MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F l-aħħar ġimgħat u xhur rajna dik- jarazzjonijiet li ma jagħmlux sens. L-iktar każ reċenti seħħ dil-ġimgħa, meta l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li negozji b'illegalitajiet u sidien ta' strutturi illegali setgħu japplikaw għal kumpens finanzjarju biex ikopru l-ħsara kkawżata mill- maltempata Harry. Din ovvjament ma niżlet tajjeb xejn, ħlief ma' dawk li għandhom l-illegalitajiet. Il-Kamra tal-Kummerċ mill-ewwel ikkundannat dak li sejħet bħala normalizzazzjoni tal-illegalità u nuqqas ta' rispett lejn dawk li ilhom snin joperaw skont il-liġi. Tkellem illum l-Eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant. L-Oppożizzjoni u NGOs ukoll ikkritikaw id-deċiżjoni, tant li l-Ħamis filgħaxija Abela kellu qal u speċifika li qal li n-negozji li jkunu qed joperaw illegalment u li jixtiequ jibbenefikaw mill-fond ta' Storm Harry ikollhom jirregolarizzaw ruħhom bħala kundizzjoni biex jirċievu l-għajnuna. Wieħed jistenna hawnhekk li l-Awtorità tal-Ippjanar ma tagħtix xi preferenza għal dawn l-illegalitajiet. Bi kritika anke minn ħdan il-Partit Laburista, li ma setgħux jimu kif ħadd ma nduna kemm stqarrija bħal din kienet ħa tintlaqa' negattivament. Kien hemm mument ieħor meta l-Gvern irnexxielu jiggambetta lilu nnifsu fil-każ tal-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid. Kien il-Prim Ministru li ddeċieda li jiżvela fil- pubbliku li l-għażla tal-Gvern għal Prim Imħallef kienet l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Dan il-kalkolu mar żmerċ għax kienet ovvja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet se tobżoq lil Scerri Herrera. Scerri Herrera jidher li kienet verament l-għażla preferuta ta' Abela, iżda bil-mod kif saret il-proposta, isem Scerri Herrera ġie eżkluż. Il-Bord tal-Paċi huwa eżempju ieħor ta' ġudizzju ħażin. Bħal donnu mhuwa xejn, Abela ħabbar każwalment li Malta kienet mistiedna 'informalment' biex tissieħeb fil-Bord tal-Paċi mniedi minn Donald Trump. Għal darb'oħra, Abela fajjar stqarrija fil-pubbliku, mingħajr ma ta kuntest, dettalji u spjegazzjoni ċara, ħlief li qal li kien diġà talab parir legali fuq il-vijabilità tas-sħubija. Ovvjament, din l-istqarrija qajmet plejtu sħiħ minn kull qasam tas-soċjetà. Kien hemm tentattiv minn it nies qrib Abela biex jippruvaw itaffu l-impatt ta' dak li qal u Abela, meta reġa' ġie mistoqsi fil-Parlament biex jispjega x'kien qed isir, ammetta li ma tantx kien hemm lok li Malta tissieħeb fil- Bord tal-Paċi wara kollox. Kien hemm każijiet oħrajn li tefgħu dubji, bħar-Riforma tal-Ippjanar u anke l-imġiba ta' Roderick Galdes, li spiċċa rriżenja minn Segretarju Parlamentari wara li saru pubbliċi dettalji dwar negozju suspettuż u rabtiet familjari li allegatament ġew vantaġġati b'xi deċiżjonijiet li ħa. Wasal iż-żmien li jkun hemm aktar ċarezza fid-deċiżjonijiet. Abela jrid ikun aktar kawt fi kliemu … u aħna ċerti li għandu d-dixxiplina u l-maturità politika li jiem li dawn it-tip ta' episodji aħjar jevitahom milli jirreptihom. Deċiżjonijiet u stqarrijiet li ma jagħmlux sens

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026