MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum Id-densità tal-popolazzjoni f'Malta hija madwar 15-il darba ogħla mill-medja tal-UE Programme Officer (EU Funds) Within the Ministry for European Funds and Implementation of the Electoral Programme IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Huwa sostna li l-pajjiż għandu jiddeċiedi jekk hux se jkompli jimbotta mudell li qed jersaq lejn il-limiti tiegħu jew inkella jaħtaf l-opportunità biex jiffoka fuq tkabbir aktar sostenibbli u mmexxi mill-produttività. Fabri wissa li tkabbir li ma jkunx appoġġjat minn investiment fil-kwalità, fl-ippjanar u fil-kapaċità istituzzjonali jista' jsir sors ta' vulnerabbiltà. Min-naħa tiegħu, Mark Camilleri Gambin minn Momentum, qabel mal-valutazzjoni tal-IMF u sostna li l-mudell attwali ta' tkabbir qed joħloq pressjoni eċċessiva fuq l-infrastruttura tal-pajjiż. F'kummenti lil din il-gazzetta, huwa qal li l-affidament kontinwu fuq żieda fil-forza tax-xogħol qed jikkontribwixxi għal konġestjoni akbar fit-toroq, pressjoni fuq is- servizzi u sfidi infrastrutturali dejjem akbar. Camilleri Gambin sostna li Malta teħtieġ taġġorna u tiddiversifika l-mudell ekonomiku tagħha, filwaqt li enfasizza li l-pajjiż ma jistax jibqa' jistrieħ biss fuq setturi tradizzjonali bħat-turiżmu u l-gaming. Skontu, hemm bżonn ta' bidla lejn industriji ta' valur għoli u bbażati fuq teknoloġija avvanzata. F'dan il-kuntest, huwa ppropona li l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) jiżdied b'mod sinifikanti, inkluż bid-doppju tal-livelli attwali, sabiex jinħoloq tkabbir aktar sostenibbli u kompetittiv. Huwa enfasizza wkoll li kwalunkwe riforma ekonomika trid tkun soċjalment responsabbli. Camilleri Gambin qal li jekk is-sussidji ġenerali tal-enerġija jitneħħew gradwalment, hemm bżonn ta' miżuri konkreti biex jiġu protetti l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. F'dan ir-rigward, huwa appella għall-introduzzjoni ta' paga minima ta' għejxien deċenti ta' €360 fil-ġimgħa, sabiex jiġi żgurat livell bażiku ta' għejxien għall-ħaddiema. Skont Camilleri Gambin, il-fondi li jinħelsu minn riformi bħal dawn għandhom jiġu indirizzati mill- ġdid lejn investiment fil-kapital uman u inizjattivi ambjentali, bil- għan li jinħoloq futur ekonomiku aktar ekwu u sostenibbli. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, Darren Carabott, qal lil din il-gazzetta li ma kien hemm bżonn ebda rapport ta' esperti internazzjonali biex jikkonferma dak li l-Maltin u l-Għawdxin huma l-aktar inkwetati fuqu: il- politika tal-Gvern Laburista tat- tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan, li waslet għal overpopulation u stress infrastrutturali fuq Malta, m'għandix prospetti sbieħ. "Din il-politika li daħħlet aktar minn 100,000 ħaddiema barrani fi 13-il sena wasslet għal Maltin u l-Għawdxin biex jgħixu f 'densita 15-il darba aktar mill-medja tal- Unjoni Ewropea," qal Carabott. "Din hi l-qofol tal-problema tat-traffiku, tas-sitwazzjoni fl- isptarijiet tagħna, fl-iskejjel tagħna, u l-infrastruttura sħiħa. Carabott qal li l-PN ilu li ntrabat li jindirizza din l-isfida kbira, bi Gvern ġdid Nazzjonalista. L-IMF jinnota li t-tkabbir ekonomiku ta' Malta kien b'saħħtu, iżda l-mudell ibbażat fuq żieda fil-ħaddiema qed jilħaq il-limiti tiegħu minħabba restrizzjonijiet fl-infrastruttura, densità għolja tal-popolazzjoni u suq tax-xogħol strett. L-istituzzjoni tappella għal bidla lejn tkabbir immexxi mill- produttività, b'aktar enfasi fuq l-innovazzjoni, attivitajiet ta' valur ogħla u investiment fil-kapital uman. L-IMF jinnota li d-densità tal- popolazzjoni f 'Malta hija madwar 15-il darba ogħla mill-medja tal- UE, u qed iżżid il-pressjoni fuq l-akkomodazzjoni, it-trasport u s-servizzi pubbliċi. Fuq il-front fiskali, id-defiċit pubbliku mistenni jonqos minn 4.4% tal-PGD fl- 2023 għal 2.6% fl-2026, filwaqt li d-dejn pubbliku jibqa' madwar 47% tal-PGD. L-IMF tirrakkomanda t-tneħħija gradwali tas-sussidji tal- enerġija. Is-settur finanzjarju jibqa' reżiljenti, iżda l-banek għandhom espożizzjoni għolja għas-settur tal-proprjetà, b'self relatat mal- kostruzzjoni u l-proprjetà jammonta għal 72% tas-self privat. L-IMF jindika nuqqas ta' ħaddiema fis-settur tas-servizzi u tirrakkomanda politika ta' migrazzjoni bbażata fuq il-ħiliet u aktar investiment fit-taħriġ. Il-prospetti ekonomiċi jibqgħu pożittivi, iżda suġġetti għal riskji esterni, inklużi tensjonijiet ġeopolitiċi u żidiet fil-prezzijiet tal- enerġija. L-ekonomista JP Fabri (xellug) innota li d-densità għolja tal-popolazzjoni, is-suq tax-xogħol dejjem aktar strett u l-pressjoni fuq l-infrastruttura jfissru li l-mudell tradizzjonali ta' tkabbir ibbażat fuq iż-żieda fil-volum qed jilħaq il-limiti tiegħu • Mark Camilleri Gambin (lemin) qal li Malta teħtieġ taġġorna u tiddiversifika l-mudell ekonomiku tagħha, filwaqt li enfasizza li l-pajjiż ma jistax jibqa' jistrieħ biss fuq setturi tradizzjonali bħat-turiżmu u l-gaming

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026