MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum It-talbiet tal-UMASA "esaġerati" skont il-ministeru Franza tapprova liġi biex tipprojbixxi l-midja soċjali għal tfal taħt il-15-il sena Azzjonijiet industrijali se jżommu lura l-marki tal-istudenti universitarji Il-Parlament Franċiż approva liġi li se tipprojbixxi l-użu tal-midja soċjali għal tfal taħt il-15-il sena, f'pass li għandu l-għan li jnaqqas l-impatt negattiv tat-teknoloġija fuq il-benesseri tat-tfal ILENIA DEBONO Aktar kmieni dan il-ġimgħa, il- Kunsill Studenti Universitarji ħabbru li l-UMASA, l-union tal-istaff universitarju, se jkunu qed jieħdu azzjonijiet industrijali hekk kif għadu ma ntlaħaqx ftehim kollettiv. Wara, organizzazzjoni studenteska oħra tkellmet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni li qalilhom li t-talbiet tal-UMASA kienu "esaġerati". Il-KSU ħa azzjoni diretta u ltaqa' mal-Ministeru għall-Edukazzjoni. Huma tkellmu fuq id-direttivi li se jieħdu l-UMASA u dwar il-fatt li l-marki tal-eżamijiet se jittardjaw. Il-Kunsill enfasizza li kwalunkwe żieda fil-paga tal- letturi għandha ssir flimkien ma' żieda proporzjonali fi nfiq mill- gvern sabiex ma jkunx hemm iżjed pressjoni fuq ir-riżorsi tal- Università. Il-Ministru Clifton Grima qal li intervjena hu personalment sabiex jitħaffef il-proċess. Hu qal ukoll li nhar il-Ġimgħa seħħet laqgħa bejn il-partijiet kollha sabiex jippruvaw isibu offerta aċċettabbli għall-partijiet kollha. Il-KSU qal li lest jagħti seba' ġimgħat ċans sabiex tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet. Jekk ma tinstabx soluzzjoni sa dak iż-żmien, il-Kunsill lest li jieħu azzjonijiet legali. L-azzjonijiet industrijali li qed jittieħdu mill-UMASA huma li l-eżamijiet u t-teżijiet se jiġu kkoreġuti imma l-marki finali mhux se jingħataw lill- amministrazzjoni u effettivament lanqas jaslu għand l-istudenti. Qalu wkoll li ma jattendux laqgħat amministrattivi sakemm dawn il-laqgħat m'għandhomx x'jaqsmu ma' riċerka, promotions, ma' studenti jew taħriġ. JAELLE BORG Il-Kamra Nazzjonali Franċiża approvat b'maġġoranza kbira proposta ta' liġi li se tipprojbixxi l-aċċess għall-pjattaformi tal- midja soċjali għal tfal taħt il- 15-il sena, f 'pass li qed jitqies bħala wieħed mill-aktar miżuri radikali fl-Ewropa biex jiġu protetti t-tfal minn użu eċċessiv tal-iskrin u mill-effetti negattivi tal-midja diġitali. Il-proposta ġiet adottata b'130 vot favur u 21 kontra, wara sessjoni parlamentari twila. Il-liġi issa se tgħaddi għand is-Senat, li se jiddeċiedi jekk tistax tidħol fis- seħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Il-President Franċiż Emmanuel Macron kien fost dawk li l-iktar sostnew din il-miżura. F'messaġġ fuq il-pjattaforma X, huwa ddeskriva l-vot bħala "pass kbir" favur il-benesseri emozzjonali u mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ. F'video li ppubblika, Macron sostna li "l-emozzjonijiet tat-tfal tagħna mhumiex għall-bejgħ jew biex jiġu manipulati, la minn pjattaformi Amerikani u lanqas minn algoritmi Ċiniżi." Il-liġi tipprevedi li "l-aċċess għal servizzi ta' networking online huwa pprojbit għal minuri taħt l-età ta' 15-il sena," u tobbliga lill-pjattaformi diġitali jintroduċu sistemi effettivi ta' verifika tal-età biex jiġi żgurat li l-projbizzjoni tkun infurzata. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, bħalissa qed isir xogħol fuq livell Ewropew biex jinħolqu mekkaniżmi standardizzati ta' verifika li jirrispettaw ukoll il- protezzjoni tad-data personali. Franza se ssir it-tieni pajjiż fid- dinja li jintroduċi projbizzjoni ta' dan it-tip, wara l-Awstralja, li f 'Diċembru ħabbret li se timponi età minima ta' 16-il sena għall- użu tal-midja soċjali. Fil-każ Awstraljan, il-pjattaformi kbar huma obbligati jimblokkaw kontijiet ta' minuri taħt l-età stabbilita, u jistgħu jiffaċċjaw multi li jilħqu sa €28 miljun jekk jonqsu milli jikkonformaw. Skont Gabriel Attal, eks Prim Ministru u mexxej tal- partit Renaissance fil-Kamra Nazzjonali, il-miżura mistennija tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru li ġej, sakemm is-Senat jagħti l-approvazzjoni tiegħu sa nofs Frar. Huwa spjega li l-pjattaformi soċjali se jkollhom żmien sa tmiem is-sena biex jaddattaw għal-liġi u jieħdu passi kontra kontijiet eżistenti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-età. L-inizjattiva qed tiġi mbuttata wkoll fid-dawl ta' tħassib dejjem jikber dwar l-impatt tal-midja soċjali fuq is-saħħa mentali tat- tfal. L-Aġenzija Franċiża għas- Saħħa Pubblika (ANSES) wissiet li pjattaformi bħal TikTok, Snapchat u Instagram jistgħu jkunu ta' riskju, b'mod partikolari għall-bniet, minħabba pressjoni soċjali, kontenut relatat mad- dehra u algoritmi li jippromovu użu eċċessiv. Il-liġi tinkludi wkoll projbizzjoni fuq l-użu tal-mobile phones fl-iskejjel sekondarji, miżura li Franza kienet diġà bdiet tintroduċi fl-2018 għal studenti ta' bejn il-11 u l-15-il sena. L-awtoritajiet Franċiżi qed jargumentaw li dawn il-miżuri flimkien huma parti minn strateġija usa' biex jitnaqqas l-użu problematiku tat-teknoloġija fost iż-żgħażagħ. Il-pass ta' Franza qed jerġa' jqanqal dibattitu usa' fl-Ewropa dwar ir-responsabbiltà tal- pjattaformi diġitali u l-irwol tal- gvernijiet fil-protezzjoni tat-tfal fl-ispazju online, b'aktar pajjiżi mistennija jsegwu żviluppi simili fil-futur qarib. Il-liġi tipprojbixxi l-aċċess għal servizzi ta' networking online għal minuri taħt l-età ta' 15-il sena L-eżamijiet u t-teżijiet se jiġu kkoreġuti imma l-marki finali mhux se jingħataw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 February 2026