MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

PAUL COCKS Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li għażel li jikxef l-isem tal-kandidat tal-gvern għall-kariga tal-Prim Imħallef hija xprunata mill-fatt li Abela jrid jittestja kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg huwa lest li jikkonfronta l-Labour. U fl-istess ħin jiżra' feles bejn id-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista. Abela jaf li l-uniku mod kif jista' jtawwal id- data tal-elezzjoni hu li jdgħajjef lil Borg. Minkejja li jidher ċar li l-magni tal-Partit Laburista huma mixgħula fl-eventwalità li Abela jsejjaħ elezzjoni qabel iż-żmien. Fl-aħħar sigħat, Abela insista li ma kien hemm l-ebda qbil li l-isem ta' Consuelo Scerri Herrera jibqa' mistur. Borg argumenta li mhux hekk kien il-ehim. Li huwa ċert hu li ċ-ċansijiet li Scerri Herrera tiġi aċċettata bħala kandidat għal Prim Imħallef issa huwa aktar diffiċli minn qabel. Sadattant, membri Parlamentari Nazzjonalisti li attendew għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari nhar l-Erbgħa tkellmu ma' din il-gazzetta fuq kemm kienu sorpriżi bl-andament tal-laqgħa. Il-laqgħa ssejħet b'mod urġenti wara li aktar kmieni nhar l-Erbgħa, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li l-Gvern ippropona lill- Imħallef Consuelo Scerri Herrera biex tinħatar Prim Imħallef. www.illum.com.mt NRU 998 €1.50 IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 ARA PAĠNA 4 - 5 IKOMPLI F'PAĠNA 3 ARA PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 ABELA JISFIDA LIL BORG, WAQT LI JINXTEGĦLU L-MAGNI TAL-ELEZZJONI BORG LILL-GRUPP PARLAMENTARI: 'MHUX SE NIDDISKUTI MAGĦKOM IL-ĦATRA TA' PRIM IMĦALLEF... ĦALLU F'IDI' INTERVISTA MA'CARMELO ABELA U BEPPE FENECH ADAMI Malta għandħa tissieħeb fil- Bord tal-Paċi? L-imwiet fl- ibħra Maltin fl-aħħar snin L-aħbar li l-Prim Ministru Robert Abela qiegħed jikkunsidra jsieħeb lil Malta fil- Bord imniedi minn Donald Trump tqajjem maltempata politika Il-President Amerikan Donald Trump Robert Abela (xellug) u Alex Borg igiddbu lil xulxin fuq in-nomina għall-ħatra ta' Prim Imħallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 February 2026