti biex inżidu l-kuxjenza, l-edukazzjoni, u fuq kollox, l-empatija. U dan irid isir anke maż-żgħar nett, u forsi ma' dawk fis-soċjetà tagħna li huma l-aktar vulnerabbli għall-pressjonijiet tad-dinja tal-lum – it-tfal." Il-Kap Eżekuttiv ta' Xjenza Malta, Silvio Scerri, żied jgħid li: "Din it-tnedija tirrappreżenta pass importanti għall- ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Malta. Billi nipparteċipaw f 'din is- Sħubija Ewropea, mhux biss qegħdin navvanzaw l-għarfien xjentifiku iżda qed niżguraw li r-riċerka tagħna tissarraf f 'titjib prattiku u sinifikanti għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna." L-avveniment kien jinkludi wkoll panel discussion ma' esperti mis-setturi tal-kura newroloġika, tal-ADHD, u tad-dimensja, li tesplora r-riċerka attwali, l-istrateġiji ta' prevenzjoni, u l-opportunitajiet offruti mill- kollaborazzjoni transfruntiera. Is- sessjoni ntemmet bi preżentazzjoni minn Kaylen Borg mit-Taqsima tal- Internazzjonalizzazzjoni ta' Xjenza Malta. Huwa spjega kif ir-riċerkaturi Maltin jistgħu jagħmlu użu mill- investiment finanzjarju ta' €3.5 miljun allokat mill-Gvern Malti għal din l-inizjattiva, sabiex Malta jkollha rwol attiv fir-riċerka Ewropea dwar is-saħħa tal-moħħ. It-tnedija enfasizzat l-impenn ta' Malta li trawwem il-kollaborazzjoni, tavvanza l-inizjattivi tas-saħħa mentali, u tittraduċi l-progress xjentifiku f 'benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini kollha. Dr Lydia Abela qalet li jeħtieġ li nagħmlu sforzi sinifikanti biex inżidu l-kuxjenza, l-edukazzjoni, u fuq kollox, l-empatija Malta tikseb aċċess għal għarfien espert kondiviż u opportunitajiet ta' finanzjament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 February 2026